Il‑Membri tal‑Parlament Ewropew, 2024‑2029

Mad-Daqqa t’Għajn 19-07-2024

F’Ġunju 2024, iċ‑ċittadini Ewropej ivvutaw għar‑rappreżentanti tagħhom fil‑Parlament Ewropew għall‑ħames snin li ġejjin, biex jiddefendu l‑interessi tagħhom fl‑UE. Fl‑elezzjoni ta’ din is‑sena, kien hemm parteċipazzjoni elettorali ta’ 51.1%, kemxejn ogħla minn dik tal‑elezzjoni preċedenti fl‑2019 (50.7%). L‑għadd ta’ gruppi politiċi żdied minn sebgħa għal tmienja fil‑bidu tal‑leġiżlatura l‑ġdida. Għal nofs il‑Membri eletti, din l‑esperjenza fil‑Parlament Ewropew hija waħda ġdida. Issa 38.5% tal‑Membri tal‑Parlament Ewropew (PE) huma nisa; dan il‑persentaġġ huwa 2.1% inqas minn tal‑leġiżlatura li għaddiet (40.6%). Sa mill‑ewwel elezzjonijiet diretti fl‑1979, din hija l‑ewwel darba li l‑persentaġġ naqas.