Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Liġi Ewropea, għall-qbil ta' l-atti ta' l-Unjoni Ewropea mal-leġiżlazzjoni primarja, b'mod partikulari l-għażla tal-bażi legali u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
  2. għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, għal dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea;
  3. għas-simplifikazzjoni tal-liġi Ewropea, b'mod partikulari l-proposti leġiżlattivi għall-kodifikazzjoni uffiċjali tagħha;
  4. għall-protezzjoni legali tad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Parlament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Parlament f'kawżi miftuħa fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim' Istanza;
  5. għall-atti Komunitarji li jaffettwaw il-liġijiet ta' l-Istati Membri, b'mod partikulari fl-oqsma:
    1. tal-liġi ċivili u kummerċjali,
    2. tal-liġi dwar il-kumpaniji,
    3. tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali,
    4. tal-liġi proċedurali;
  6. għar-responsabbiltà ambjentali u għas-sanzjonijiet applikabbli għal delitti kontra l-ambjent;
  7. għall-kwistjonijiet etiċi li għandhom x'jaqsmu ma' teknoloġiji ġodda, bl-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati mal-kumitati rilevanti;
  8. għall-Istatut tal-Membri u għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;
  9. għall-privileġġi u l-immunitajiet, kif ukoll għall-verifika tal-kredenzjali tal-Membri;
  10. għall-organizzazzjoni u għall-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;
  11. għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.