Boxxla tal-verifika tal-fatti: Kif tidentifika l manipulazzjoni tal-informazzjoni

Mad-Daqqa t’Għajn 09-07-2024

Informazzjoni qarrieqa tista’ tinganna lil kwalunkwe wieħed jew waħda minna. Kemm il-miżinformazzjoni – żbalji mingħajr intenzjoni ħażina – kif ukoll id-diżinformazzjoni – maħluqa u mxerrda bl-għan li tqarraq bin-nies – jistgħu jagħmluha diffiċli li jittieħdu deċiżjonijiet infurmati. It-teknoloġiji li qed jevolvu malajr – inklużi l-vidjo u l awdjo deepfake – jagħmluha faċli ħafna biex dak li jkun jipproduċi u jxerred kontenut qarrieqi f’qasir żmien. Ħafna minna jinkwetaw dwar l-impatt ta’ dan: madwar 85% tan-nies madwar id-dinja jinsabu mħassba dwar l impatt tad-diżinformazzjoni fuq iċ-ċittadini sħabhom; 87% jaħsbu li d-diżinformazzjoni diġà affettwat il-ħajja politika f’pajjiżhom; u 38% taċ-ċittadini tal-UE jqisu l-informazzjoni falza u/jew qarrieqa bħala theddida għad-demokrazija. Dawn is suġġerimenti se jgħinuk tevita l-falsifikazzjonijiet.