Il-politika agrikola komuni – l-istrumenti u r-riformi
Din l-iskeda informattiva tispjega li l-politika agrikola komuni (PAK) (<a href="https://www.europarl.europa.eu/factsheets/MT/sheet/103/il-politika-agrikola-komuni-pak-u-t-trattat">3.2.1</a>) għaddiet minn sitt riformi kbar, li l-aktar reċenti fosthom kienu fl-2013 (għall-perjodu finanzjarju 2014-2020) u fl-2021 (għall-perjodu finanzjarju 2023-2027). L-aħħar riforma u l-leġiżlazzjoni l-ġdida daħlu fis-seħħ f’Jannar 2023.
Il-bażi legali
- It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikoli 38 sa 44, jistabbilixxu l-PAK, l-objettivi tagħha u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, u jipprevedu azzjoni tal-UE fil-qasam tal-agrikoltura.
- Ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-2021 (ir-Regolament (UE) 2021/2115) jistabbilixxi r-regoli tal-UE għall-appoġġ tal-azjendi agrikoli, bl-għan li jissaħħaħ il-kontribut tal-agrikoltura għall-għanijiet ambjentali u klimatiċi, jiġu appoġġjati aħjar l-azjendi agrikoli iżgħar u tiżdied il-flessibbiltà għall-Istati Membri tal-UE. Ir-regolament tal-2024 li jemenda r-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (ir-Regolament (UE) 2024/1468) jissimplifika ċerti rekwiżiti ambjentali, inaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-bdiewa u jeżenta ażjendi agrikoli żgħar minn penali u kontroll. Emenda oħra għar-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK adottata f’Diċembru 2025 (ir-Regolament (UE) 2025/2649) ġabet aktar simplifikazzjoni u żieda fl-appoġġ finanzjarju għall-azjendi agrikoli żgħar (ara 3.2.4).
- Ir-Regolament Orizzontali tal-PAK tal-2021 (ara 3.2.5) (ir-Regolament (UE) 2021/2116) jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK. Dan ir-Regolament ġie emendat ukoll bir-Regolament (UE) 2024/1468 u bir-Regolament (UE) 2025/2649 (ara 3.2.5).
- Ir-Regolament dwar Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (ir-Regolament (UE) 2021/2117) tal-2021 jipprevedi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u jistabbilixxi r-regoli għall-iskemi ta’ kwalità tal-UE għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-tikkettar, kif ukoll jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (ara 3.2.6).
- li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura [...] l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta’ produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol;
- li tassigura livell ġust ta’ għajxien għall-bdiewa;
- li tagħmel is-swieq stabbli;
- li tiggarantixxi d-disponibbiltà tal-provvisti;
- li tassigura prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi.
- id-diżakkoppjament tal-għajnuniet marbutin mal-volumi prodotti, biex l-azjendi agrikoli jsiru aktar orjentati lejn is-suq u biex jitnaqqsu d-distorsjonijiet fil-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti agrikoli. L-idea kienet li tinqata’ r-rabta bejn il-pagamenti lill-bdiewa u l-volum tal-produzzjoni tal-ikel. L-għajnuna diżakkoppjata issa saret “pagament uniku tal-azjendi agrikoli”. Dan il-pagament annwali fiss lill-bdiewa mhuwiex marbut mal-volumi tal-produzzjoni u għandu l-għan li jiggarantixxi l-istabbiltà tal-introjtu;
- il-kompatibbiltà mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, dment li l-objettiv aħħari tad-diżakkoppjament tal-għajnuna kien li jiġi żgurat li l-iskema ta’ pagament uniku tiddaħħal fil-“kaxxa l-ħadra”, il-kategorija għas-sussidji tal-agrikoltura li ma joħolqux distorsjoni fil-kummerċ (ara 3.2.10);
-
ir-ridistribuzzjoni pubblika tal-intitolament għal pagamenti li jiġu allokati lill-azjendi agrikoli skont referenzi storiċi permezz ta’ żewġ mekkaniżmi:
- il-modulazzjoni, li tippermetti li l-finanzjament jiġi trasferit bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK għat-tisħiħ tal-iżvilupp rurali;
- u l-applikazzjoni potenzjali ta’ mudell reġjonali ta’ diżakkoppjament li permezz tiegħu jkun hemm armonizzazzjoni tal-pagamenti għal kull ettaru allokati skont kriterji reġjonali speċifiċi;
- id-dixxiplina finanzjarja, prinċipju li sussegwentement ġie minqux fil-ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, li permezz tiegħu l-baġit tal-ewwel pilastru (għall-pagamenti diretti u l-appoġġ għas-suq) tal-PAK ġie ffriżat u ġew imposti limiti annwali obbligatorji;
- fl-aħħar nett, fl-2007, twaqqfet organizzazzjoni komuni tas-swieq unika (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), permezz tal-kodifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ regolamentazzjoni tal-21 organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS) eżistenti.
- isaħħaħ id-diżakkoppjament totali tal-għajnuna permezz tat-tneħħija progressiva tal-pagamenti li kien fadal akkoppjati mal-produzzjoni billi jiddaħħlu fl-iskema ta’ pagament uniku għall-azjendi agrikoli;
- il-fondi tal-ewwel pilastru jiġu parzjalment riallokati lejn l-iżvilupp rurali permezz ta’ żieda fir-rata ta’ modulazzjoni tal-għajnuniet diretti;
- tiżdied il-flessibbiltà fir-regoli għall-intervent pubbliku u l-kontroll tal-provvista biex ma jkunx hemm impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-bdiewa li jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq.
- il-konverżjoni tal-għajnuniet diżakkoppjati f’sistema ta’ appoġġ multifunzjonali. Is-sistema li l-għajnuniet agrikoli jiġu diżakkoppjati u minflok jingħata appoġġ ġeneriku għall-introjtu, li bdiet fl-2003, ġiet sostitwita minn sistema li fiha l-istrumenti għal darb’oħra ġew akkoppjati ma’ objettivi jew funzjonijiet speċifiċi. Il-pagamenti uniċi tal-azjendi agrikoli ġew sostitwiti b’sistema ta’ pagamenti fi stadji jew livelli. Il-bdiewa attivi biss kienu eliġibbli għall-pagamenti bażiċi l-ġodda għal kull ettaru (ara 3.2.7). Il-pakketti ta’ pagamenti diretti disponibbli għal kull Stat Membru ġew progressivament aġġustati b’mod li kollha laħqu pagament minimu f’euro għal kull ettaru fl-2019 (il-proċess ta’ “konverġenza esterna”).
- il-konsolidazzjoni taż-żewġ pilastri tal-PAK: l-ewwel pilastru, li jiffinanzja l-għajnuniet diretti u l-miżuri tas-suq, imħallsa għalkollox mill-FAEG; u t-tieni pilastru, li jkopri l-iżvilupp rurali permezz ta’ arranġamenti ta’ kofinanzjament. Il-modulazzjoni tal-pagamenti diretti fil-qafas tat-tieni pilastru (għall-iżvilupp rurali) ġiet sostitwita bi tnaqqis obbligatorju fil-pagamenti bażiċi ’l fuq minn EUR 150,000 (“digressjoni”). Issaħħet ukoll il-flessibbiltà bejn il-pilastri: mill-2015, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu fondi bejn iż-żewġ pilastri (sa 15% tal-ammonti oriġinarjament allokati mill-ewwel għat-tieni pilastru, u sa 25% għal ċerti Stati Membri, tal-ammonti oriġinarjament allokati mit-tieni għall-ewwel pilastru) (ara 3.2.7).
- il-konsolidazzjoni tal-għodod tal-OKS unika li saru xbieki ta’ sikurezza li jintużaw biss f’każ ta’ kriżi tal-prezzijiet jew tfixkil fis-suq. It-tneħħija tal-miżuri kollha ta’ kontroll tal-provvista, bħal limiti fuq kemm il-bdiewa jistgħu jipproduċu (eż. kwoti tal-ħalib għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib), ġiet ikkonfermata: l-iskema tal-kwoti taz-zokkor skadiet f’Settembru 2017 u s-sistema tad-drittijiet tat-tħawwil tad-dwieli ġiet sostitwita b’sistema ta’ awtorizzazzjoni fl-2016. L-iskema l-ġdida tal-ħalib bla kwoti, fis-seħħ mill-2015, kienet preċeduta bl-adozzjoni ta’ minipakkett “ħalib”.
- approċċ aktar integrat, immirat u territorjali għall-iżvilupp rurali. Kienet prevista wkoll koordinazzjoni aħjar tal-miżuri rurali mal-fondi strutturali l-oħra (ara 3.1.1). Il-firxa wiesgħa ta’ strumenti eżistenti fi ħdan it-tieni pilastru tal-PAK ġiet issimplifikata biex issir enfasi fuq l-appoġġ għall-kompetittività, l-innovazzjoni, l-“agrikoltura bbażata fuq l-għarfien”, l-integrazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-iżgurar ta’ żvilupp reġjonali bbilanċjat.
- l-introjtu ġust għall-bdiewa,
- iż-żieda fil-kompetittività,
- it-titjib fil-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari,
- l-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima,
- il-kura ambjentali,
- il-preservazzjoni tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ,
- l-appoġġ għat-tiġdid ġenerazzjonali,
- iż-żoni rurali vibranti,
- il-kwalità tal-ikel u tas-saħħa,
- it-trawwim tal-għarfien u l-innovazzjoni.
-
fl-ambitu tal-ewwel pilastru:
- appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà,
- pagamenti għall-bdiewa żgħar,
- appoġġ komplementari għall-introjtu (għas-sostenibbiltà u għall-bdiewa żgħażagħ),
- ekoskemi (għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali),
- appoġġ akkoppjat għall-introjtu,
- pagamenti speċifiċi għall-għelejjel,
- interventi settorjali.
-
fl-ambitu tat-tieni pilastru:
- proġetti dwar l-iżvilupp rurali.
- il-benefiċjarji tal-PAK ma għadhomx meħtieġa jiddedikaw mill-anqas 4% tar-raba’ li jinħadem, fil-livell tal-azjendi agrikoli, għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi, iżda l-Istati Membri huma meħtieġa joffru żidiet, fil-forma ta’ ekoskemi, lill-bdiewa li jwarrbu art għal karatteristiċi mhux produttivi;
- l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-bdiewa jużaw diversifikazzjoni tal-għelejjel minflok in-newba tal-għelejjel li hija aktar eżiġenti;
- l-Istati Membri jistgħu jintroduċu eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti, kif ukoll derogi temporanji fil-każ ta’ kundizzjonijiet estremi tat-temp;
- l-azjendi agrikoli żgħar ma għadhomx soġġetti għal kontrolli u penali fir-rigward tal-kundizzjonalità;
- l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti għelejjel, tipi ta’ ħamrija jew sistemi tal-biedja milli jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-ħdim tar-raba’, l-għata tal-ħamrija u n-newba/id-diversifikazzjoni tal-għelejjel;
- ġiet introdotta proċedura ssimplifikata biex jiġu emendati l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK għall-Istati Membri.
- flessibbiltà mtejba dwar iż-żamma ta’ art bil-ħaxix permanenti, li tirrikjedi li l-proporzjon ta’ art bil-ħaxix permanenti maż-żona agrikola ma jonqosx b’aktar minn 10% meta mqabbel mal-2018, minflok il-5% attwali. L-Istati Membri huma awtorizzati li jtawlu ż-żmien biex l-art bil-ħaxix jitqies permanenti minn ħames snin għal seba’ snin jew aktar.
- l-Istati Membri jistgħu jħallsu lill-bdiewa talli jikkonformaw mar-rekwiżiti mmirati biex jippreservaw it-torbieri u l-art mistagħdra, billi ma jirrikjedux li l-ekoskemi u l-impenji agroambjentali klimatiċi jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità.
- għad hemm projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti mill-anqas tliet metri mill-korsiji tal-ilma, iżda l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-korsiji tal-ilma f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
- l-azjendi agrikoli ċċertifikati bħala organiċi fl-intier tagħhom u l-azjendi agrikoli ċċertifikati parzjalment bħala organiċi se jitqiesu awtomatikament li jikkonformaw ma’ xi rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. L-appoġġ għall-biedja organika permezz tal-impenji agroambjentali klimatiċi jista’ jingħata għal kull unità ta’ bhejjem jew għal kull kaxxa tan-naħal.
- bdiewa żgħar: il-pagamenti għall-bdiewa żgħar jiżdiedu minn EUR 1,250 għal EUR 3,000. Il-benefiċjarji huma eżentati mir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità iżda se jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-ekoskemi.
- żvilupp tan-negozju ta’ azjendi agrikoli żgħar: azjendi agrikoli żgħar jistgħu jirċievu pagament ta’ darba sa EUR 75,000 għall-iżvilupp tan-negozju.
- inħoloq tip ġdid ta’ intervent għall-iżvilupp rurali għall-bdiewa li sofrew il-konsegwenzi ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi.
- kontrolli u verifiki fir-rigward tal-azjendi agrikoli: l-Istati Membri huma meħtieġa “sa fejn ikun possibbli u b’kont meħud tar-riskji assoċjati”, li ma jaqbżux massimu ta’ verifika fuq il-post waħda għal kwalunkwe benefiċjarju kull sena.
- approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni: dan it-tip ta’ rekwiżit ta’ rapportar twaqqaf biex jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.
L-objettivi tal-PAK u r-riformi tagħha
L-objettivi tal-PAK, kif minquxa fl-Artikolu 39 tat-TFUE, huma:
Riformi suċċessivi adottaw il-mekkaniżmu li l-PAK tuża biex jintlaħqu aħjar l-għanijiet stabbiliti mit-TFUE (ara 3.2.1). L-aħħar riforma mill-2021 tiffoka fuq 10 objettivi speċifiċi marbuta mal-għanijiet komuni tal-UE għas-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali.
Il-kisbiet fir-riforma tal-PAK
A. Ir-riforma tal-1992: il-bidla kbira fid-direzzjoni
Minn meta ġiet introdotta fl-1962, il-PAK laħqet l-objettivi tagħha billi żgurat is-sigurtà tal-provvista tal-ikel. Bil-politika tagħha ta’ prezzijiet ta’ appoġġ, li kienu għoljin ħafna meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq dinji u l-garanzija ta’ xiri mingħajr limitu, il-PAK bdiet tipproduċi aktar u aktar surplus ta’ ikel. Biex jingħalaq id-distakk dejjem akbar bejn il-provvista u d-domanda u biex tiġi kkontrollata n-nefqa agrikola, il-Kunsill introduċa bidla radikali fil-PAK billi ssostitwixxa s-sistema ta’ protezzjoni permezz tal-prezzijiet b’sistema ta’ appoġġ kumpensatorju għall-introjtu.
B. L-Aġenda 2000: stadju ġdid li jibni fuq ir-riforma tal-1992
Ir-riżultat tal-ftehim li ntlaħaq fi tmiem il-Kunsill Ewropew ta’ Berlin (l-24 u l-25 ta’ Marzu 1999) kien li r-riforma tiffoka prinċipalment fuq allinjament ġdid tal-prezzijiet tal-UE mal-prezzijiet madwar id-dinja, l-introduzzjoni mill-Istati Membri ta’ kundizzjonalità ambjentali (jiġifieri l-bdiewa kellhom jissodisfaw ċerti standards ambjentali), bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ għajnuna, it-tisħiħ ta’ miżuri soċjostrutturali u ta’ akkumpanjament u l-istabbilizzazzjoni baġitarja mirfuda minn qafas finanzjarju strett għall-2000-2006.
C. Ir-riforma ta’ Ġunju 2003: lejn PAK ibbażata fuq għajnuna diżakkoppjata
Fis-26 ta’ Ġunju 2003, fil-Lussemburgu, il-ministri tal-agrikoltura tal-UE laħqu ftehim li, essenzjalment, ittrasforma l-PAK u introduċa sensiela ta’ prinċipji u mekkaniżmi ġodda:
D. Il-“kontroll tas-saħħa” tal-2009: il-konsolidazzjoni tal-qafas tar-riforma tal-2003
Il-“kontroll tas-saħħa”, li tnieda mill-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2008, irreveda lista twila ta’ miżuri applikati wara r-riforma tal-PAK tal-2003. Dan il-proġett tfassal biex:
E. Ir-riforma tal-2013: approċċ aktar globali u integrat
Il-punti ġenerali tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 jikkonċernaw:
F. Ir-riforma wara l-2020: “orjentazzjoni ekoloġika” u enfasi qawwija fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni
Ir-riforma wara l-2020, li tiddetermina l-PAK għall-perjodu 2023-2027, kienet ikkaratterizzata minn proċess twil li beda bil-pubblikazzjoni tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni f’Ġunju 2018 u li ġie konkluż bl-adozzjoni finali tat-testi maqbula f’Diċembru 2021. Il-preżentazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjan għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità fl-2020 ġabet magħha livell addizzjonali ta’ kumplessità għan-negozjati. Il-pakkett ta’ riforma jinkludi tliet regolamenti: ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi (ara 3.2.4), ir-Regolament Orizzontali (ara 3.2.5) u r-Regolament Emendatorju dwar l-OKS (ara 3.2.6).
Il-PAK 2023-2027 tiffoka fuq 10 objettivi speċifiċi:
Il-PAK il-ġdida għandha l-għan li tibni sistema tal-ikel sostenibbli u, b’hekk, se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” (ara 3.2.9) u tal-istrateġija għall-bijodiversità, billi tipproteġi u ssaħħaħ il-varjetà ta’ pjanti u annimali fl-ekosistemi rurali. Sabiex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku, il-PAK tintroduċi kundizzjonalità msaħħa (li torbot l-appoġġ dirett għall-introjtu ma’ prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent), ekoskemi (pagamenti li jmorru lil hinn minn appoġġ bażiku għal prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u prattiki ambjentali volontarji) u pjanijiet strateġiċi nazzjonali.
Kull Stat Membru huwa meħtieġ jabbozza l-pjan strateġiku nazzjonali tiegħu li jiddeskrivi l-użu tal-istrumenti tal-PAK abbażi tal-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet attwali tiegħu. Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali jirrappreżentaw mudell ta’ implimentazzjoni ġdid għall-PAK, ibbażat fuq flessibbiltà akbar għall-Istati Membri, piż amministrattiv aktar baxx u protezzjoni ambjentali aktar b’saħħitha.
Il-PAK attwali tintroduċi qafas annwali ġdid ta’ monitoraġġ u rieżami, ibbażat fuq sett komuni ta’ indikaturi, li jirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw il-progress tagħhom meta mqabbel mal-miri tagħhom u jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Rieżami darbtejn fis-sena tal-prestazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK se jippermetti l-valutazzjoni tal-progress tal-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom u jiksbu l-objettivi tal-PAK.
L-infiq tal-PAK ikompli jiġi ffinanzjat permezz ta’ żewġ fondi: il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, li jipprevedi pagamenti diretti u n-nefqa kollha relatata mas-suq, u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jipprevedi miżuri ta’ żvilupp rurali. Il-PAK il-ġdida tappoġġja lill-bdiewa permezz tal-miżuri u l-iskemi li ġejjin:
G. L-emendar tal-PAK
Ir-Regolament (UE) 2024/1468 introduċa sensiela ta’ emendi għall-PAK, biex jissimplifika ċerti rekwiżiti:
It-tieni pakkett ta’ simplifikazzjoni tal-PAK, ir-Regolament (UE) 2025/2649, daħal fis-seħħ biex ikompli jtejjeb is-simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti bħal:
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
B’mod ġenerali, il-Parlament Ewropew appoġġja r-riformi kollha tal-PAK. Filwaqt li qabel mal-biċċa l-kbira tal-linji gwida tal-Kummissjoni għar-riforma tal-2003, il-Parlament iddikjara lilu nnifsu favur id-diżakkoppjament parzjali u rrifjuta l-idea tat-tnaqqis gradwali tal-għajnuniet. Il-Parlament ġedded ukoll it-talbiet tiegħu għal kodeċiżjoni sħiħa fil-qasam tal-politika agrikola, għan li ntlaħaq meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona (ara1.1.5 u 3.2.1).
Id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-PAK wara l-2013 bdew fil-Parlament saħansitra qabel ma l-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni u l-proposti leġiżlattivi tagħha. Il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-futur tal-PAK ibbażata fuq rapport fuq inizjattiva proprja fit-8 ta’ Lulju 2010. Il-Membri tal-PE stabbilew il-prijoritajiet tagħhom għall-PAK il-ġdida għas-seklu 21: is-sigurtà tal-ikel, il-kummerċ ġust, iż-żamma tal-attività agrikola madwar l-Ewropa kollha, il-kwalità tal-ikel, il-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ambjent, ir-rimunerazzjoni ġusta għall-beni pubbliċi pprovduti mill-bdiewa u, fl-aħħar nett, l-iżvilupp rurali bbażat fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi. Dawn il-prijoritajiet ġew ikkonfermati f’riżoluzzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-PAK fid-dawl tas-sena 2020.
Il-Parlament Ewropew emenda l-proposti leġiżlattivi dwar il-PAK wara l-2013 u t-test emendat sar il-mandat tal-Parlament għal negozjati mal-Kunsill (ara d-deċiżjoni dwar il-pagamenti diretti lill-bdiewa, id-deċiżjoni dwar ir-Regolament dwar l-OKS Unika, id-deċiżjoni dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u d-deċiżjoni dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK). Fuq din il-bażi u wara aktar minn 40 laqgħa informali ta’ trilogu bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, intlaħaq ftehim politiku u l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-regolamenti l-ġodda relatati mal-agrikoltura fl-20 ta’ Novembru 2013, immedjatament wara l-adozzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għall-2014-2020.
In-negozjati mal-Kunsill dwar il-PAK wara l-2020 bdew fl-10 ta’ Novembru 2020 u komplew permezz ta’ sensiela ta’ laqgħat ta’ trilogu. Lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2021, in-negozjaturi laħqu ftehim dwar it-tliet proposti fil-pakkett ta’ riforma tal-PAK. Il-ministri għall-agrikoltura tal-UE approvaw dan il-ftehim fit-28 ta’ Ġunju 2021, segwiti mill-membri tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI) tal-Parlament Ewropew fid-9 ta’ Settembru 2021. Il-Parlament ivvota dwar it-tliet proposti fil-pakkett ta’ riforma tal-PAK matul it-tieni sessjoni plenarja ta’ Novembru 2021.
Meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal regolament li jemenda r-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u r-Regolament Orizzontali tal-PAK fl-2024, il-Kunsill approva l-proposta b’modifiki tekniċi biss u bagħat ittra formali lill-President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI). Il-Kumitat AGRI ddiskuta l-proposta fid-19 ta’ Marzu 2024, u fil-11 ta’ April 2024, matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE vvutaw favur l-applikazzjoni ta’ proċedura urġenti. Il-Kumitat AGRI mbagħad ivvota dwar il-pożizzjoni konsolidata tal-Kunsill fil-15 ta’ April 2024 u l-Parlament adotta t-test finali matul it-tieni sessjoni plenarja ta’ April 2024.
Wara l-proposta tal-2025 tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u r-Regolament Orizzontali tal-PAK, il-membri tal-Kumitat AGRI ressqu emendi għall-proposta u vvutaw dwar it-test fl-24 ta’ Settembru 2025. It-test emendat, li jirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament għan-negozjati tat-trilogu li jmiss, imbagħad ġie adottat fl-ewwel sessjoni plenarja ta’ Ottubru 2025.
It-test finali ġie adottat mill-Parlament fis-16 ta’ Diċembru 2025 u mill-Kunsill fit-18 ta’ Diċembru 2025. Kien ġie ffirmat fid-19 ta’ Diċembru u ppubblikat fil-31 ta’ Diċembru 2025. L-att li rriżulta, ir-Regolament (UE) 2025/2649 li jemenda r-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u r-Regolament Orizzontali tal-PAK, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2026.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Agrikoltura u s-Sajd. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Sarah Madeleine Régine Pierrette Costes / Lapo Nannucci