Dwarna

Diskors ta’ Merħba tal-President

© European Parliament
Merħba fil-Kumitat LIBE, il-korp ewlieni tal-Parlament Ewropew għat-tfassil u s-sorveljanza tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE li jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jgawdu minn spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-missjoni tagħna tinkludi li nissalvagwardjaw l-istat tad-dritt, insaħħu d-drittijiet fundamentali, niġġieldu kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, u niżguraw il-protezzjoni tad-data u l-privatezza taċ-ċittadini tagħna. Aħna nindirizzaw il-kumplessitajiet tal-politiki dwar l-ażil u l-migrazzjoni, nappoġġjaw il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-theddid kriminali emerġenti, u nistinkaw biex intejbu s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna.

Sabiex niksbu dawn l-għanijiet jeħtieġ li nikkollaboraw ma' istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE, il-gvernijiet tal-Istati Membri, il-parlamenti nazzjonali, kif ukoll li jkollna djalogu kontinwu mal-ġudikatura, l-infurzar tal-liġi, u s-soċjetà ċivili.

Bħala President tal-Kumitat LIBE, jiena ddedikat lejn ir-responsabbiltajiet leġiżlattivi tagħna u sabiex inrawmu djalogu sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati kollha, speċjalment maċ-ċittadini tagħna. Flimkien għandna l-għan li nilħqu l-objettivi minquxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Merħba fil-komunità tagħna tal-liġi, fejn id-drittijiet u s-sigurtà tiegħek huma l-prijoritajiet ewlenin tagħna.
Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Links