Programm 2025 - Il-Ġimgħa Ewropea għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

L-attivitajiet kollha

-
(CET)

Petizzjonijiet għal diskussjoni fil-kumitat fuq il-bażi tat-tweġiba bil-miktub tal-Kummissjoni jew dokumenti oħra li jkunu waslu

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 4Q1

Petizzjoni 0861/2023, imressqa minn R. R., ta’ ċittadinanza Ġermaniża, dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-vjolenza sesswali fil-Ġermanja;
Petizzjoni 1334/2023, imressqa minn J. L., ta’ ċittadinanza Franċiża, dwar data statistika dwar l-inċest u r-rispett tal-konvenzjonijiet u tad-dritt tal-UE minn Franza;
Petizzjoni 1223/2023, imressqa minn Paula Ortiz Lorenzo, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-indirizzar tal-vjolenza abbażi tas-sess fl-iskejjel.

Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI)

-
(CET)

Ir-rwol tal-kummerċ fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 6Q2

Skambju ta’ fehmiet organizzat mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA)

Dikjarazzjoni Konġunta fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2025 tal-Parlament Ewropew

Online

Dikjarazzjoni konġunta mis-Sur Javier Moreno Sánchez, President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada u s-Sa Cynthia Ní Mhurchú, il-Membru tad-delegazzjoni responsabbli għall-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri.

-
(CET)

Intejbu d-diversità tal-ġeneru fis-settur tal-PI

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 1G3

Smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (JURI)

-
(CET)

Ir-rwol tal-preġudizzju fil-VAT u fid-data fil-ġlieda kontra l-faqar mestruwali

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 1G2

Smigħ tas-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali (FISC)

-
(CET)

It-talenti fiċ-ċentru tal-attenzjoni: lil hinn mir-rwoli, ejjew niskopru t-talenti

Europa Experience, Ruma

Bħala parti mill-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, l-event jesplora t-talent u l-opportunitajiet indaqs tan-nisa permezz tal-esperjenzi ta’ Olimpia Peroni, narratriċi; Micaela Miljian, intraprenditriċi u kittieba; Elania Zito, ħallieqa tal-kontenut; Stella Falchi, attriċi u awtriċi; u Alice Pasquini, artista viżiva; moderat minn Metis Di Meo, preżentatriċi tat-televiżjoni u kittieba b’120 student u studenta jsegwu.

-
(CET)

It-Triq ’il Quddiem: Il-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

Parlament Ewropew, Brussell, event online

Event organizzat mid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

-
(CET)

L-Ekwità fuq ix-Xogħol u l-Kompetittività: ir-Rwol taċ-Ċertifikazzjoni fil-Kumpaniji Ewropej

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 1H1

Sessjoni ta’ ħidma organizzata mill-Membru tal-PE Chiara Gemma (Membru tal-Kumitati EMPL u FEMM) u ospitata b’mod konġunt mal-Membru tal-PE Antonella Sberna, Viċi President tal-Parlament Ewropew, Membru tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u d-Diversità

-
(CET)

Nindirizzaw id-distakk fit-talent; Noħolqu l-kundizzjonijiet biex kull talent jispikka

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spaak 1A2

Event ta’ livell għoli organizzat mill-Viċi President responsabbli għall-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri Antonella Sberna, f’kooperazzjoni mal-President tal-Kumitat FEMM Lina Gálvez. Għal raġunijiet ta’ aċċessibbiltà, waqt l-event se jkun hemm traskrizzjoni diretta tat-taħdit.

-
(CET)

Nindirizzaw id-distakk fit-talent; Noħolqu l-kundizzjonijiet biex kull talent jispikka

Europa Experience, Ruma

Streaming dirett tal-event ta’ livell għoli fi Brussell

-
(CET)

Adozzjoni tal-abbozz ta’ rapport dwar l-emenda tal-Att Elettorali Ewropew, li jippermetti lill-Membri jivvutaw fil-plenarja permezz ta’ prokura waqt it-tqala u wara li jwelldu (rapporteur Juan Fernando LÓPEZ AGUILAR)

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3G2

Vot fil-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO)

-
(CET)

