Id-dritt li titressaq petizzjoni
Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi d-dritt li titressaq petizzjoni fl-UE, inklużi l-bażi legali, l-objettivi, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċeduri tagħha. Tispjega kif il-petizzjonijiet jiġu ppreżentati u eżaminati, ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu meta jiġu trattati, u l-azzjonijiet ta’ segwitu ewlenin disponibbli. Tenfasizza wkoll l-importanza tal-petizzjonijiet bħala għodda għad-demokrazija parteċipattiva u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.
Il-bażi legali
- L-Artikolu 20, l-Artikolu 24 u l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi d-drittijiet liċ-ċittadini tal-UE, inkluż id-dritt li wieħed iressaq petizzjoni (stabbilita għall-ewwel darba mit-Trattat ta’ Maastricht).
- L-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tistabbilixxi d-dritt li wieħed iressaq petizzjoni.
- jipprovdi liċ-ċittadini u lir-residenti tal-UE mezz dirett u aċċessibbli biex jesprimu tħassib, jitolbu azzjoni, jew iressqu lmenti mal-istituzzjonijiet tal-UE;
- jippermetti lill-individwi jikkontribwixxu għall-iskrutinju tal-liġi u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.
- jitlob lill-Kummissjoni Ewropea twettaq investigazzjoni preliminari dwar petizzjoni u tipprovdi informazzjoni dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;
- jirreferi l-petizzjoni lil kumitati oħra tal-Parlament għal informazzjoni jew għal azzjoni ulterjuri (kumitat jista’, pereżempju, jagħti opinjoni lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, jiddiskuti jew jikkunsidra petizzjoni fl-attivitajiet leġiżlattivi, ta’ politika jew ta’ skrutinju tiegħu);
- jekk il-petizzjoni tkun dwar każ speċifiku li jkun jeħtieġ attenzjoni individwali, il-Kumitat jista’ jikkuntattja lill-istituzzjonijiet jew lill-awtoritajiet kompetenti jew jintervjeni permezz tar-rappreżentanza permanenti tal-Istat Membru kkonċernat biex jindirizza l-kwistjoni;
- jieħu kwalunkwe azzjoni oħra kkunsidrata xierqa biex jipprova jsolvi kwistjoni jew biex jagħti risposta xierqa għall-petizzjoni.
L-objettivi
Id-dritt li wieħed iressaq petizzjoni għandu l-għan li:
Il-proċedura u t-trattament tal-petizzjonijiet
A. L-eliġibbiltà u r-rekwiżiti (l-Artikolu 227 tat-TFUE)
Id-dritt li titressaq petizzjoni huwa miftuħ għal kwalunkwe ċittadin tal-UE u għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, individwalment jew flimkien ma’ persuni oħra.
Biex ikunu ammissibbli, il-petizzjonijiet iridu jikkonċernaw suġġetti li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-UE u jkunu jaffettwaw lill-petizzjonanti b’mod dirett. Il-kundizzjoni tal-aħħar hija interpretata b’mod wiesa’ ħafna.
B. Il-proċedura
Il-proċedura biex jiġu ttrattati l-petizzjonijiet hija stabbilita fl-Artikoli 226 sa 230 u l-Anness VI (XX) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, li jikkonferixxu r-responsabbiltà fuq il-Kumitat għall-Petizzjonijiet.
1. Ir-rekwiżiti formali
Il-petizzjonijiet iridu jinkludu l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz ta’ kull wieħed u waħda mill-petizzjonanti u jridu jinkitbu b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. Jistgħu jitressqu jew elettronikament permezz tal-Portal tal-Petizzjonijiet tal-Parlament jew bil-posta.
2. L-ammissibbiltà materjali
Il-petizzjonijiet li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti formali jintbagħtu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li qabelxejn irid jiddeċiedi jekk il-petizzjonijiet ikunux ammissibbli jew le. Il-Kumitat jagħmel dan billi jivverifika li s-suġġett jaqa’ fl-oqsma ta’ kompetenza tal-UE. Meta dan ma jkunx il-każ, il-petizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli. Il-petizzjonant jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni u bir-raġunijiet għaliha. Il-petizzjonanti sikwit jiġu mħeġġa jikkuntattjaw entità nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali oħra. Ir-raġuni ewlenija li minħabba fiha l-petizzjonijiet jiġu ddikjarati inammissibbli hija li jkun hemm konfużjoni min-naħa tal-petizzjonanti fir-rigward tal-kompetenzi, ir-responsabbiltajiet u l-possibbiltajiet ta’ azzjoni u rimedju tal-UE u dawk tal-Istati Membri u ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet internazzjonali oħra (bħan-NU u l-Kunsill tal-Ewropa), anke fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
3. L-eżami tal-petizzjonijiet
Skont iċ-ċirkustanzi, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista’ jieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:
Il-Kumitat jiddeċiedi wkoll jekk jinkludix il-petizzjonijiet fl-aġenda tal-laqgħat tiegħu. F’dan il-każ, jiġu mistiedna l-petizzjonant, il-Kummissjoni u rappreżentanti tal-Istat Membru. F’din il-laqgħa, il-petizzjonanti — jekk jixtiequ — jippreżentaw il-petizzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni mbagħad tagħti l-opinjoni tagħha oralment u tagħti l-kummenti għat-tweġiba bil-miktub għall-mistoqsijiet li jsiru mill-petizzjonant. Ir-Rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu wkoll jiġu mistiedna jitkellmu. Il-Membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet imbagħad ikollhom l-opportunità li jiskambjaw fehmiet dwar il-kwistjonijiet imqajma matul id-dibattitu u li jipproponu azzjonijiet oħra li jistgħu jittieħdu.
F’każijiet speċifiċi, il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jorganizza seduta ta’ smigħ jew workshop, iwettaq żjara ta’ ġbir ta’ informazzjoni fil-pajjiż jew fir-reġjun ikkonċernat, jadotta rapport tal-missjoni li jistipula l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jew iħejji u jressaq rapport sħiħ jew mozzjoni għal riżoluzzjoni qasira li għandu jittieħed vot dwarhom mill-Parlament fis-sessjoni parzjali. Jista’ jiddeċiedi wkoll li jressaq mistoqsijiet orali lill-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill u li jorganizza dibattitu fis-sessjoni parzjali.
Jekk petizzjoni tikkonċerna kwistjoni ta’ interess ġenerali li tiżvela traspożizzjoni jew applikazzjoni inkorretta tal-liġi tal-UE, tista’ tħeġġeġ il-Kummissjoni tieħu azzjoni fil-konfront tal-Istat Membru kkonċernat, anke permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur.
4. L-għeluq
Petizzjoni tista’ tingħalaq mill-Kumitat f’diversi stadji tal-proċedura, pereżempju wara li l-Kumitat ikun ħa deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà, wara diskussjoni f’laqgħa tal-Kumitat, jekk ma tkun tista’ tittieħed ebda azzjoni ulterjuri rigward il-petizzjoni, jekk petizzjoni tiġi rtirata mill-petizzjonant, jew jekk il-petizzjonant ma jweġibx sal-iskadenza speċifikata għal talba għal aktar informazzjoni.
5. It-trasparenza
Il-petizzjonijiet imressqa quddiem il-Parlament isiru dokumenti pubbliċi. Is-sommarji tal-petizzjonijiet jiġu ppubblikati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE fil-Portal tal-Petizzjonijiet wara li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun ħa deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà, flimkien ma’ dokumenti rilevanti oħra.
Il-petizzjonanti jiġu infurmati bil-miktub bid-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat li jikkonċernaw il-petizzjoni tagħhom u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet, u jiġu pprovduti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti, meta dan ikun xieraq, ladarba d-deċiżjonijiet isiru disponibbli.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Skont it-Trattati, il-Parlament huwa d-destinatarju tal-petizzjonijiet u għalhekk għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-preokkupazzjonijiet espressi f’dawk il-petizzjonijiet jitqiesu bis-sħiħ mill-UE. Biex dan iseħħ bl-aħjar mod possibbli, ta lil kumitat iddedikat, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-kompitu li jittratta l-petizzjonijiet u jikkoordina l-attivitajiet ta’ segwitu tal-istituzzjoni.
Kif enfasizzat fir-rapporti annwali tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat fis-sena preċedenti, il-Parlament konsistentement qies il-petizzjonijiet bħala element fundamentali tad-demokrazija parteċipattiva. Dawn ir-rapporti jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ petizzjonijiet riċevuti, il-format, l-istatus, l-eżitu, il-pajjiż, il-lingwa, in-nazzjonalità u s-suġġett tagħhom, kif ukoll informazzjoni dwar il-portal web, ir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Ombudsman, iż-żjarat ta’ ġbir ta’ informazzjoni, is-seduti ta’ smigħ pubbliċi, l-istudji kkummissjonati u kwistjonijiet ewlenin oħra. Il-Parlament issottolinja wkoll l-importanza tagħhom fl-iżvelar ta’ każijiet ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni inkorretti tal-liġi tal-UE mill-Istati Membri. Fil-fatt, għadd ta’ petizzjonijiet wasslu għal azzjoni leġiżlattiva jew politika, każijiet EU Pilot, deċiżjonijiet preliminari jew proċedimenti ta’ ksur.
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa partikolarment attiv fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali (inklużi d-drittijiet tat-tfal, id-diskriminazzjoni, id-drittijiet tal-minoranzi, il-ġustizzja, il-moviment liberu, id-drittijiet tal-vot u l-Brexit), tal-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali, tas-suq intern, tad-drittijiet soċjali, tal-migrazzjoni, tal-ftehimiet kummerċjali u tas-saħħa pubblika. Il-Kumitat b’mod partikolari għandu rwol speċjali fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà fi ħdan il-Qafas tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, u jorganizza wkoll workshop annwali dwar kwistjonijiet relatati mad-diżabbiltà, li ssir f’Diċembru.
Hemm għadd ta’ strumenti disponibbli biex jiġi żgurat li l-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet jiġu indirizzati u solvuti: żjarat ta’ ġbir ta’ informazzjoni, seduti ta’ smigħ pubbliċi, sessjonijiet ta’ ħidma u l-ikkummissjonar ta’ studji. Strument ieħor huwa n-Network tal-Petizzjonijiet, li ġie stabbilit fl-2016 biex tiżgura kooperazzjoni akbar mal-kumitati l-oħra fir-rigward tal-petizzjonijiet, u l-kooperazzjoni u d-djalogu mal-parlamenti u l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Kummissjoni u l-Ombudsman Ewropew.
Fl-2014, il-Parlament nieda wkoll il-Portal tal-Petizzjonijiet, li tejjeb il-viżibbiltà u t-trasparenza tal-petizzjonijiet. Il-portal jipprovdi wkoll informazzjoni dwar modi alternattivi għaċ-ċittadini tal-UE biex ifittxu rimedju jew iqajmu tħassib fil-livell tal-UE, inklużi għodod bħall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, SOLVIT, l-Ombudsman Ewropew u l-pjattaforma tal-Kummissjoni “Semma’ leħnek”.
Matul il-leġiżlatura 2024-2029, il-petizzjonijiet kienu jikkonċernaw prinċipalment l-oqsma li ġejjin: l-ambjent; is-saħħa; id-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-infurzar tal-liġi tal-UE; l-ugwaljanza u d-diversità; id-diżabbiltà; il-kundizzjonijiet tax-xogħol; l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; u t-trasport u l-moviment liberu. Fl-2025, il-Parlament irċieva 2,971 petizzjoni, u l-għadd ta’ petizzjonijiet li waslu qed ikompli jiżdied.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għaċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza u l-Kultura. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet.
Katharina VINSON