Il-Fond ta’ Koeżjoni

Skedi Informattivi dwar l-UE 24-06-2026

Din l-iskeda informattiva tispjega l-Fond ta’ Koeżjoni, li twaqqaf fl-1994 u jipprovdi finanzjament għal proġetti marbuta mal-qasam tal-ambjent u tan-networks trans-Ewropej fil-pajjiżi tal-UE li għandhom introjtu nazzjonali gross per capita ta’ anqas minn 90% tal-medja tal-UE. L-iskeda informattiva tiddeskrivi l-qafas legali għall-Fond ta’ Koeżjoni, l-objettivi tal-Fond, il-pajjiżi eliġibbli għall-Fond, u l-baġit u r-regoli finanzjarji. Tiddeskrivi wkoll ir-rwol li għandu l-Parlament Ewropew fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni.