Giusi PRINCI
Giusi PRINCI

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani)

Membru

l-Italja - Forza Italia (l-Italja)

Data tat-twelid : , REGGIO CALABRIA

Curriculum vitae Giusi PRINCI

Verżjoni oriġinali : IT


Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari hija esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)

Aġġornata: 31/03/2025

Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)

  • Lawrja fix-Xjenzi tal-Edukazzjoni, fil-kors għall-għalliema tal-iskola sekondarja, Università ta’ Messina, Fakultà tax-Xjenzi tal-Formazzjoni, bil-marka 110/110, summa cum laude.
  • Kors ta’ speċjalizzazzjoni postuniversitarja għal prinċipali tal-iskejjel, b’36 krediti tat-taħriġ, Uffiċċju Skolastiku Reġjonali (USR) tal-Calabria, Università tal-Calabria
  • Rebbieħa tal-kors/kompetizzjoni ordinarja għal prinċipali tal-iskejjel maħruġ skont id-D.D.G. tal-21 ta’ Novembru 2004
  • Kors ta’ speċjalizzazzjoni postuniversitarja tat-tieni livell fil-Ġestjoni tal-entitajiet lokali u tal-kumpaniji pubbliċi u privati, bil-marka 110/110, summa cum laude
  • Kors ta’ speċjalizzazzjoni postuniversitarja, Università ta’ Firenze, “Il ruolo del dirigente nella pubblika amministrazione”, b’20 kreditu u bil-marka 100/100.
  • Kors ta’ taħriġ ta’ livell għoli, “Economia del turismo territoriale sostenibile”, Università Kummerċjali L. Bocconi
  • Lawrja fis-Sorveljanza Skolastika, Università ta’ Messina, Fakultà tal-Edukazzjoni, bil-marka 30/30
  • Warrant ta’ għalliem għall-iskejjel sekondarji tat-tieni grad, klassi AO37, bil-marka 80/80
  • Rebbieħa tal-kompetizzjoni għall-għalliema ppubblikata skont id-D.M. tat-13 ta’ Marzu 1990

Karriera professjonali

  • 16/07/2024-... : Membru tal-Parlament Ewropew; – membru tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT); – membru tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM); – membru sostitut tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL); – President tad-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Asja Ċentrali (DCAS); – membru tal-interkumitat dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà; – Viċi President tal-intergrupp tal-Parlament Ewropew dwar ir-reġjuni kostali u insulari, b’delega għall-Mediterran (affarijiet kulturali u ħarsien tal-minoranzi)
  • 2021-15/07/2024 : Viċi President tal-Eżekuttiv tal-Kunsill Reġjonali tal-Calabria, b’delega għal dawn l-oqsma: xogħol, edukazzjoni, università, riċerka, programmazzjoni unitarja, taħriġ ta’ livell għoli opportunitajiet indaqs, istituti tekniċi superjuri, bini skolastiku u impjanti sportivi, ekonomija u finanzi, azzjonijiet għall-iżvilupp għaż-żona tal-Istrett u l-belt metropolitana ta’ Reggio Calabria
  • 2010-2021 : Prinċipal tal-iskola b’impjieg fiss, Liċeo Xjentifiku Leonardo da Vinci, Reggio Calabria
  • 2021-2021 : Relatriċi fil-fiera DIDACTA għall-Ministeru għall-Edukazzjoni, Dipartiment għas-Sistema tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, Direttorat Ġenerali għall-Ordinamenti Skolastiċi, il-valutazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni, 17 ta’ Marzu 2021
  • 2018-2018 : Membru tal-Kumitat Promutur tal-Prinċipali tal-Iskejjel fl-intestatura bil-kolofon tar-rivista “Dirigenti Scuola”
  • 2020-2020 : Membru tal-Organu ta’ Koordinament Nazzjonali Perkors ta’ orjentament bijomediku sanitarju, Ministeru għall-Edukazzjoni, Dipartiment għas-Sistema tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, D.D.G. għall-Ordinamenti Skolastiċi u l-valutazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni, kapitolu nru 0001332 tat-8 ta’ Ottubru 2020
  • 2020-2020 : Membru tat-task force provinċjali biex l-iskejjel jerġgħu jinfetħu fis-sigurtà, skont id-Digriet tal-Uffiċċju Skolastiku għall-Calabria prot. nru 10286 tal-24 ta’ Lulju 2020
  • 2017-2020 : Membru tal-Organu ta’ Koordinament Nazzjonali Perkors ta’ orjentament bijomediku sanitarju, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka, digriet tal-Kap tad-Dipartiment għas-Sistema tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ nru 0001113 tas-26 ta’ Ottubru 2017, għall-perjodu 2017-2020
  • 2019-2019 : Tutor tal-prinċipali tal-iskejjel li jkunu għadhom kemm ġew impjegati, digriet USR Calabria prot. nru 211082 tat-12 ta’ Diċembru 2019
  • 2019-2019 : Membru estern tal-Kumitat ta’ Valutazzjoni tal-Għalliema (Art. 1 c. 129, L. 107/15) fi ħdan il-Liċeo Lingwistiku-Xjenzi Umani T. Gulli, Reggio Calabria, D.G. nru 4990 tal-21 ta’ Marzu 2019
  • 2018-2019 : President tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan il-Liċeo tax-Xjenzi Umani b’għażla soċjali “Giuseppe Rechichi”, sena skolastika 2018-2019
  • 2017-2018 : President tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan il-Liċeo Xjentifiku – Istitut Industrijali P. Mazzone, Roccella Ionica, sena skolastika 2017-2018
  • 2017-2017 : Membru tal-Organu ta’ Koordinament Nazzjonali Perkors ta’ orjentament bijomediku sanitarju, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka, digriet tal-Kap tad-Dipartiment għas-Sistema tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ nru 0001113 tas-26 ta’ Ottubru 2017
  • 2017-2017 : Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Kors għal-Lawrja fix-Xjenzi Storiċi, Università ta’ Messina, 2017
  • 2017-2017 : Membru tal-Kumitat Tekniku-Xjentifiku għall-proġett pilota nazzjonali “Mediterranea in Rete”, Università Mediterranja ta’ Reggio Calabria, USR Calabria, digriet prot. nru 2266 tas-27 ta’ Frar 2017
