Il-politika awdjoviżiva u tal-media

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-07-2026

Din l-iskeda informattiva tispjega l-politika awdjoviżiva u tal-media tal-UE, li hija regolata mill-Artikoli 167 u 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tiggarantixxi r-rispett għal-“libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni” fl-Artikolu 11(2) tagħha. Fil-livell tal-UE, l-att leġiżlattiv ċentrali huwa d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, filwaqt li l-fergħa MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva taġixxi bħala l-istrument ewlieni ta’ finanzjament tal-UE. L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media jistabbilixxi qafas għas-servizzi tal-media fis-suq intern.