Il-politika dwar l-innovazzjoni

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-07-2026

Din l-iskeda informattiva tispjega l-approċċ tal-UE għall-politika dwar l-innovazzjoni, li għandu l-għan li jbiddel ir-riċerka fi prodotti u servizzi ġodda li joħolqu l-impjiegi u jsaħħu l-kompetittività globali tal-UE. Tiddeskrivi l-istrumenti ewlenin ta’ finanzjament – b’mod partikolari Orizzont Ewropa – u l-atturi istituzzjonali ewlenin, inkluż il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Tiddeskrivi wkoll il-qafas ta’ politika usa’, inklużi l-Boxxla għall-Kompetittività u l-Patt għal Industrija Nadifa, u tistabbilixxi r-rwol tal-Parlament fit-tfassil u s-sorveljanza tal-politika tal-UE dwar l-innovazzjoni.