  • 2016-2017 : President tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan il-Liċeo Xjentifiku P. Mazzone Roccella Ionica, sede assoċjata ta’ Gioiosa Ionica, sena skolastika 2016-2017
  • 2016-2017 : Aġent prinċipal fi ħdan l-Istitut Tekniku Kummerċjali Ferraris-Da Empoli ta’ Reggio Calabria, sena skolastika 2016-2017
  • 2016-2016 : Membru estern tal-Kumitat ta’ Valutazzjoni tal-Għalliema (Art. 1 c. 129, L. 107/15) fi ħdan il-Liċeo Lingwistiku-Xjenzi Umani T. Gulli, Reggio Calabria, D.G. nru 1083 tas-27 ta’ Frar 2016
  • 2015-2016 : President tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan il-Liċeo Xjentifiku P. Mazzone Roccella Ionica, sede assoċjata ta’ Gioiosa Ionica, sena skolastika 2015-2016
  • 2016-2016 : Membru estern tal-Kumitat ta’ Valutazzjoni tal-Għalliema (Art. 1 c. 129, L. 107/15) fi ħdan il-Liċeo Lingwistiku-Xjenzi Umani T. Gulli ta’ Reggio Calabria, D.G. nru 1083 tas-27 ta’ Frar 2016
  • 2015-2016 : President tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan il-Liċeo Xjentifiku P. Mazzone, Roccella Ionica, sede assoċjata ta’ Gioiosa Ionica, sena skolastika 2015-2016
  • 2015-2015 : Kummissarju straordinarju fi ħdan iċ-Ċentru Provinċjali għall-Edukazzjoni għall-Adulti (CPIA) ta’ Reggio Calabria (D.D.G. USR Calabria nru 10934 tad-19 ta’ Settembru 2015)
  • 2015-2015 : Tutor koordinatur tal-Kunsill tal-kors ta’ traineeship TFA, it-tieni ċiklu, USR Calabria, prot. nru 2416 tat-3 ta’ Marzu 2015
  • 2015-2015 : Membru tal-Bord tal-Eżami għall-warrants ta’ għalliem għall-klassijiet tal-kompetizzjoni A012-A058-A074, digriet UNIRC nru 140 tal-1 ta’ Lulju 2015
  • 2012-2015 : Membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Convitto Nazionale di Stato T. Campanella, Reggio Calabria, għall-perjodu 2012-2025, digriet USR Calabria
  • 2014-2014 : Membru tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Pubblikaturi Identifikati fl-ambitu tal-proġett nazzjonali “Io Conto”, Direttorat Ġenerali għall-Politika Finanzjarja u l-Baġit, digriet nru 23326 tas-26 ta’ Ġunju 2014, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka, 2014
  • 2014-2014 : Għalliema li tħarreġ għalliema oħrajn fl-Istitut Tekniku Kummerċjali Ferraris-Da Empoli ta’ Reggio Calabria, “La valutazione e l’assolvimento dell’obbligo formativo”, 2014
  • 2014-2014 : Membru tal-grupp operattiv ta’ proġett maħsub biex isiru korsijiet ta’ taħriġ u aġġornament għall-għalliema u għall-persunal amministrattiv, tekniku u awżiljarju (ATA), Istitut Tekniku Kummerċjali Ferraris-Da Empoli ta’ Reggio Calabria, 2014
  • 2010-2014 : Koordinatriċi ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ għall-valorizzazzjoni tal-eċċellenzi skolastiċi, ippjanar u koordinament tal-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-Olimpijadi Nazzjonali u Internazzjonali, Liċeo Xjentifiku L. Da Vinci, Reggio Calabria, 2010-2014
  • 2010-2014 : Koordinatriċi ta’ proġetti innovattivi għall-alternanza bejn l-iskola u x-xogħol, promozzjoni ta’ azzjonijiet didattiċi integrati, USR Calabria – Unioncamere Calabria – Confindustria, Liċeo Xjentifiku L. Da Vinci, Reggio Calabria, 2010-2014
  • 2010-2014 : Tmexxija tal-kors tal-għalliema li jkunu għadhom kemm ġew impjegati, digriet tal-USR Calabria, Liċeo Xjentifiku L. Da Vinci, Reggio Calabria, 2010-2014
  • 2014-2014 : Tmexxija tal-kors ta’ taħriġ provinċjali għall-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi, komunikattivi, metodoloġiċi, didattiċi bil-lingwa Ingliża, metodoloġija CLIL, digriet USR Calabria, Liċeo Xjentifiku L. Da Vinci, Reggio Calabria, 2014
  • 2014-2014 : Għalliema li tħarreġ lill-għalliema l-oħra, Istitut Komprensiv Boccioni, Gallico (RC), “La valutazione nelle e delle scuole autonome”, 2014
  • 2013-2013 : Għalliema li tħarreġ lill-għalliema l-oħra, Istitut Komprensiv Bova, Reggio Calabria, “POF e valutazione”, 2013
