Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE
L-attivitajiet internazzjonali tal-UE huma ggwidati mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha stess. Dawn jinkludu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija – prinċipji li huma integrati wkoll fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali. L-UE tenfasizza wkoll l-interessi u l-għanijiet strateġiċi tagħha fl-attivitajiet u r-relazzjonijiet internazzjonali tagħha. L-UE tkompli tespandi u tapprofondixxi r-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali tagħha mal-pajjiżi u r-reġjuni l-oħra tad-dinja. L-UE torganizza summits regolari mas-sħab strateġiċi tagħha. L-Azzjoni tagħha tinkludi wkoll l-appoġġ għall-iżvilupp, il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma’ pajjiżi mhux tal-UE fil-Mediterran, fil-Lvant Nofsani, fl-Asja, fl-Amerka Latina, fl-Ewropa tal-Lvant, fl-Asja Ċentrali u fil-Balkani tal-Punent.