Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea
Merħba fis-sit web tal-iskedi informattivi. Dawn l-iskedi informattivi, li nħolqu fl-1979 għall-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament, huma maħsuba biex b'mod sempliċi, konċiż u preċiż jagħtu lil dawk li mhumiex speċjalisti fil-qasam ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea u lejn ir-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp tagħhom.
L-iskedi informattivi jinqasmu f'ħames kapitli: 1) Kif taħdem l-Unjoni Ewropea; 2) L-ekonomija, it-trasformazzjoni u l-industrija; 3) Il-koeżjoni, l-agrikoltura u l-politiki soċjali; 4) Iċ-ċittadini: id-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-ġustizzja u 5) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE.
L-iskedi informattivi jitfasslu mid-Dipartimenti Tematiċi u l-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika u huma disponibbli bi 23 lingwa. Il-verżjoni online tiġi riveduta u aġġornata f'intervalli regolari matul is-sena, malli l-Parlament jadotta kwalunkwe pożizzjoni jew politika importanti.
L-iżvilupp storiku, it-trattati suċċessivi, is-sistema ġuridika, il-proċeduri deċiżjonali, l-istituzzjonijiet u l-korpi, kif ukoll il-finanzjament tal-UE.
Il-governanza ekonomika; is-suq intern u l-ħarsien tal-konsumatur; it-tassazzjoni; il-politika industrijali u tar-riċerka; l-enerġija u l-ambjent; is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel.
L-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni; l-agrikoltura u s-sajd; it-trasport u t-turiżmu; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali; il-politika tal-akkomodazzjoni.
Id-drittijiet u libertajiet fundamentali; il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; il-ġustizzja u l-affarijiet interni; l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-kultura u l-edukazzjoni; il-petizzjonijiet; l-affarijiet legali u kwistjonijiet kostituzzjonali.
Il-politika barranija, il-politika tal-iżvilupp u r-relazzjonijiet kummerċjali; il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; it-tkabbir u r-relazzjonijiet lil hinn mill-viċinat tal-UE.
Ikkonsulta l-iskedi informattivi skont il-kapitlu u t-taqsima u niżżilhom jew aqrahom online. Kull skeda informattiva tista' tiġi ssejvjata individwalment.