  • 2013-2013 : Mentoraġġ tal-prinċipali tal-iskejjel li jkunu għadhom kemm ġew impjegati, USR Calabria, prot. nru 20845 tal-10 ta’ Diċembru 2013
  • 2007-2013 : Disinjatriċi u koordinatriċi ta’ proġetti Ewropej PON “Ħiliet għall-iżvilupp” FEŻR “Ambjenti għall-apprendiment” 2007-2013, nazzjonali u reġjonali, fl-iskejjel kollha fejn ħadmet
  • 2012-2012 : Membru tal-grupp ta’ ħidma nazzjonali “Didattica laboratoriale delle scienze”, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka, 2012
  • 2011-2012 : Membru tal-grupp ta’ ħidma Delivery unit reġjonali (Calabria), D.G. USR Calabria, 2011-2012
  • 2012-2012 : Għalliema li tħarreġ lill-għalliema l-oħra, Istitut Komprensiv Africo (RC), “Indicazioni Nazionali 1º e 2º ciclo”, 2012
  • 2012-2012 : Membru tal-Kumitat Tekniku Provinċjali għat-Taħriġ tal-Persunal Skolastiku għall-Istudenti b’Diżabbiltà, 2012
  • 2010-2012 : Koordinatriċi tal-aspetti innovattivi ta’ natura metodoloġika u didattika marbutin mar-riforma tal-amministrazzjoni tas-sistema tal-iskola sekondarja u postsekondarja Taljana bħala parti mill-isforzi taċ-Ċentru tal-Edukazzjoni biex jagħti gwida lill-iskejjel fin-network fir-rigward tar-riforma, Provinċja ta’ Reggio Calabria, 2010, 2011 u 2012
  • 2010-2012 : Ħarrieġa ta’ għalliema u prinċipali ta’ skejjel tal-iskola sekondarja tat-tieni grad, miniseminars reġjonali ta’ implimentazzjoni tar-riforma tat-tieni ċiklu, 2010, 2011 u 2012: mod. “Il profilo educativo culturale e professionale (PECUP)”; mod. “Progettare e valutare per competenze”; mod. “Innovazione didattica: alternanza scuola-lavoro”; mod. “Progettare e valutare per competenze”; mod. “Innovazione didattica: alternanza scuola-lavoro”
  • 2011-2011 : Għalliema tal-kors ta’ speċjalizzazzjoni u aġġornament professjonali “Le metodologie didattiche e la valutazione del curricolo”, Università Telematika Giustino Fortunato, Benevento, 2011
  • 2011-2011 : Għalliema li tħarreġ lill-għalliema l-oħra, Istitut Komprensiv Brancaleone (RC), “Sicurezza e valutazione nelle scuole”, 2011
  • 2011-2011 : Membru tal-Kumitat Tekniku Reġjonali għat-Taħriġ tal-Persunal Skolastiku għall-Istudenti b’Diżabbiltà, 2011
  • 2011-2011 : President tal-Bord tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan l-Iskola Sekondarja tat-tieni grad, Liċeo Klassiku Luigi Nostro, Villa San Giovanni (RC), 2011
  • 2011-2011 : Għalliema fil-kors ta’ speċjalizzazzjoni (l-ewwel u t-tieni livell), “Didattica e formazione: metodologie, strategie e tecniche per la ricerca e l’insegnamento curriculare e di sostegno” – Il-proċess tagħlim/apprendiment fil-formazzjoni tal-persuna, Università San Piju V, Ruma, 2011
  • 2010-2010 : Għalliema fil-kors ta’ speċjalizzazzjoni (l-ewwel u t-tieni livell), “Didattica e formazione: metodologie, strategie e tecniche per la ricerca e l’insegnamento curriculare e di sostegno” – Taħriġ u edukazzjoni interpretazzjonijiet u kuntesti, Università San Piju V, Ruma, 2010
  • 2010-2010 : Għalliema ta’ kors ta’ speċjalizzazzjoni (l-ewwel livell) qasam tat-taħriġ u tal-edukazzjoni – interpretazzjonijiet u kuntesti: “L’atto educativo”, Libera Università degli Studi per l’innovazione e le organizzazioni (LUSPIO), 2010
  • 2007-2010 : Prinċipal tal-iskola b’impjieg fiss fi ħdan l-Istituto D. D. A. Cassiodoro, Pellaro (RC), 2007-2010
  • 2008-2010 : Sperimentazzjoni ta’ prattiki didattiċi tajba, Art. 8 D.P.R. 275/99: istituzzjonalizzazzjoni tal-eżamijiet li jtemmu l-ħames snin tal-iskola primarja, D.D. Pellaro (RC), 2008-2010
  • 2008-2010 : Tmexxija tal-kors ta’ taħriġ provinċjali għall-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi, komunikattivi, metodoloġiċi, didattiċi bil-lingwa Ingliża, (livell NC/A1), digriet USR Calabria, D.D. Cassiodoro, Pellaro (RC), 2008-2010