Differenza bejn il-Ġeneri fl-Investimenti – Tnedija tal-Istudju

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spaak 7C50

Event organizzat mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea tal-SMEs (EISMEA)

-
(CET)

Mill-Edukazzjoni għall-Impjiegi – Inxejnu n-Nuqqas ta’ Talent fl-Ewropa

Parlament Ewropew, Brussell, sala SPINELLI 3G2

Skambju ta’ fehmiet mal-Kummissjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew organizzat mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT)

-
(CET)

“Infakkru l-25 sena mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà: Navvanzaw approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi li jkun reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru

Parlament Ewropew, Brussell, sala SPINELLI 1G2

Skambju ta’ fehmiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE)

-
(CET)

It-tiġdid ġenerazzjonali huwa kwistjoni tal-ġeneru: in-nisa bħala mutur ewlieni għal tiġdid ġenerazzjonali fil-biedja u fil-komunità rurali Ewropej

Parlament Ewropew, Brussell, sala ANTALL 2Q2

Seduta ta’ smigħ organizzata mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI)

-
(CET)

It-tmexxija tan-nisa fil-politika

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3G3

Seduta ta’ Smigħ tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (FEMM)

(CET)

Brussell: Ugwaljanza ma’ Kull Pass

Grand Place, Brussell

Żjara bil-mixi mmexxija mill-Viċi Sindku Anaïs Maes, b’kummenti tal-għeluq mis-Sindku Philippe Close, iż-żjara se tenfasizza l-ħidma tal-Belt ta’ Brussell dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-femminiżmu, u l-inklużjoni – permezz ta’ xogħlijiet tal-arti pubbliċi, spazji urbani inklużivi, ismijiet tat-toroq, u aktar. Il-postijiet għal din iż-żjara huma limitati. Reġistrazzjoni: https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/CoR_Gender_Equality_Week_2025

-
(CET)

Movimenti radikali li jopponu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-manosfera, li jikkawżaw interferenza mal-proċess demokratiku Ewropew

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3E2

Seduta ta’ smigħ konġunta tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (FEMM) u tal-Kumitat Speċjali dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija (EUDS)

-
(CET)

L-istrateġija tal-Grupp tal-BEI għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa – Messaġġ bil-vidjo minn Nadia Calvino, President tal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Parlament Ewropew 2025

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 4Q2

Event tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON)

-
(CET)

Min-Nuqqas ta’ Talent għall-Akkwist ta’ Talent

Parlament Ewropew, Brussell, Ċentru tal-Viżitaturi Zweig

Network Event ospitat minn Diretturi Ġenerali Nisa tal-Parlament Ewropew

-
(CET)

Riċerka u Innovazzjoni għall-Futur: l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri li Tixpruna x-Xjenza, is-Soċjetà u d-Demokrazija

Il-Parlament Ewropew, Info Hub

Sessjoni ta’ ħidma organizzata mill-Bord għall-Futur tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STOA)

-
(CET)

In-Nisa fit-Trasport

Parlament Ewropew, Brussell, sala ANTALL 4Q1

Skambju ta’ fehmiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Partijiet Ikkonċernati organizzat mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN)

-
(CET)

Preżentazzjoni tal-analiżi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa tan-nisa

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spaak 3C50

Kumitat għas-Saħħa Pubblika (SANT)

-
(CET)

Il-25 anniversarju tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 dwar in-Nisa, l-Paċi u s-Sigurtà

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3G3

Seduta ta’ smigħ konġunta tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (FEMM) u tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (SEDE)

-
(CET)

Ibbaġitjar skont il-Ġeneru fil-QFP il-Ġdid: Mixjin?

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 6Q2

Skambju ta’ fehmiet organizzat tal-Kumitat għall-Baġits (BUDG)

-
(CET)

Dibattitu dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi”

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Brussell, sala JDE62

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza Dibattitu dwar il-Kampanja tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: President tal-Kumitat FEMM tal-PE s-Sa Lina GÁLVEZ MUÑOZ; Membru tal-Kumitat FEMM tal-PE Abir Al-Sahlani (konferma pendenti); COM DĠ JUST Direttur għall-Ugwaljanza s-Sa Ana-Carla PEREIRA; Rappreżentanti tal-Kampanja IĊE “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi” is-Sa Nika Mihelić u s-Sa Nina Kovač.

