Il-Bini Eastman: teżor mill-wirt kulturali ta' Brussell għal Dar l-Istorja Ewropea
Il-Bini Eastman, li jinsab fil-qalba tal-kwartier Léopold u qrib l-istituzzjonijiet Ewropej, jilqa' Dar l-Istorja Ewropea, li se tiftaħ fl 2017. L-għażla u r-rinnovazzjoni ta' din il-klinika dentali antika jippermettu l-valorizzazzjoni tal-istorja ta' dan il-bini li jikkostitwixxi parti importanti mill-wirt ta' Brussell u tal-Ewropa. Stabbilita minn George Eastman, il-fundatur tal-kumpanija Kodak, il-klinika dentali nbniet fl-1935 fil-Parc Léopold, post dedikat għall-attivitajiet xjentifiċi u ta' rikreazzjoni sa mit-tmiem is-seklu XIX. Suċċessivament, dan il-bini serva ta' klinika pubblika, post ta' edukazzjoni u dar tal-anzjani. Il-Parlament Ewropew kera l-bini mill-1985 bħala post għal dipartimenti amministrattivi, stamperija u crèche. Matul is-snin, dan il-bini ntuża ukoll għal korpi Ewropej oħra bħall-Ombudsman Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Fl-2009, il-Parlament Ewropew iddeċieda li l-bini għandu jintuża, insegwitu ta' rinnovazzjoni estensiva u estensjoni, għal Dar l-Istorja Ewropea. Din għandha l-għan li tippreżenta l-istorja tal-Ewropa matul l-aħħar żewġ sekli permezz ta' mużeografija ferm moderna. B'hekk, il-bini Eastman se jkompli bir-rwol edukattiv u ospitanti tiegħu, għalkemm b'mod differenti.
Briefing
Dwar dan id-dokument
Tip ta’ pubblikazzjoni
Kelma għat-tiftix
- bini
- bini u xogħlijiet pubbliċi
- Ewropa
- il-Belġju
- INDUSTRIJA
- istituzzjoni medika
- istituzzjonijiet tal-UE u servizz ċivili Ewropew
- kostruzzjoni Ewropea
- kostruzzjoni u urbanistika
- kultura u reliġjon
- KWISTJONIJIET SOĊJALI
- mużew
- Parlament Ewropew
- politika ta’ kostruzzjoni
- reġjun ta’ Brussell
- reġjuni tal-Istati Membri tal-UE
- saħħa
- storja tal-Ewropa
- UNJONI EWROPEA
- wirt arkitettoniku
- ĠEOGRAFIJA
- ġeografija ekonomika
- ġeografija politika
- żona ħadra