Curriculum vitae Dario TAMBURRANO
Verżjoni oriġinali : IT
Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari huwa esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)
Aġġornata: 27/03/2025
Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)
- 10/1988-04/1996 : Università, mediċina, Lawrja summa cum laude fid-Dentistrija u l-Proteżi Dentali mill-Università La Sapienza ta’ Ruma fl-1996 b’teżi bit-titolu “Management Odontoiatrico del Bambino HIV+” (L-Immaniġġjar tad-Dentistrija fit-Tfal bl-HIV+)
- 09/1982-07/1988 : Skola sekondarja, ginnasio u liċeo – liċeo xjentifiku Amedeo Avogadro, Ruma
Karriera professjonali
- 1996-... : Professjoni libera ta’ dentist f’Ruma bħala konsulent speċjalizzat fil-qasam tal-endodonzija, fid-dentistrija bil-laser, fil-proteżi fuq impjanti u fid-dentistrija estetika, bi prijorità għar-relazzjoni umana mal-pazjenti
- 2008-... : Traduzzjoni u divulgazzjoni online ta’ essays u rapporti relatati mal-ambjent, l-enerġija, il-klima u l-ekonomiji l-ġodda
- 2014-2019 : Membru tal-Parlament Ewropew fit-tmien leġiżlatura Ewropea
- 09/2018-07/2022 : Ideatur, kodisinjatur, maniġer u kuntatt ewlieni ta’ Toys4humanity, esperiment iffinanzjat fil-qafas tal-programm Orizzont 2020
- 04/2020-08/2021 : Ideatur, kodisinjatur, maniġer u kuntatt ewlieni ta’ SafeEyes, esperiment iffinanzjat fil-qafas ta’ Orizzont 2020
- 11/2020-10/2021 : Tfassil tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima ta’ Ruma Kapitali (PAESC 2030) – Dipartiment Muniċipali għar-Riabilitazzjoni Ambjentali u l-Iskart ta’ Ruma Kapitali
- 2022-2024 : Konsulenza strateġika u teknika għall-iżvilupp ta’ prodotti, privattivi, servizzi u sistemi tal-IT għas-sistemi ta’ sensuri, l-intelliġenza artifiċjali, l-IoT, il-blockchain u id-droni għas-servizz tat-tranżizzjoni ekoloġika, tal-enerġija u ambjentali, ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet reżiljenti u t-trasformazzjoni diġitali
- 02/2022-07/2022 : Servizz ta’ appoġġ tekniku speċjalizzat għall-Pjan ta’ Tranżizzjoni Ekoloġika tar-Reġjun tal-Lazio – Lazio Innova
- 05/2023-04/2024 : Servizzi ta’ konsulenza dwar il-politiki għall-Membru tal-PE Tiziana Beghin
Karriera politika nazzjonali
Kariki f'partit politiku jew trade union nazzjonali
- 2005-... : Membru tal-Movimento 5 Stelle
- 2006-... : Irreġistrat mal-Meetup Sostenibilità e decrescita di Roma u l-Meetup nazzjonali Gruppo 280, bir-rwol ta’ assistent organizzatur, promotur u persuna responsabbli mill-gruppi ambjentalisti u tat-traduzzjoni
- 2006 : Koorganizzatur ta’ 1° V-Day, avveniment promoss minn Beppe Grillo
- 2007-... : Kollaborazzjoni mal-Movimento 5 Stelle ta’ Ruma fil-qasam tal-ambjent, tas-sigurtà alimentari u tal-ekonomija ċirkolari
- 2008 : President tal-Assoċjazzjoni Amici di Beppe Grillo, Ruma
- 2013 : Assistent volontarju fi ħdan il-grupp parlamentari tal-Moviment 5 Stelle fil-Kamra tad-Deputati
Karriera politika internazzjonali
Kariki f'istituzzjonijiet tal-UE
- 2014-2019 : Membru tal-Parlament Ewropew għall-Movimento 5 Stelle fi ħdan il-Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta (EFDD)
- 2014-2019 : Membru tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE).
- 2014-2019 : Membru tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni UE-Russja (D-RU)
- 2014-2019 : Membru sostitut tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI)
- 2014-2019 : Membru sostitut tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna (D-UA)
- 2014-2019 : Membru sostitut tad-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest (DEPA)
- 15/01/2015-2019 : Viċi President tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew “Beni Komuni u Servizzi Pubbliċi”
- 2024-... : Membru tal-Parlament Ewropew għall-Movimento 5 Stelle fil-Grupp The Left
- 2024-... : Membru tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE).
- 2024-... : Membru tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni UE-Russja (D-RU)
- 2025-... : Membru tal-Kumitat għas-Saħħa Pubblika (SANT)
- 2024-... : Membru sostitut tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN)
- 2024-... : Membru sostitut tad-Delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (D-CN).
Attivitajiet oħrajn
- 2009 : Kofundatur taċ-Circolo della decrescita felice ta’ Ruma u ta’ Transition Italia (fergħa Taljana ta' Transition Network)
- 2009 : Sieħeb f’ASPO Italia (taqsima nazzjonali tal-Association for the Study of Peak Oil and Gas), ta’ Arcipelago SCEC u ta’ ISDE (International Society Doctors for Environment)
- 2010 : Parteċipazzjoni fil-proġett ta’ konnettività libera li rriżulta konkretament fil-Mesh Network taċ-ċittadini ta’ NoiNet.eu
Dekorazzjonijiet
- Ċertifikat ta’ Mertu Pubbliku tal-Protezzjoni Ċivili għall-volontarjat fi ħdan is-servizz ta’ dentistrija mħejji fil-kamp tat-tined tal-belt ta’ L’Aquila wara t-terremot tas-6 ta’ April 2009
Kuntatt
Brussell
Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
01H347
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Bât. ALTIERO SPINELLI
01H347
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasburgu
Parlement européen
Bât. SALVADOR DE MADARIAGA
G02011
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex
Bât. SALVADOR DE MADARIAGA
G02011
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex