Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-politika industrijali ta' l-Unjoni u għall-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, inklużi l-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' l-intrapriżi żgħar u medji;
  2. għall-politika ta' l-Unjoni dwar ir-riċerka, inluż it-tixrid u l-esplojtazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;
  3. għall-politika spazjali;
  4. għall-attivitajiet taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta u ta' l-Uffiċju Ċentrali għall-Kejl Nukleari, kif ukoll il-JET, l-ITER u proġetti oħra fl-istess qasam;
  5. għall-miżuri Komunitarji fil-qasam tal-politika ta' l-enerġija b'mod ġenerali, għas-sigurtà tal-provista ta' l-enerġija u għall-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż it-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija;
  6. għat-Trattat Euratom u l-Aġenzija ta' Provista tal-Euratom; għas-sigurtà nukleari, għall-għeluq ta' l-istabbilimenti nukleari u għat-tneħħija ta' l-iskart fis-settur nukleari;
  7. għas-soċjetà ta' l-informazzjoni u għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni, inkluż it-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur ta' l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.