Il‑Parlament Ewropew: Fatti u Ċifri

Briefing 19-04-2024

Dan il‑Briefing, ippubblikat mis‑Servizz ta’ Riċerka tal‑Parlament Ewropew, huwa maħsub biex jipprovdi firxa wiesgħa ta’ fatti u ċifri ewlenin dwar il‑Parlament Ewropew. Il‑grafika kollha li tinsab fil‑briefing tagħti idea tal‑Membri tal‑Parlament u tal‑istrutturi u l‑attivitajiet tal‑istituzzjoni fil‑leġiżlatura attwali (minn Lulju 2019 sa Ġunju 2024) kif ukoll fil‑leġiżlaturi preċedenti ta’ ħames snin minn mindu l‑elezzjonijiet diretti ġew introdotti f’Ġunju 1979.