Dwarna

Messaġġ ta’ merħba mill-President tas-Sottokumitat FISC

© European Union 2024 - Source: EP

Merħba fis-sit web tas-Sottokumitat FISC!

Fl-2022, il-profitti korporattivi li qabżu d-EUR 932 biljun ġew trasferiti lejn ġuriżdizzjonijiet b'rata baxxa ta' taxxa, u dan ħoloq riskju sostanzjali għall-baġits pubbliċi. Jeħtiġilna naġixxu biex nipproteġu l-integrità tas-sistemi fiskali tagħna u nippreservaw il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet finanzjarji.

Iċ-ċittadini u l-SMEs iħallsu rati fiskali ogħla mill-kumpaniji multinazzjonali, u dan iwassal għal kompetizzjoni inġusta kif ukoll għal evitar tat-taxxa. Aħna nirrakkomandaw sistema ġusta u progressiva biex jiġi żgurat li kulħadd iħallas il-parti tiegħu, filwaqt li nappoġġjaw in-nefqa pubblika u s-sistema ta' protezzjoni soċjali.

L-IA għandha s-setgħa li tittrasforma l-ekonomija, is-suq tax-xogħol kif ukoll is-sistemi fiskali tagħna. L-akbar sfida tagħna hija li nibbilanċjaw it-taxxi fuq ix-xogħol ma' sorsi oħra ta' dħul bħat-teknoloġija, il-kapital u l-assi. Fis-seklu li għadda, is-sistemi fiskali kellhom l-għan li jiġbru riżorsi għall-istati soċjali. It-trasformazzjoni globali attwali qed tkun ta' sfida għas-sostenibbiltà tal-mudell tagħna, sakemm ma nipprovdux is-soluzzjonijiet it-tajbin.

Bħala President tas-Sottokumitat FISC, se nindirizza dawn l-isfidi u niżgura li l-vuċijiet taċ-ċittadini huma rappreżentati fi kwistjonijiet fiskali fuq livell tal-UE u dak internazzjonali.

Nistedinkom issegwu x-xogħol tas-Sottokumitat fuq dan is-sit web.

Pasquale TRIDICO

Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Setgħat u responsabilitajiet

Dokumenti utli

Kuntatti

Links