Curriculum vitae Eleonora MELETI
Verżjoni oriġinali : EN
Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari hija esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)
Aġġornata: 26/10/2026
Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)
- Lawrja fil-Letteratura Franċiża, Università Kapodistrijana ta’ Ateni u lawrja fil-Letteratura Taljana, Università ta’ Ferrara (l-Italja).
- Studji fil-ġurnaliżmu, il-mass media u l-komunikazzjoni (Ant1 MediaLab) u attwalment qiegħda tattendi l-aħħar sena tal-kors fil-psikoloġija fl-Università Ewropea ta’ Ċipru.
- Titkellem bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Ispanjol u bl-Għarbi.
Karriera professjonali
- 2000 : F’April 2000, bdiet taħdem għal varji rivisti u gazzetti bħala traduttriċi ta’ artikli xjentifiċi u aħbarijiet internazzjonali. Għadha taħdem bħala traduttriċi sal-lum, għad li bħalissa qiegħda tikkonċentra fuq it-traduzzjoni ta’ xogħlijiet teatrali.
- 2001 : Bdiet il-karriera tagħha fil-ġurnaliżmu bħala ġurnalista u editriċi tal-aħbarijiet internazzjonali u ilha attiva minn Ottubru 2001 bħala ġurnalista u preżentatriċi televiżiva fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju ewlenin. Illum, wara 26 sena, hija magħrufa sew fil-qasam u ppreżentat b’suċċess bullettini tal-aħbarijiet, programmi ta’ divertiment, talk shows u dokumentarji ta’ riċerka soċjali.
- 2014 : Ilha ’l fuq minn 10 snin tikteb artikli għal siti Griegi u Ċiprijotti popolari u qanqlet interess kbir bis-saħħa tal-pinna fina u inġenjuża tagħha. Dan l-aħħar, skont it-tendenza attwali, qiegħda tqatta’ ħafna ħin teditja u tippreżenta sensiela ta’ podcasts, l-aktar dwar l-attwalità fil-qasam soċjali. Dawn niżlu tajjeb ħafna mal-pubbliku.
- 2021 : F’Ottubru 2021, ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha “Γυναίκα ψάχνει” [Gynaika psahni – Il-mara li qed tfittex], b’kollaborazzjoni mal-pubblikatur “Dioptra”. Permezz ta’ narrazzjoni ta’ esperjenzi personali fil-forma ta’ djarju, il-ktieb jittratta r-rwol diffiċli tan-nisa f’soċjetà affettwata minn patoloġiji u stereotipi razzjali, u malajr daħal fil-lista tal-kotba li l-aktar inbiegħu, b’aktar minn 18 000 kopja mibjugħa.
- 2024 : Fit-22 ta’ Mejju 2024, ippubblikat it-tieni ktieb tagħha “Το όνειρό μου ήταν πάντα ένα μοβ ποδήλατο” [To óniro mu itan panta ena mov podílato – Dejjem ħlomt li jkolli rota vjola]. Il-ktieb huwa bbażat fuq ġrajjiet veri li jesponu fid-dettall il-vjaġġ li għamlet Eleonora lejn ir-reżiljenza mentali u l-fejqan mit-trawma tal-abbuż emozzjonali, esperjenza li diġà kienet tkellmet dwarha pubblikament. Dan il-ktieb ukoll irnexxielu jidħol fil-lista tal-kotba li l-aktar inbiegħu, din id-darba f’anqas minn 20 ġurnata, u laħaq in-numru ta’ 11 000 kopja mibjugħa.
Attivitajiet oħrajn
- 2020 : Insinja onorarja mingħand l-Unjoni tal-Uffiċjali tal-Fizzjali tal-Pulizija għall-kontribut tagħha fis-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u mad-drittijiet tan-nisa.
- 2023 : Insinja onorarja mingħand il-Klabb għall-UNESCO tal-Pirew u tal-Gżejjer għall-ktieb tagħha “Γυναίκα ψάχνει” [Gynaika psahni] fil-kuntest ta’ konferenza dwar is-saħħa mentali.
- 2026 : Ippremjata mill-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ “W.I.N. Hellas” talli qattgħet ħafna snin tagħti appoġġ permezz tal-volontarjat lin-nisa vittmi ta’ abbużi.
- 2026 : Ġiet ikklassifikata r-raba’ Membru tal-PE l-aktar influwenti fost is-720 Membru dwar is-suġġetti tad-drittijiet tan-nisa, tal-ugwaljanza u tal-kwistjonijiet familjarji skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni ta’ EU Matrix.
Dekorazzjonijiet
- Miżżewġa lill-imprenditur Thodoris Marosoulis u għandha tifla ta’ sitt snin li jisimha Alexandra Oceanida.
- Magħrufa għall-personalità dinamika u mhux konvenzjonali tagħha, hija meqjusa bħala waħda mill-preżenzi fil-media l-aktar popolari fid-dinja tal-lingwa Griega. Għal din ir-raġuni, ġiet mistiedna tipparteċipa f’għexieren ta’ konferenzi relatati mas-saħħa mentali u mat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa.
- Fil-ħin liberu tagħha, Eleonora tieħu pjaċir tiskijja, tipprattika l-windsurf u l-waterski.
Kuntatt
Brussell
Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
09E115
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Bât. ALTIERO SPINELLI
09E115
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasburgu
Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T09023
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex
Bât. LOUISE WEISS
T09023
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex