Il-vjaġġar
Il-Parlament Ewropew qed jaħdem biex itejjeb id-drittijiet tal-passiġġieri u jiżgura vjaġġar sigur fl-UE.
-
Il-vjaġġarIl-kirjiet għal żmien qasir: regoli ġodda tal-UE għal aktar trasparenza
Regoli tal-UE għandhom l-għan li jġibu aktar trasparenza fil-kirjiet għal żmien qasir fl-UE u jippromwovu turiżmu aktar sostenibbli.
-
Il-vjaġġarId-drittijiet tal-passiġġieri: l-ivvjaġġar fl-UE mingħajr inkwiet
Il-ferrovija tiegħek ġiet ittardjata jew it-titjira tiegħek ġiet ikkanċellata? Skopri dwar drittijietek bħala passiġġier meta tivvjaġġa fl-UE.
Is-sigurtà fit-toroq
-
Toroq aktar sikuri: x'inhuma l-miżuri biex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku?
L-UE trid li jkollha ebda mwiet fit-toroq sal-2050. Skopri liema miżuri adotta l-Parlament matul dawn l-aħħar snin biex inaqqas l-inċidenti tat-traffiku.
-
Il-Parlament japprova regoli aktar ekoloġiċi dwar il-pedaġġi tat-toroq
Il-Parlament approva regoli ġodda għat-trakkijiet dwar il-pedaġġi tat-toroq ibbażati fuq id-distanza, li se jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.
-
Statistika dwar l-imwiet fit-toroq fl-UE (infografika)
L-UE magħrufa għas-sikurezza fit-toroq, iżda li tmut persuna waħda f’inċident tat-traffiku diġà hija wisq. Skopri ċ-ċifri tal-fatalitajiet fit-toroq skont il-pajjiż, l-età u l-ġeneru.
It-turiżmu
-
Il-MPE: it-turiżmu għandu jkun aktar sikur u aktar sostenibbli wara l-COVID
F'rapport li se ssir votazzjoni dwaru fil-25 ta' Marzu, il-MPE jgħidu li t-turiżmu se jkollu bżonn l-għajnuna biex isir aktar nadif, aktar sikur u aktar sostenibbli wara l-pandemija.
-
Fejn se ngħumu: il-pajjiżi tal-UE bl-aħjar ilmijiet għall-għawm
Kemm f’pajjiżhom u kemm lil hinn, dan is-sajf l-Ewropej jistgħu jgawdu għawma b’moħħhom mistrieħ peress li 96% tas-siti għall-għawm jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-UE.
-
L-ivvjaġġar bl-annimali domestiċi: Regoli li għandek iżżomm f'moħħok
L-annimal domestiku tiegħek jista' jakkumpanja waqt btala f'pajjiż ieħor tal-UE, iżda hemm ċerti regoli li għandek iżżomm f'moħħok. Kompli aqra biex issir taf aktar.
Id-drittijiet tal-passiġġieri
-
Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija: regoli ġodda għal protezzjoni aħjar
F’Ġunju 2023 daħlu fis-seħħ regoli ġodda li jsaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija madwar l-UE, inkluż appoġġ aħjar f’każ ta’ dewmien u aktar assistenza għal persuni b’diżabbiltà.