  • 2008-2010 : Applikazzjoni ta’ prattiki didattiċi tajba, Art. 8 D.P.R. 275/99: sperimentazzjoni tal-kurrikulu UMI (tutur intern – ħarrieġ estern), klassijiet tal-iskola primarja, D.D. nru 44339 tal-10 ta’ Ottubru 2009; D.D. Cassiodoro, Pellaro (RC), 2008-2010
  • 2015-2016 : Membru tal-Kumitat Tekniku Xjentifiku, network taċ-ċentru tat-taħriġ għall-iskejjel “Io Conto”, Direttorat Ġenerali għall-Politika Finanzjarja u l-Baġit, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka
  • 2008-2009 : Tmexxija tal-kors tal-għalliema li jkunu għadhom kemm ġew impjegati, digriet tal-USR Calabria, D.D. Pellaro (RC), 2008-2009
  • 2008-2009 : Tmexxija u koordinament provinċjali tal-kors “Corso di alfabetizzazione stranieri”, digriet USR Calabria, D.D. Pellaro (RC), 2008-2009
  • 2008-2008 : President tal-Bord tal-eżamijiet tal-Istat fi ħdan l-Iskola Sekondarja tat-tieni grad, ITIS Bagnara Calabra u Istitut Tekniku Kummerċjali Severi, Gioia Tauro (RC), 2008
  • 2006-2007 : Prinċipal tal-iskola b’inkarigu fi ħdan D.D. Collodi, Gebbione (RC), 2006-2007
  • 1992-2006 : Għalliema f’varji direttorati edukattivi tal-Provinċja ta’ Reggio Calabria mill-1992 sal-2006, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka
  • 1997-2006 : Karigi okkupati bħala għalliema: persuna responsabbli tal-kumpless Amato, Taurianova; persuna ta’ kuntatt għall-proġett ambjent, it-tieni distrett Taurianova: inkarigu funzjoni-obiettiv, it-tieni distrett ta’ Taurianova; assistent kollaboratur, it-tieni distrett ta’ Taurianova; psikopedagoġista tad-distrett, it-tieni distrett ta’ Taurianova; koordinatriċi għall-proġetti tad-distrett, it-tieni distrett ta’ Taurianova; membru tal-kumitat ta’ valutazzjoni, it-tieni distrett ta’ Taurianova; membru tal-kumitat tal-kunsill tad-distrett u tal-bord eżekuttiv, it-tieni distrett ta’ Taurianova; persuna ta’ kuntatt għall-proġett legalità, it-tieni distrett Taurianova; persuna ta’ kuntatt għall-proġett tluq bikri mill-iskola, it-tieni distrett Taurianova; koordinatriċi tal-grupp ta’ ħidma: analiżi tal-bżonnijiet formattivi tal-għaliiema u tal-persunal amministrattiv, tekniku u awżiljarju, it-tieni distrett didattiku, Taurianova
  • 2005-2005 : Membru tal-grupp ta’ ħidma Kumitat Reġjonali għall-Opportunitajiet Indaqs, USR Calabria, 2005
  • 2003-2003 : Relatriċi tal-kors ta’ aġġornament għall-għalliema: “La riforma Moratti: problemi organizzativi e didattici”, D.D. it-tieni distrett ta’ Taurianova, 2003
  • 1999-2000 : Membru tat-XII-il bord ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni għall-iskejjel primarji, Provinċja ta’ Reggio Calabria, D.D. 2 ta’ Frar 1999, Reklutaġġ ta’ għalliema, 2000
  • 2012-2024 : Sperimentazzjoni ta’ prattiki didattiċi innovattivi skont id-D.L. 275/99, biex l-iskejjel isiru ċentri kulturali ta’ eċċellenza; sperimentazzjoni ta’: istituzzjonalizzazzjoni tad-dixxiplina bijomediċina implimentata bi qbil tal-Assoċjazzjoni Medika tal-Provinċja ta’ Reggio Calabria rikonoxxuta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka, Direttorat Ġenerali għall-Ordinamenti Skolastiċi u estiż għal-liċej xjentifiċi u klassiċi tal-pajjżi bil-koordinament tal-Liċeo Xjentifiku L. da Vinci ta’ Reggio Calabria; istituzzjonalizzazzjoni tad-dixxiplina tat-tagħlim tal-astrofiżika implimentat bi qbil mal-planetarju provinċjali Pythagoras bilingwiżmu (Ingliż-Franċiż, Ingliż-Spanjol, Ingliż-Għarbi, Ingliż-Ċiniż); istituzzjonalizzazzjoni tad-dixxiplini tat-tagħlim (kontinwità vertikali mal-universitajiet) “Energy management” u “Da studenti a cittadini” implimentati bi qbil mal-Università Mediterranja, Reggio Calabria (Dipartimenti tal-Ekonomija, tal-Liġi u tal-Inġinerija) mit-tielet sena tal-liċeo ’l fuq bir-rikonoxximent ta’ 6 krediti għall-istudenti li jattendu l-kors u li jkunu se jinkitbu fl-Università ta’ Reggio Calabria

Karriera politika nazzjonali

Kariki f'organi governattivi reġjunali

  • 2021-15/07/2024 : Viċi President tal-Eżekuttiv tal-Kunsill Reġjonali tal-Calabria, b’delega għal dawn l-oqsma: xogħol, edukazzjoni, università, riċerka, programmazzjoni unitarja, taħriġ ta’ livell għoli opportunitajiet indaqs, istituti tekniċi superjuri, bini skolastiku u impjanti sportivi, ekonomija u finanzi, azzjonijiet għall-iżvilupp għaż-żona tal-Istrett u l-belt metropolitana ta’ Reggio Calabria
  • 2024-... : Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-proġett “ReCapp Cal” għall-irkupru tal-apprendiment bażi tat-Taljan u tal-matematika bil-għan li jibbilanċja d-diżlivelli fit-territorju u jimla l-lakuni fit-tagħlim marbuta mal-ħiliet essenzjali tal-istudenti tal-Italja t’isfel
  • 2023-2024 : Promotriċi tal-proġett “ReCapp Cal” għall-irkupru tal-apprendiment bażi tat-Taljan u tal-matematika bil-għan li jibbilanċja d-diżlivelli fit-territorju u jimla l-lakuni fit-tagħlim marbuta mal-ħiliet essenzjali tal-istudenti tal-Italja t’isfel
  • 2023-2024 : President tal-kumitat ta’ koordinament taċ-ċentru tat-tagħlim territorjali tal-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni (SNA) ta’ Reggio Calabria
  • 2022-2024 : Koordinatriċi tat-task force għall-integrazzjoni soċjosanitarja, Regione Calabria
  • 2022-2024 : Membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Università għall-Barranin Dante Alighieri
  • 2023-2024 : Membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fond Nazzjonali Corrado Alvaro
  • 2022-2023 : Promotriċi tal-introduzzjoni ta’ kantins b’ikel organiku fl-iskejjel Kalabriżi biex tinċentiva d-dieta Mediterranja u l-konsum tal-prodotti organiċi prodotti fil-lokalitajiet tat-territorju
  • 2023-2024 : Membru tal-kumitat ta’ koordinament taċ-ċentenarju tat-twelid ta’ Saverio Strati
  • 2022-2022 : Proponent tal-liġi reġjonali “Misure per il superamento della discriminazione di genere e incentivi per l’occupazione femminile”
  • 2019-2021 : Ftehim qafas USR Calabria, UNIRC 2019-2021, membru tal-kumitat ta’ tmexxija skont l-Art. 6

Karriera politika internazzjonali

Kariki f'istituzzjonijiet tal-UE

  • 16/07/2024-... : Membru tal-Parlament Ewropew; – membru tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT); – membru tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM); – membru sostitut tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL); – President tad-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Asja Ċentrali (DCAS); – komponent tal-interkumitat dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà; – Viċi President tal-intergrupp tal-Parlament Ewropew dwar ir-reġjuni kostali u insulari, b’delega għall-Mediterran (affarijiet kulturali u ħarsien tal-minoranzi)

