Il-ħarsien tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE fl-UE
Din l-iskeda informattiva tispjega l-proċedura għall-protezzjoni tal-valuri tal-UE stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Tiddeskrivi l-ħtieġa dejjem tikber li jiġu protetti l-valuri u d-drittijiet fundamentali fl-UE, kif ukoll l-istrumenti użati biex jipproteġuhom. Tispjega l-Artikolu 7 tat-TUE, li jipprevedi mekkaniżmu tal-UE li jiddetermina l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE minn Stat Membru u possibbilment jissanzjonah. Tispjega wkoll politiki oħra mmirati lejn it-tisħiħ tal-għodod disponibbli fl-UE biex jiġġieldu kontra r-rigress demokratiku u jipproteġu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u l-minoranzi fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-iskeda tixħet dawl fuq ir-rwol tal-Parlament Ewropew fil-promozzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-protezzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE.
Skedi Informattivi dwar l-UE