Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini fit-territorju ta' l-Unjoni, tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluża l-protezzjoni tal-minoranzi, kif stipulat fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea;
  2. għall-miżuri meħtieġa fil-ġlieda kontra kull tip ta' diskriminazzjoni, ħlief id-diskrimazzjoni sesswali jew id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;
  3. għal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trasparenza u tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iproċessar ta' informazzjoni personali;
  4. għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' żona ta' liberta`, sigurtà u ġustizzja, b'mod partikulari:
    1. miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul u l-moviment tal-persuni, ma' l-asil u l-migrazzjoni, kif ukoll mal-koperazzjoni ġuridika u amministrattiva fi kwistjoni ċivili,
    2. miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri komuni,
    3. miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni tal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizjarja fil-qasam kriminali;
  5. għall-Osservatorju Ewropew għad-Drogi u t-Tossikodipendenza u l-Osservatorju Ewropew għar-Razziżmu u l-Ksenofobija, l-Europol, l-Eurojust, iċ-Cepol u entitajiet u aġenziji oħra li joperaw fl-istess qasam;
  6. għad-determinazzjoni ta' riskju evidenti ta' ksur gravi, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.