Attivitajiet oħrajn

  • Taħriġ fis-servizz għall-prinċipali tal-iskejjel f’oqsma didattiċi, organizzattivi u marbuta mal-ġestjoni, 50 siegħa (25 bil-preżenza fiżika, 25 online, USR Calabria
  • Parteċipazzjoni fil-kors ta’ taħriġ “E-Leadership, le competenze digitali del dirigente nella scuola ad alta densità tecnologica”, PON Assi I, Azzjoni: Taħriġ għall-persunal tal-iskola, C.P. 10.8.4.A1 FSEPON-CL-2016-19, Istitut tal-Edukazzjoni L. Nostro, Villa San Giovanni (RC)
  • Parteċipazzjoni fis-seminar tat-taħriġ “Valutazione dei docenti e chiamata degli ambiti territoriali”, promoss minn DIRSCUOLA A.N.P., Liċeo “Da Vinci”, 10 ta’ Mejju 2016
  • Parteċipazzjoni fil-kors ta’ taħriġ u aġġornament “Dalla valutazione al miglioramento”, USR Calabria, Lamezia Terme, 23 ta’ Settembru 2016
  • Parteċipazzjoni fil-konferenza ta’ servizz promossa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka, Dir. Ġen. għall-Ordinamenti Skolastiċi u valutazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni, u mill-USR Calabria, Uffiċċju II, Lamezia Terme, 15 ta’ Jannar 2016
  • President tal-konferenza “Bisogni educativi speciali – L’alunno al centro”, ANPEC (Assoċjazzjoni Nazzjonali Pedagoġisti Kliniċi), USR Calabria, Ottubru 2015
  • 2015-2015 : Parteċipazzjoni fil-kors ta’ taħriġ lill-esperti “Nuovi obblighi formativi” (24 siegħa), proġett nazzjonali “Io conto”, Ruma, 3-4-5 ta’ Ġunju 2015
  • Parteċipazzjoni fis-seminar ta’ taħriġ “Sistema nazionale di valutazione: autovalutazione e miglioramento”, promoss mill-USR, Uffiċċju II, Gioia Tauro, 7 ta’ Mejju 2015
  • 2013-2013 : Parteċipazzjoni fil-kors ta’ taħriġ “La semplificazione e il codice dell’amministrazione digitale”, FORMEZ PA, 2013
  • President tal-konferenza “Manifestazioni di disagio nella scuola e nella famiglia”, ANPEC (Assoċjazzjoni Nazzjonali Pedagoġisti Kliniċi), USR Calabria, Marzu 2012
  • Parteċipazzjoni fis-seminar interreġjonali ta’ validazzjoni u tixrid tal-materjali prodotti mid-Delivery unit “Didattiche per lo sviluppo di competenze”, Bari, 16-17-18 ta’ Mejju 2011
  • Parteċipazzjoni fis-seminar internazzjonali ta’ studji u taħriġ għall-prinċipali tal-iskejjel, USR Calabria, “La scuola del futuro innovazione e formazione”, Catanzaro, 8-9 ta’ Ġunju 2011
  • Parteċipazzjoni fis-seminar reġjonali ta’ taħriġ/aġġornament għall-prinċipali tal-iskejjel dwar is-suġġett: “I rapporti di lavoro e le relazioni sindacali: recenti innovazioni legislative (D.l.vo 150/2009)”, 25-26 Mejju 2010
  • Parteċipazzjoni fis-seminar reġjonali ta’ taħriġ/aġġornament għall-prinċipali tal-iskejjel, USR Calabria, Lamezia-Feroleto Antico (CZ), 12-13 ta’ Marzu 2009
  • Parteċipazzjoni fil-kors tat-taħriġ ta’ min iħaddem, USR Calabria, 7-22/27 ta’ Frar 2008
  • Parteċipazzjoni fil-kors tat-taħriġ għall-prinċipali tal-iskejjel “Il dirigente scolastico e la sicurezza nella scuola dell’autonomia”, USR Calabria, I.T.S.G. A. Righi, Reggio Calabria, 2007
  • Parteċipazzjoni fil-laqgħa reġjonali intitolata “Indicazioni per il curricolo”, USR Calabria, 26-27 ta’ Novembru 2007
  • Parteċipazzjoni fil-kors tat-taħriġ “La comunicazione, la scuola e la riforma”, USR Calabria, Skola Sekondarja tal-ewwel grad ta’ Polistena (RC), 2005
  • Parteċipazzjoni fit-tieni konferenza dwar id-dritt għall-istudju fil-Calabria “Riforma Moratti e modifica del titolo V della Costituzione”, Direttorat Reġjonali għall-Edukazzjoni Pubblika, Reġjun tal-Calabria, 2004
  • Parteċipazzjoni fis-seminar ta’ studji “La riforma della scuola: innovazioni e prospettive”, Lamezia Terme, 8-9 ta’ Mejju 2003
  • Parteċipazzjoni fil-kors tat-taħriġ “Prevenzione dei disturbi selettivi dell’apprendimento ed intervento precoce”, Assoċjazzjoni Taljana Dislessija, U.M Polistena, A.S.L. (awtorità lokali tas-saħħa) 10 Palmi, distrett didattiku ta’ Polistena (RC), 2003
  • Parteċipazzjoni fis-seminar ta’ taħriġ “Organizzazione didattica e gestione delle risorse umane nella scuola dell’autonomia”, USR Calabria, distrett didattiku Bagnara Calabra (RC), 2003
  • Parteċipazzjoni fil-kors ta’ taħriġ “Informatica di base”, pjan nazzjonali ta’ taħriġ tal-għalliema dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, USR Calabria, Reggio Calabria, 2003
  • Parteċipazzjoni fis-seminar ta’ studju “L’autovalutazione d’istituto nella scuola dell’autonomia”, IRRSAE Calabria, Falerna (CZ), 2001
  • Parteċipazzjoni fis-seminar ta’ studji “L’offerta formativa negli istituti d’istruzione secondaria di II grado”, amministrazzjoni provinċjali ta’ Reggio Calabria, 2001
  • Parteċipazzjoni fil-konferenza reġjonali “Per il diritto allo studio e la qualità della scuola”, Reġjun tal-Calabria, Reggio Calabria, 2001
  • Parteċipazzjoni fil-laqgħa tas-seminar “La riforma del sistema di istruzione e di formazione”, AND, Reggio Calabria
  • Parteċipazzjoni fil-konferenza nazzjonali ta’ studji “Bruno Ciari e il riordino dei cicli”, Certaldo (FI), 2000
  • Kors ta’ taħriġ metodu Gordon “Insegnanti efficaci” (T.E.T.), I.A.C.P., Ruma, 1997
  • Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ dwar: 1. it-tifsira u l-kompiti tal-funzjonijiet obbligatorji fl-iskejjel awtonomi; 2. l-istruzzjonijiet għall-użu tal-internet għall-fini tar-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data personali; 3. l-approfondiment dwar il-kwistjonijiet kumplessi tal-awtonomija tal-iskejjel u r-rwol tal-funzjonijiet obbligatorji; 4. il-funzjonijiet-objettiv u l-istrateġiji fir-relazzjonijiet interpersonali; 5. il-funzjonijiet-objettiv u l-istrateġiji organizzattivi; 6. l-awtovalutazzjoni u l-valutazzjoni tal-iskejjel, 2000

