Curriculum vitae Michał WAWRYKIEWICZ
Verżjoni oriġinali : EN
Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari huwa esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)
Aġġornata: 27/03/2025
Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)
- 1990-1996 : Master fil-Liġi, Fakultà tal-Liġi u l-Amministrazzjoni, Università ta’ Varsavja
- 1999-2023 : Apprendistat legali
- 2022-2023 : Fellow, National Endowment for Democracy, Washington, D.C. – twettiq ta’ programm dwar l-importanza tal-movimenti ċiviċi u soċjali fid-difiża tal-istat tad-dritt u d-demokrazija; Għoti ta’ lekċers f’universitajiet prestiġjużi, inkluż fl-universitajiet ta’ Harvard, Yale, Georgetown u New York
Karriera professjonali
- 2003-... : Prattika legali indipendenti – speċjalizzazzjoni fil-liġi ċivili, kostituzzjonali u Ewropea; esperjenza estensiva fil-proċedimenti tal-qorti u amministrattivi, inklużi dawk tal-Qorti Suprema, il-Qorti Amministrattiva Suprema u t-Tribunal Kostituzzjonali, kif ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB)
- 2016-2019 : Espert parlamentari – għoti ta’ opinjonijiet u konsultazzjonijiet legali għall-uffiċċju ta’ analiżi tal-Parlament Pollakk u l-Ispeaker tas-Senat, b’enfasi fuq l-ordni kostituzzjonali u l-istat tad-dritt
- 07/2017-04/2024 : Kofundatur tal-inizjattiva “Qrati Ħielsa” (Wolne Sądy) – sensibilizzazzjoni dwar l-indipendenza ġudizzjarja, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ kampanji, attivitajiet edukattivi, dimostrazzjonijiet, media soċjali u għarfien espert legali
- 06/2018-04/2024 : Koinizjatur u membru tal-Kumitat għad-Difiża tal-Ġustizzja (KOS) – prestazzjoni ta’ servizzi ta’ difiża u rappreżentanza legali għall-imħallfin u l-prosekuturi ripressi mill-gvern u soġġetti għal proċedimenti dixxiplinari u kriminali inġusti quddiem il-qrati nazzjonali u l-QĠUE u l-QEDB, eż. quddiem il-QĠUE, il-Kawża C-487/19 (W.Ż.) u l-Kawżi Magħquda C-585/18, C-624/18 u C-625/18 (A.K.), u quddiem il-QEDB, il-Kawża Tuleya vs il-Polonja
- 2018-2023 : Espert u konsulent dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza fil-Polonja għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew – parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet u seduti ta’ smigħ, għoti ta’ għarfien espert legali fil-prattika dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja fir-rigward tal-ksur tal-istat tad-dritt
- 2023-... : Kofundatur ta’ DemoCrisis, organizzazzjoni internazzjonali ddedikata għad-difiża tal-istat tad-dritt u l-indipendenza ġudizzjarja f’pajjiżi li jiffaċċjaw theddid awtokratiku
Dekorazzjonijiet
- It-Tieni Distinzjoni fil-kompetizzjoni “Avukat Pro Bono tas-Sena” ta’ “Rzeczpospolita” Polonja, mogħtija fl-2018
- Premju Newsweek Teresa Torańska għas-servizz pubbliku, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2018
- Premju TOK FM Radio Anna Laszuk għal “Impatt Eċċezzjonali fuq ir-Realtà”, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2018
- Premju taċ-Ċittadin tal-Parlament Ewropew għall-attivitajiet ta’ kuljum li jirriflettu l-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2020
- Meritevoli għall-Avukatura, mogħti fl-2021
- Premju tal-Istat tad-Dritt tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Avukati UIA/LexisNexis għad-dedikazzjoni u l-impenn għall-avvanz tal-istat tad-dritt, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2022
- Kampanja kontra l-Omofobija “Korona Równości” (Kuruna tal-Ugwaljanza) – Premju għall-ġlieda għad-drittijiet ugwali għall-komunità LGBT+ fil-kategorija tal-liġi, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2023
- Premju Andrzej Wajda għall-attiviżmu soċjali, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2024
- Premju Polish Business Roundtable għall-attiviżmu soċjali, mogħti lil “Qrati Ħielsa” fl-2024
Kuntatt
Brussell
Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
13E254
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Bât. ALTIERO SPINELLI
13E254
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasburgu
Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T10041
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex
Bât. LOUISE WEISS
T10041
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex