Dwarna

Diskors ta’ merħba

© European Union 2025 - EP

Id-demokraziji jiġu attakkati għal dak li huma: sistemi governattivi li jippermettu l-libertà u l-pluraliżmu. Fil-preżent, reġimi awtoritarji, iżda wkoll atturi mhux statali, jixtiequ jattakkaw id-demokraziji tagħna, jinterferixxu fil-proċessi elettorali tagħna u jimpedixxu liċ-ċittadini milli jkunu jistgħu jiddeċiedu bil-kwiet lil min jixtiequ jtellgħu fil-poter. Dan huma mument kritiku għall-Ewropa u għall-ġirien tagħna.

Il-Kumitat Speċjali dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija (EUDS) se jiffoka l-isforzi tiegħu biex janalizza s-sitwazzjoni, jixtarr it-tweġibiet li diġà pprovdiet l-Unjoni Ewropea u jipproponi azzjoni ulterjuri. Ir-Russja ilha snin sħaħ tinterferixxi fid-demokraziji Ewropej u s-sitwazzjoni ggravat bil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Iżda mhijiex l-uniku attur statali: iċ-Ċina, l-Ażerbajġan, l-Iran jew il-Korea ta' Fuq, biex insemmu biss xi wħud, jinvolvu ruħhom b'mod regolari f'atti ta' diżinformazzjoni.

Imbagħad insibu wkoll bosta atturi mhux statali, bħal Elon Musk, li jindaħal fil-kampanji Ewropej, jieħu pożizzjoni favur dak jew favur l-ieħor u juża l-qawwa tan-network soċjali tiegħu biex jiddefendi l-interessi tiegħu stess.

Bħala President tal-Kumitat Speċjali, beħsiebni naħdem mal-kollegi tiegħi biex niddenunzja l-interferenzi malizzjużi, jiġu minn fejn jiġu, u biex nipproponi rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti biex intejbu r-rispons Ewropew komuni.

Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti