It-taħriġ vokazzjonali

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-07-2026

Din l-iskeda informattiva tispjega r-rwol tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-responsabbiltà primarja għall-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija f’idejn l-Istati Membri, filwaqt li l-Unjoni Ewropea għandha rwol ta’ appoġġ. Madankollu, xi sfidi huma komuni fl-Istati Membri kollha, inkluża t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, kif ukoll in-nuqqas ta’ ħiliet u l-ispariġġ fil-ħiliet fis-suq tax-xogħol, u għalhekk dawn jitolbu reazzjonijiet konġunti.