L-elezzjonijiet Ewropej 2024: Regoli nazzjonali
X’regoli se japplikaw għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024? Billi r-regoli jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, din l-infografika tipprovdi informazzjoni dwar diversi dispożizzjonijiet ewlenin applikabbli fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin (li se jsiru f’Ġunju 2024). F’paġna waħda, il-qarrejja għandhom isibu informazzjoni dwar il-jum tal-elezzjoni f’kull pajjiż, is-sistemi ta’ votazzjoni użati, l-għadd ta’ Membri tal-PE li għandhom jiġu eletti f’kull Stat Membru, l-età minima biex toħroġ għall-elezzjoni bħala kandidat kif ukoll informazzjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-votazzjoni minn barra l-Istat Membru ta’ oriġini. L-għadd totali ta’ Membri tal-PE mistenni li jitla’ għal 720 u l-infografika turi kif il-15-il siġġu addizzjonali se jitqassmu fost l-Istati Membri. Aktar informazzjoni u kjarifiki jingħataw fit-tieni paġna tal-infografika.
Mad-Daqqa t’Għajn