L-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari
Skedi Informattivi dwar l-UE
03-09-2026
Din l-iskeda informattiva tispjega kif l-UE beħsiebha tikseb ekonomija ċirkolari sal-2050. Il-mod kif intużaw ir-riżorsi fl-imgħoddi wassal għal livelli għoljin ta’ tniġġis, degradazzjoni ambjentali u tnaqqis fir-riżorsi naturali. Il-politika tal-UE tmur ferm lil hinn mis-sempliċi ġestjoni tal-iskart peress li għandha l-għan li toħloq ekonomija sostenibbli. Il-Parlament għandu rwol ewlieni fir-regolamentazzjoni tal-kategoriji kritiċi tal-iskart, bħall-imballaġġ u l-elettronika, u qed jinsisti għal miri bbażati fuq ix-xjenza, kontrolli aktar stretti tal-mikroplastik u swieq aktar b’saħħithom għall-materjali riċiklati.
Skedi Informattivi dwar l-UE