Komunikazzjonijiet affordabbli għan-negozji u għall-konsumaturi

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-07-2026

Din l-iskeda informattiva tispjega r-regoli u l-politika tal-UE fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tad-data, li qed isir dejjem aktar importanti. Titkellem dwar l-istrateġija tal-ICT tal-UE u kif din tiffoka fuq il-kisba tas-sovranità diġitali u l-avvanz tal-kompetittività teknoloġika. L-istrateġija tkopri l-aspetti li ġejjin: il-konnettività b’veloċità għolja tal-5G u tal-fibra, iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali (IA), il-ġestjoni tad-data, u t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji u tas-servizzi pubbliċi.