Programm 2025 - Il-Ġimgħa Ewropea għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

L-Erbgħa, 5 ta’ Novembru 2025

-
(CET)

Mill-Edukazzjoni għall-Impjiegi – Inxejnu n-Nuqqas ta’ Talent fl-Ewropa

Parlament Ewropew, Brussell, sala SPINELLI 3G2

Skambju ta’ fehmiet mal-Kummissjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew organizzat mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT)

-
(CET)

“Infakkru l-25 sena mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà: Navvanzaw approċċ li jorbot elementi umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ paċi li jkun reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru

Parlament Ewropew, Brussell, sala SPINELLI 1G2

Skambju ta’ fehmiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE)

-
(CET)

It-tiġdid ġenerazzjonali huwa kwistjoni tal-ġeneru: in-nisa bħala mutur ewlieni għal tiġdid ġenerazzjonali fil-biedja u fil-komunità rurali Ewropej

Parlament Ewropew, Brussell, sala ANTALL 2Q2

Seduta ta’ smigħ organizzata mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI)

-
(CET)

It-tmexxija tan-nisa fil-politika

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3G3

Seduta ta’ Smigħ tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (FEMM)

(CET)

Brussell: Ugwaljanza ma’ Kull Pass

Grand Place, Brussell

Żjara bil-mixi mmexxija mill-Viċi Sindku Anaïs Maes, b’kummenti tal-għeluq mis-Sindku Philippe Close, iż-żjara se tenfasizza l-ħidma tal-Belt ta’ Brussell dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-femminiżmu, u l-inklużjoni – permezz ta’ xogħlijiet tal-arti pubbliċi, spazji urbani inklużivi, ismijiet tat-toroq, u aktar. Il-postijiet għal din iż-żjara huma limitati. Reġistrazzjoni: https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/CoR_Gender_Equality_Week_2025

-
(CET)

Movimenti radikali li jopponu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-manosfera, li jikkawżaw interferenza mal-proċess demokratiku Ewropew

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spinelli 3E2

Seduta ta’ smigħ konġunta tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (FEMM) u tal-Kumitat Speċjali dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija (EUDS)

-
(CET)

L-istrateġija tal-Grupp tal-BEI għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa – Messaġġ bil-vidjo minn Nadia Calvino, President tal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Parlament Ewropew 2025

Parlament Ewropew, Brussell, sala Antall 4Q2

Event tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON)

-
(CET)

Min-Nuqqas ta’ Talent għall-Akkwist ta’ Talent

Parlament Ewropew, Brussell, Ċentru tal-Viżitaturi Zweig

Network Event ospitat minn Diretturi Ġenerali Nisa tal-Parlament Ewropew

-
(CET)

Riċerka u Innovazzjoni għall-Futur: l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri li Tixpruna x-Xjenza, is-Soċjetà u d-Demokrazija

Il-Parlament Ewropew, Info Hub

Sessjoni ta’ ħidma organizzata mill-Bord għall-Futur tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STOA)

-
(CET)

In-Nisa fit-Trasport

Parlament Ewropew, Brussell, sala ANTALL 4Q1

Skambju ta’ fehmiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Partijiet Ikkonċernati organizzat mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN)

-
(CET)

Preżentazzjoni tal-analiżi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa tan-nisa

Parlament Ewropew, Brussell, sala Spaak 3C50

Kumitat għas-Saħħa Pubblika (SANT)