Il-politika soċjali u tal-impjiegi: il-prinċipji ġenerali

Skedi Informattivi dwar l-UE 15-06-2026

Din l-iskeda informattiva tispjega l-prinċipji ġenerali tal-politika soċjali u tal-impjiegi tal-UE. Hija tenfasizza l-istadji importanti u l-iżviluppi ewlenin li saħħew il-protezzjonijiet soċjali fl-UE u kkontribwew għall-integrazzjoni Ewropea. Fl-2017 intlaħaq stadju importanti, meta l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol madwar l-UE. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-2021, li għandu jiġi aġġornat fl-2026, jiddeskrivi miżuri konkreti biex dawn l-impenji jissarrfu fi progress tanġibbli.