L-Intergruppi fil-Parlament Ewropew

L-intergruppi huma forum għal skambji informali ta'' fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi fost il-gruppi politiċi differenti, u jistabbilixxu kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili. Kull intergrupp huwa magħmul minn Membri minn tal-anqas tliet gruppi politiċi differenti.

L-intergruppi mhumiex korpi uffiċjali tal-Parlament, iżda huma rikonoxxuti mill-Parlament. Huma jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-presidenti tal-gruppi politiċi fil-bidu ta'' kull leġiżlatura.

Lista ta' intergruppi

Din hija l-lista ta' intergruppi fil-leġiżlatura attwali. L-intergruppi m'għandhomx jiġu konfużi ma' gruppi mhux uffiċjali jew ma' gruppi ta' ħbiberija, li mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment u għalhekk ma jidhrux f'din il-lista.

Regolamentazzjoni tal-intergruppi

L-intergruppi huma regolati mill-Artikolu 35 tar-Regoli ta' Proċedura u minn regoli interni oħrajn.

Fl-interess tat-trasparenza, rappreżentanti ta' gruppi ta' interess fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet tal-intergruppi organizzati fil-Parlament (attendenza, appoġġ jew biex jospitaw laqgħat jew avvenimenti b'mod konġunt). Barra minn hekk, kull intergrupp għandu jippubblika dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji, li tkopri l-appoġġ kollu riċevut fi flus kontanti jew in natura (appoġġ finanzjarju, ta' persunal u ta' materjal).

Barra minn hekk, l-intergruppi huma pprojbiti milli:

  • jużaw ismijiet jew logos ta' tal-Parlament jew ta' gruppi politiċi;
  • jesprimu opinjoni f'isem il-Parlament;
  • iwettqu attivitajiet li jistgħu joħolqu konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu;
  • iwettqu attivitajiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE jew mal-pajjiżi terzi; u
  • jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jaħbtu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża l-osservazzjoni elettorali.

Il-Kwesturi huma responsabbli għas-superviżjoni tal-intergruppi.

Gruppi mhux uffiċjali

Il-gruppi mhux uffiċjali jixbhu lill-intergruppi fl-ambitu u fl-iskop tagħhom, iżda jindirizzaw temi li mhumiex koperti mill-intergruppi rikonoxxuti. M’għandhom l-ebda eżistenza ġuridika u mhumiex rikonoxxuti mill-Parlament. Il-Parlament la jiġbor informazzjoni dwar il-gruppi mhux uffiċjali u lanqas dwar il-kompożizzjoni tagħhom.

Il-Membri li jirċievu appoġġ estern fil-kuntest ta’ grupp mhux uffiċjali għandhom l-obbligu li jinkludu dan l-appoġġ fid-dikjarazzjoni tal-interessi privati tagħhom. Dik l-informazzjoni hija ċentralizzata fir-reġistru pubbliku ta’ hawn taħt.

Il-gruppi mhux uffiċjali huma rregolati mill-Artikolu 36 tar-Regoli ta’ Proċedura u huma suġġetti għall-istess restrizzjonijiet rigward l-attivitajiet tagħhom bħall-intergruppi. Barra minn hekk, il-gruppi mhux uffiċjali relatati ma’ pajjiżi terzi koperti minn delegazzjoni parlamentari ma jistgħux jużaw il-faċilitajiet tal-Parlament (swali tal-laqgħat, servizz ta’ interpretazzjoni, eċċ.).

Reġistru tal-gruppi mhux uffiċjali li jiddikjaraw l-appoġġ riċevut