Infographics

Il-ġabra ta' infografika animata li jipproduċi s-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari tikkonsisti fi gwidi viżivi u interattivi, li jiġu aġġornati regolarment, biex jgħinuk issib l-informazzjoni li jkollok bżonn fir-rigward ta' kwistjoni kumplessa.Aktar kontenut viżiv:Arkivju tal-Grafika.

01-06-2021 - 00:00

L-introduzzjoni tat-teknoloġija 5G se jkollha impatt konsiderevoli fuq firxa wiesgħa ta' aspetti ta' ħajjitna. Skopri dak li nafu dwar it-teknoloġija bl-immappjar viżwali tagħna – li jkopri l-kuntest politiku u regolatorju tal-5G, l-effetti li aktarx se jkun hemm fuq in-negozju, it-tħassib dwar is-saħħa u ċ-ċibersigurtà, kif ukoll dettalji dwar it-teknoloġija nnifisha. Ibda billi tagħti ħarsa ġenerali, u idħol aktar fil-fond biex taċċessa aktar dettall, inklużi intervisti ma' esperti u grafiki spjegattivi.

02-10-2020 - 00:00

Il-JTF għandu l-għan li jappoġġa r-reġjuni tal-faħam u dawk bl-ogħla intensità ta' emissjonijiet industrijali ta' gassijiet serra biex jiffaċċjaw l-isfidi tat-tranżizzjoni lejn il-ksib tan-newtralità klimatika sal-2050 u biex inaqqsu l-emissjonijiet b'tal-anqas 50 % sal-2030. Din l-infografika toffri informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament allokat u tispjega l-metodu ta' allokazzjoni użat għad-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE lill-Istati Membri kollha.

30-09-2020 - 00:00

Fil-politika barranija tagħha, l-UE taħdem favur il-paċi u s-sigurtà fid-dinja. Din l-infografika interattiva hija mfassla biex tanalizza u tispjega l-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà internazzjonalment permezz tad-diversi politiki u strumenti esterni tagħha u permezz tar-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi, reġjuni u organizzazzjonijiet internazzjonali fid-dinja kollha. Tikkomplementa wkoll l-Indiċi tan-Normandija, li jkejjel it-theddid għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja, billi turi r-riżultati tiegħu u toffri viżjoni globali tal-kumplessità tal-kunċett ta' paċi fid-dinja moderna.

20-02-2020 - 00:00

Il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-livell massimu ta' riżorsi (limitu massimu) għal kull kategorija kbira ta' nefqa tal-UE (intestatura), għal perjodu ta' seba' snin. Minbarra li huwa pjan finanzjarju, huwa jipprovdi wkoll viżjoni tal-prijoritajiet fit-tul tal-UE. Peress li l-QFP 2014-2020 se jiġi fi tmiemu, l-UE bdiet in-negozjati dwar il-baġit fit-tul li jmiss. Din l-infografika tippreżenta pożizzjonijiet meħuda minn diversi istituzzjonijiet tal-UE dwar il-proposti għal QFP ġdid għall-2021-2027.