Curriculum vitae Inese VAIDERE
Verżjoni oriġinali : LV
Curriculum vitae (Il-Membru Parlamentari hija esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)
Aġġornata: 01/04/2025
Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)
- Dottorat fl-ekonomija
- Professur
- Gradwata fil-matematika applikata għall-ekonomija
Karriera professjonali
- 2019-2024 : Membru tal-Parlament Ewropew; Membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u Membru Sostitut tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; Viċi President tad-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE; Membru tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN); Membru sostitut tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE; Membru tal-Grupp Informali għall-Memorja Ewropea; Membru tal-Intergrupp dwar l-Industriji Kreattivi; Membru tal-Intergrupp dwar l-Isport; Membru tal-Intergrupp dwar l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju; Membru tal-Grupp ta' Interess "Patrimoine culturel européen, Saint Jean et autres itinéraires culturels européens" (Wirt kulturali Ewropew, San Ġwann, u rotot kulturali oħra Ewropej"), parti mill-Alleanza Parlamentari Ewropea kontra l-ġuħ u l-malnutrizzjoni; Membru tal-Grupp ta' Interess "Accès équitable aux soins de santé" (Aċċess ekwu għall-kura tas-saħħa).
- 2014-2019 : Parteċipazzjoni fil-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, id-Delegazzjoni għall-Kumitati Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja; Membru tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana; Membru tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja; Membru tat-Task Force tas-Suq Uniku Diġitali; Membru tal-Intergrupp dwar l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju; Membru tal-Intergrupp dwar l-Isport; Membru tal-Intergrupp dwar l-Industriji Kreattivi.
- 2009-2014 : Koordinatriċi tal-grupp tagħha fis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem; parteċipazzjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, fid-Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja; Membru tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna; tipparteċipa fid-Dimensjoni Parlamentari tas-Sħubija tal-Lvant (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna); Membru tal-Grupp Informali dwar Kwistjonijiet Storiċi; Membru tal-Intergrupp dwar l-Isport.
- 2004-2009 : Koordinatriċi tal-grupp tagħha fis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem; Viċi President tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana; parteċipazzjoni fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, id-Delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel, id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna; parteċipazzjoni fil-Kumitat Temporanju dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Assoċjazzjoni tal-eks Ministri tal-Ambjent u l-Grupp ta' Interess dwar il-Baltiku; Intergrupp dwar l-Isport
- 2012 : Nominata membru tal-Akkademja Ewropea tax-Xjenzi u l-Arti
- 2004 : Membru tal-Parlament Ewropew
- 2002-2004 : Membru tal-Parlament tar-Repubblika tal-Latvja; President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin; President tal-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar Baltiku (HELCOM)
- 2001-2002 : Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Riga; Viċi President tal-Kunsill Muniċipali (2001).
- 2000-2002 : Kap tar-rappreżentanza ekonomika tal-Ġermanja fil-Latvja
- 2000-2001 : Viċi President tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank "Latvijas Hipotēku un zemes banka"
- 1999-2000 : Konsulent tal-President tar-Repubblika tal-Latvja
- 1998-1999 : Ministru għall-Ambjent tar-Repubblika tal-Latvja
- 1997-1998 : Konsulent tal-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Latvja
- 1996-1997 : Segretarju Parlamentari tal-Ministru tal-Ekonomija tar-Repubblika tal-Latvja
- 1975 : Assistent, studji superjuri universitarji, kompiti ta' tagħlim, lettur, professur, l-Università tal-Latvja
Karriera politika internazzjonali
Kariki f'organizzazzjonijiet Ewropej oħrajn
- 2020 : Direttriċi Finanzjarja tal-Forum Ewropew tal-Enerġija
- 2019 : Viċi President tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea
- 2019 : Membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (SME Connect)
- 2009 : Membru tal-Bord Amministrattiv tal-Forum Ewropew tal-Enerġija
- 2009 : Membru tal-Forum Ewropew tal-Internet
Attivitajiet oħrajn
- 2011 : President tal-Kunsill Konsultattiv tal-Assoċjazzjoni għar-Riċerka dwar l-Impjiegi tal-Latvja
- 1998-... : President tal-Forum għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Latvja
- 2004-2009 : Assoċjazzjoni tal-eks Ministri tal-Ambjent
- 2002-2010 : Membru tal-Uffiċċju Ewropew tal-iState Legislative Leaders (SLLF)
- 1998-1999 : President tal-Fond għall-Ħarsien tal-Ambjent fil-Latvja
- 1998-1999 : President tal-Fond ta' Investiment Latvjan għall-Ambjent
- 1997-1999 : Kunsill għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Latvja
Dekorazzjonijiet
- Premju Għoli tal-Akkademja Ewropea tax-Xjenzi u l-Arti
- Membru tal-Akkademja Ewropea tax-Xjenzi u l-Arti; onorifiċenza mill-President tal-Università tal-Latvja "għal approċċ kreattiv tat-tagħlim u r-riċerka"
- Ordni tar-Reġina Tamara (mogħti mill-Georgia)
- Ittra uffiċjali ta' ringrazzjament mill-President tar-Repubblika tal-Latvja
- Ordni tal-Mertu, mogħti mill-President tal-Ukrajna;
Kuntatt
Brussell
Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
09E158
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Bât. ALTIERO SPINELLI
09E158
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasburgu
Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T11025
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex
Bât. LOUISE WEISS
T11025
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex