Please fill this field

Il-Membri tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew huwa magħmul minn 705 Membri eletti fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir. Sa mill-1979, il-Membri tal-PE jiġu eletti b'suffraġju universali dirett għall-perjodu ta' ħames snin.

Sib MPE skont il-pajjiż

image/svg+xml l-Irlanda Malta il-Belġju il-Lussemburgu il-Portugall l-Iżvezja il-Portugall il-Bulgarija Ċipru l-Awstrija iċ-Ċekja id-Danimarka l-Ungerija il-Polonja is-Slovakkja is-Slovenja il-Ġermanja il-Finlandja il-Latvja il-Litwanja ir-Rumanija in-Netherlands l-Italja il-Greċja Franza Spanja

Fittex għall-MPE tiegħek

705 membri

Uri l-lista

L-MEPs

Kull pajjiż jiddeċiedi dwar il-forma tal-elezzjoni tiegħu, iżda jrid jiggarantixxi ugwaljanza bejn il-ġeneri u votazzjoni sigrieta. L-età tal-votazzjoni hi 18, apparti l-Awstrija, fejn hi 16. Is-siġġijiet jiġu allokati abbażi tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru. Ftit aktar minn terz tal-Membri tal-PE huma nisa. Il-Membri jiġu raggruppati skont l-affinità politika u mhux in-nazzjonalità. Il-Membri jqattgħu ħinhom fil-kostitwenzi tagħhom, fi Strasburgu - fejn kull sena jsiru 12-il sessjoni plenarja - u fi Brussell, fejn jattendu seduti plenarji addizzjonali, kif ukoll laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi politiċi. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-Membri huma stabbiliti fl-Istatut tal-2009.