Kemm f’pajjiżhom u kemm lil hinn, dan is-sajf l-Ewropej jistgħu jgawdu għawma b’moħħhom mistrieħ peress li 96% tas-siti għall-għawm jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-UE.
L-Unjoni Ewropea introduċiet rekwiżiti aktar stretti dwar il-ġugarelli mibjugħa fis-suq tal-UE biex tipproteġi s-saħħa tat-tfal u tippermettilhom jilagħbu u jitgħallmu b’mod sikur.
L-UE magħrufa għas-sikurezza fit-toroq, iżda li tmut persuna waħda f’inċident tat-traffiku diġà hija wisq. Skopri ċ-ċifri tal-fatalitajiet fit-toroq skont il-pajjiż, l-età u l-ġeneru.
L-UE trid li jkollha ebda mwiet fit-toroq sal-2050. Skopri liema miżuri adotta l-Parlament matul dawn l-aħħar snin biex inaqqas l-inċidenti tat-traffiku.
Aktar u aktar oġġetti ta’ valur baxx qed jaslu fl-UE permezz ta’ pjattaformi online. Il-Parlament Ewropew irid jiżgura li dawn il-prodotti jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza tal-UE.
Il-Parlament Ewropew approva regoli ġodda biex ikompli jtejjeb il-kwalità u l-aċċess għall-ilma tax-xorb u jnaqqas l-iskart tal-plastik mill-fliexken tal-ilma.
L-annimal domestiku tiegħek jista' jakkumpanja waqt btala f'pajjiż ieħor tal-UE, iżda hemm ċerti regoli li għandek iżżomm f'moħħok. Kompli aqra biex issir taf aktar.
Il-politika “Roaming daqslikieku f'pajjiżek” tiżgura li l-Ewropej ikunu jistgħu jċemplu, jibagħtu messaġġi u jużaw data mobbli kullimkien fl-UE mingħajr ma jħallsu spejjeż żejda.
F’Ġunju 2023 daħlu fis-seħħ regoli ġodda li jsaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija madwar l-UE, inkluż appoġġ aħjar f’każ ta’ dewmien u aktar assistenza għal persuni b’diżabbiltà.
Skopri dwar ir-regoli l-ġodda dwar is-sikurezza tal-prodotti biex tingħata spinta lill-protezzjoni tal-konsumatur u l-isfidi ġodda bħat-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali.
Il-Parlament approva regoli ġodda għat-trakkijiet dwar il-pedaġġi tat-toroq ibbażati fuq id-distanza, li se jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.
F'rapport li se ssir votazzjoni dwaru fil-25 ta' Marzu, il-MPE jgħidu li t-turiżmu se jkollu bżonn l-għajnuna biex isir aktar nadif, aktar sikur u aktar sostenibbli wara l-pandemija.
Il-vetturi mingħajr sewwieq se jkunu fis-suq tal-UE mill-2020. X'inhuma l-benefiċċji? X'qed tagħmel l-UE biex tiffaċċja l-isfidi tas-settur tat-trasport awtomatizzat?