-
(CET)

Dibattitu dwar l-IĊE ta’ suċċess “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea”

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Brussell, sala JDE62

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza Dibattitu dwar il-Kampanja tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Espert Indipendenti tan-NU Graeme REID (messaġġ b’vidjo); Kopresident tal-Intergrupp LGBTIQ+ tal-PE s-Sa Kim van Sparrentak; COM DĠ JUST Direttur għall-Ugwaljanza s-Sa Ana-Carla PEREIRA; Rappreżentanti tal-Kampanja IĊE “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea” Matteo Garguilo u Caleb Stocco; Riċerkatur ewlieni tal-istħarriġ LGBTIQ tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-2024 is-Sur Miltos Pavlou (mill-bogħod); ILGA Europe, Cianán Russell.

(CET)

Ix-Xrara tat-Talent u l-Opportunitajiet tan-Nisa fid-Dinja tax-Xogħol

Europa Experience, Ruma

Bħala parti mill-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, l-event se jlaqqa’ flimkien lil Antonella Sberna, Viċi President tal-Parlament Ewropew; l-Avukat Alberto Del Noce, President tal-Unjoni Nazzjonali tal-Awli Ċivili; il-Professur Andrea Costantino Montella, Università ta’ Sassari; Maria Rosaria Covelli, President tal-Qorti tal-Appell ta’ Napli; u l-Inġiniera Ania Lopez, Viċi President Eżekuttiv tal-Federazzjoni Dinjija tal-Organizzazzjonijiet tal-Inġinerija (WFEO-UNESCO); moderat mill-Avukata Rosita Ponticiello.

Dikjarazzjoni Konġunta fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2025 tal-Parlament Ewropew

Online

Dikjarazzjoni konġunta mis-Sur Brando Benifei, President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti u s-Sa Assita Kanko, il-Membru tad-delegazzjoni responsabbli għall-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri.

-
(CET)

Uġwaljanza bejn il-Ġeneri – Xejriet globali minn perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 5E2

Skambju ta’ fehmiet organizzat mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI)

-
(CET)

Ir-rwol tan-nisa fl-industrija Ewropea u t-tranżizzjoni industrijali

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 4Q2

Skambju ta’ fehmiet mad-DĠ GROW organizzat mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE)

-
(CET)

Id-Dritt li jibqgħu fit-Territorju: Nisa Żgħażagħ f’Żoni Remoti

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3G3

Skambju ta’ fehmiet mal-Kummissjoni organizzat mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI)

-
(CET)

Il-vjolenza online kontra n-nisa u r-riskji tal-IA minn perspettiva tal-ġeneru

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 6Q2

Skambju ta’ fehmiet organizzat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO)

-
(CET)

Is-suġġett tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluża l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spaak 1A2

Skambju ta’ fehmiet mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (EIGE) organizzat mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL)

-
(CET)

In-Nisa fuq il-Front: Ilħna ta’ Reżiljenza mill-Ukrajna

Parlament Ewropew, Brussell, Ċentru tal-Viżitaturi Zweig

Skrinjar tal-Film “Cuba & Alaska” u dibattitu ma’ Olha Bregman, waħda mill-produtturi tal-film, iż-żewġ tobba militari Ukreni li jidhru fil-film, u l-Organizzazzjoni Ukrena Veteranka, organizzati mid-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet għad-Demokrazija Parlamentari (DĠ PART), l-Antenna fl-Ukrajna tal-Parlament Ewropew

Il-Kollezzjoni tal-Arti Kontemporanja

Parlament Ewropew, Brussell, Spinelli 5G3, Lounge tal-Membri

Il-Kollezzjoni tal-Arti Kontemporanja tal-Parlament Ewropew se turi xogħlijiet tal-arti li huma evidenza tal-viżjoni strateġika tad-diversità u xhieda qawwija tat-talent u l-viżjoni tal-artisti nisa. Bini Spinelli, Lounge tal-Membri tal-PE.