Dekorazzjonijiet

  • Rikonoxximent mill-amministrazzjoni muniċipali ta’ Santo Stefano in Aspromonte: “Lill-prinċipal tal-iskejjel Prof.ssa Giuseppina Princi eżempju brillanti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda biex dawn jieħdu spunti emulattivi tad-dedikazzjoni u tal-kapaċitajiet tagħha. Kburin li tinsab fostna”, Santo Stefano in Aspromonte, 8 ta’ Marzu 2016
  • Premju Mara tas-Sena 2014, Reggina DOC Eccellenza settore Istruzione, Akkademja Fjord of Rhegium, Reggio Calabria, 2014
  • Premju internazzjonali għall-karriera “Virginia Centurione Bracelli”, Komun ta’ San Roberto in Aspromonte, Marzu 2012
  • Plakka ta’ rikonoxximent għall-professjonalità bil-firma tal-Onor. Giovanni Nucera, Segretarju Kap Provinċjali tal-Pulizija tal-Kunsill Reġjonali tal-Calabria, 2010-2011
  • Għoti tal-Mimosa d’argento bħala premju għall-karriera, assoċjazzjoni kulturali, Anassilaos, sezzjoni Reggio Calabria, Marzu 2010
  • Midalja mill-Presidenza tal-Repubblika bħala premju ta’ rappreżentanza għall-proġett ta’ legalità D.D. Pellaro (RC) “Testimonials istituzionali”, Uffiċċju tal-Prim Ministru, 2009-2010
  • Midalja mill-Kap Provinċjali tal-Pulizija ta’ Reggio Calabria bħala premju ta’ rappreżentanza għall-proġett “Testimonials istituzionali”, D.D. Pellaro (RC), 2009-2010
  • Ittra ta’ tifħir mill-entità Parco d’Aspromonte għas-sensittività li wriet lejn il-kwistjonijiet ambjentali u għar-riżultati li kisbet l-iskola D.D. Pellaro (RC) fil-qasam tal-ambjent, 2009-2010
  • Ittra ta’ tifħir bil-firma tal-koordinatur reġjonali għall-attivitajiet motorji u sportivi għall-kapaċitajiet organizzattivi fl-ambitu tal-koordinament tal-attivitajiet reġjonali, 2009-2010
  • Bandiera ħadra u ċertifikat internazzjonali ta’ kwalità ambjentali maħruġ mill-iskola D.D. Pellaro (RC) miċ-CEDAM (Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali), UNICAL Pellaro, 2009-2010
  • Ittra ta’ tifħir bil-firma ta’ Lella Golfo, li dak iż-żmien kienet Membru Parlamentari, bħala konferma tar-rikonoxximenti nazzjonali miksuba f’kompetizzjonijiet matematiċi mill-istudenti tal-Cassiodoro, 2008-2009
  • Ittra ta’ tifħir bil-forma ta’ Giuseppe Bova, li dak iż-żmien kien il-President tal-Kunsill Reġjonali, bħala konferma tar-rikonoxximenti nazzjonali miksuba għall-iskola D.D. Pellaro (RC) f’kompetizzjonijiet matematiċi mill-istudenti tal-Cassiodoro, 2008-2009
  • Premju Anassilaos Mimosa 2010
  • Premju “Sciamisciu d’Oro” għall-karatteristiċi femminili tipikament Kalabriżi 2022, id-disa’ edizzjoni, A.GE.S.S.
  • Premju “Castagna d’Oro” lill-Viċi President tar-Reġjun tal-Calabria, ir-raba’ Festa tal-Qastan 2023, għall-impenn fil-valorizzazzjoni tal-Calabria flimkien mal-karriera edukattiva illustri
  • Premju “Persephone”, skola u edukazzjoni, Chòra tu vùa, 2024
  • Premju “Caposuvero”, “Valore e intelligenza di Calabria”, il-ħdax-il edizzjoni, 2024
  • Premio AIAS (Assoċjazzjoni Taljana għall-Assistenza għall-Ispastiċi), is-70 anniversarju, b’kollaborazzjoni mal-Pulizija tal-Istat, 2024

Kuntatt

Brussell

Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
11E210
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasburgu

Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T09054
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex