Idoia MENDIA
Idoia MENDIA

Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew

Membru

Spanja - Partido Socialista Obrero Español (Spanja)

Curriculum vitae Idoia MENDIA

Verżjoni oriġinali : ES


Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari hija esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)

Aġġornata: 30/07/2025

Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)

  • 1985-1990 : Lawrja fil-Liġi, Università ta’ Deusto
  • 1991-1992 : Lawrja postgradwatorja fir-Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej, Skola tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Università ta’ Amsterdam
  • 1994 : Diploma mill-Iskola tal-Prattika Legali, Kamra tal-Avukati ta’ Biskalja

Karriera professjonali

  • 1994-2005 : Avukat
  • 1993 : Traineeship, Kummissjoni Ewropea

Karriera politika nazzjonali

Kariki f'partit politiku jew trade union nazzjonali

  • 2010-... : Membru tal-Kumitat Federali tal-Partit Soċjalista tal-Ħaddiema Spanjol (PSOE)
  • 2021-2024 : Segretarju għall-Istudji u l-Programmi, Kummissjoni Eżekuttiva Federali
  • 2014-2021 : Segretarju Ġenerali tal-Partit Soċjalista tal-Pajjiż Bask – Euskadiko Ezkerra (PSE-EE) (PSOE)
  • 2012-2014 : Kummissjoni Eżekuttiva Nazzjonali tal-PSE-EE (PSOE): Kelliema
  • 2002-2012 : Kummissjoni Eżekuttiva tal-PSE-EE f’Biskalja (PSOE): Segretarju għall-Impjieg u t-Taħriġ
  • 1997-2001 : Kummissjoni Eżekuttiva Nazzjonali tal-PSE-EE (PSOE)
  • 1994-... : Membru tal-Kumitat Nazzjonali tal-PSOE
  • 1994-... : Membru tal-Kumitat Provinċjali tal-PSE-EE f’Biskalja (PSOE)

Kariki f'organi governattivi lokali

  • 2003-2009 : Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Barrika (Biskalja, Spanja)

Kariki f'Parlament reġjunali

  • 2002-2009 : Membru Parlamentari għal Biskalja: kelliema għall-oqsma tal-industrija, l-agrikoltura, is-sajd u l-politika lingwistika
  • 2012-2020 : Membru Parlamentari għal Biskalja: skrutinju tal-Gvern Bask f’oqsma bħas-servizz pubbliku, l-innovazzjoni amministrattiva, il-gvern miftuħ, id-data miftuħa, l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi, l-effiċjenza tas-settur pubbliku u l-politika lingwistika

Kariki f'organi governattivi reġjunali

  • 2020-2024 : “Vicelehendakari” (Viċi President tal-Gvern Bask) u Ministru Reġjonali għax-Xogħol u l-Impjieg: it-trasformazzjoni tas-sistema pubblika tal-impjieg u l-politiki attivi fil-Pajjiż Bask (il-Liġi dwar l-Impjieg Ekoloġiku); l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar is-Sistema Baska ta’ Garanzija tal-Introjtu
  • 2009-2012 : Ministru Reġjonali għall-Intern, il-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika u Kelliem tal-Gvern: il-ġestjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja; ir-responsabbiltà tas-servizz pubbliku Bask u n-negozjar kollettiv; is-servizzi legali ċentrali tal-Gvern Bask; il-Kummissjoni Baska għall-Konsulenza Legali; il-kontroll regolatorju tal-awtoritajiet lokali kif ukoll ir-reġistri tal-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet; il-ġestjoni ċentralizzata tat-tagħmir kollu tal-gvern, il-bini, is-sigurtà, il-flotta ta’ vetturi, il-provvisti, eċċ.; il-ġestjoni tal-IT u tat-telekomunikazzjoni tal-Gvern Bask; id-data miftuħa, il-gvern elettroniku, u l-Iskema ta’ Innovazzjoni Pubblika; il-pulizija Baska

Karriera politika internazzjonali

Kariki f'istituzzjonijiet tal-UE

  • 06/2024-... : Membru tal-Parlament Ewropew, Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew (S&D): membru tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) u tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) (DASE); membru sostitut tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO), tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO), tal-Kumitat għas-Sajd (PECH) u tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja (D-IN)

Attivitajiet oħrajn

  • 2019 : “Construir para Convivir” (Nibnu biex ngħixu flimkien). Ippubblikat minn Los Libros de la Catarata. Pubblikazzjoni.
  • 2021 : “Innovar en el empleo para transformar Euskadi” (L-innovazzjoni fl-impjieg għat-trasformazzjoni tal-Pajjiż Bask). Master’s fit-Tmexxija u l-Ġestjoni tan-Negozji / Executive MBA. Università tal-Pajjiż Bask – Euskal Herriko Unibertsitatea (UPV-EHU). Lettriċi
  • 2016 : “Propuesta Socialista para la Convivencia” (Proposta Soċjalista għall-Koeżistenza). Kors tas-sajf fl-Università Complutense ta’ Madrid. Lettriċi
  • 2015 : “Reforma constitucional, autogobierno, derecho a decidir e independencia” (Ir-riforma kostituzzjonali, l-awtonomija, id-dritt ta’ deċiżjoni u l-indipendenza). Kors tas-Sajf fl-Università tal-Pajjiż Bask (UPV-EHU). Lettriċi

Kuntatt

Brussell

Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
14G242
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasburgu

Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T07141
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex