L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi kif il-prinċipju tal-ugwaljanza huwa stabbilit fit-Trattati fundaturi tal-UE bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tagħha. Hija tippreżenta l-liġijiet u l-ġurisprudenza li jgħinu biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa. Ġew introdotti wkoll żviluppi reċenti ta’ politika u inizjattivi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri inklużi u s-sorsi ta’ finanzjament u l-organizzazzjonijiet. L-aħħar taqsima tqis ir-rwol tal-Parlament Ewropew bħala difensur tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Il-bażi legali
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-ugwaljanza bħala wieħed mill-prinċipji fundaturi tal-UE fl-Artikolu 2 u jirreferi speċifikament għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Artikolu 3(3).
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti l-kompitu lill-UE li:
- telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġixxi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa (l-Artikolu 8);
- tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni inkluża dik abbażi tal-ġeneru (l-Artikolu 10);
- tadotta liġijiet biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);
- tiżgura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol (l-Artikolu 153);
- tapplika l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-irġiel u n-nisa għal xogħol ugwali (l-Artikolu 157).
- id-Direttiva dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE);
- id-Direttiva dwar il-ħaddiema nisa tqal (id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE);
- id-Direttiva dwar ix-xogħol part-time (id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE);
- id-Direttiva dwar it-trattament ugwali fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE);
- id-Direttiva dwar it-trattament ugwali għal persuni li jaħdmu għal rashom (id-Direttiva 2010/41/UE);
- id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (id-Direttiva (UE) 2019/1158).
- id-Direttiva dwar l-ugwaljanza razzjali (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE);
- id-Direttiva qafas dwar l-ugwaljanza fl-impjiegi (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE).
- id-Direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi (id-Direttiva (UE) 2023/970);
- id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi (id-Direttiva (UE) 2022/2381).
- id-Direttiva għall-korpi tal-ugwaljanza fil-kuntest tat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol (id-Direttiva (UE) 2024/1500);
- id-Direttiva għall-korpi tal-ugwaljanza fil-kuntest tat-trattament għal raġunijiet multipli kontra d-diskriminazzjoni (id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1499).
- id-Direttiva dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (id-Direttiva 2011/99/UE);
- id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi (id-Direttiva 2012/29/UE);
- id-Direttiva li ssaħħaħ ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar u l-protezzjoni tal-vittmi (id-Direttiva (UE) 2024/1712).
- Is-Sentenza Defrenne II (1976) stabbiliet li l-individwi jistgħu jużaw il-prinċipju ta’ paga ugwali bħala ġustifikazzjoni f’kawżi quddiem il-qrati nazzjonali jew tal-UE, u li l-prinċipju japplika mhux biss għall-awtoritajiet pubbliċi iżda wkoll għal ftehimiet kollettivi u relazzjonijiet ta’ impjieg privati.
- Is-Sentenza Barber (1990) ikkonfermat li l-pensjonijiet tax-xogħol kienu jikkostitwixxu “paga” skont il-liġi tal-Unjoni. Dan ifisser li t-trattament ugwali jrid japplika għall-pensjonijiet, inkluż fir-rigward tal-età li fiha n-nisa u l-irġiel jistgħu jirċievu pensjonijiet u benefiċċji tas-superstiti.
- Is-Sentenza Tesco Stores (2021) sabet li l-prinċipju ta’ paga ugwali jista’ jiġi applikat ukoll f’tilwim bejn individwi, f’talbiet għal paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali.
- Is-Sentenza Bilka (1986) sabet li l-esklużjoni tal-ħaddiema part-time mill-pensjonijiet hija diskriminazzjoni indiretta u hija illegali jekk taffettwa b’mod sinifikanti aktar nisa milli rġiel, sakemm ma tkunx iġġustifikata minn fatturi oġġettivi mhux relatati mal-ġeneru.
- Is-Sentenza Villar Láiz (2019) sostniet li r-regoli tal-kalkolu tal-pensjoni li jiżvantaġġaw lill-ħaddiema part-time jistgħu jkunu diskriminazzjoni indiretta meta jaffettwaw lin-nisa b’mod sproporzjonat.
- Is-Sentenza Praxair (2019) sabet diskriminazzjoni indiretta fejn il-kumpens għat-tkeċċija matul il-liv tal-ġenituri part-time ġie kkalkulat abbażi ta’ salarju part-time aktar milli wieħed full-time.
- Is-Sentenza BVAEB (2022) iċċarat li l-miżuri li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-irġiel jistgħu jiġu ġġustifikati jekk ikollhom għanijiet leġittimi ta’ politika soċjali u jkunu proporzjonati u sistematiċi.
- Is-Sentenza Barber (1990, bħal hawn fuq) iddeċidiet li t-trattament ugwali japplika bis-sħiħ għall-pensjonijiet tax-xogħol.
- Is-Sentenza Kuso (2013) iddeċiediet li t-terminazzjoni awtomatika tal-impjieg f’etajiet differenti tal-irtirar għall-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta, anke jekk hija bbażata fuq regoli nazzjonali tal-impjieg stabbiliti qabel ma pajjiż issieħeb fl-UE.
- Is-Sentenza Villar Láiz (2019, bħal hawn fuq) saħħet l-iskrutinju tar-regoli tal-pensjonijiet li huma ta’ żvantaġġ għall-ħaddiema part-time, fil-biċċa l-kbira nisa.
- Is-Sentenza Paquay (2007) ikkonfermat li t-tkeċċija marbuta mat-tqala jew it-twelid hija diskriminazzjoni diretta u hija pprojbita skont il-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza.
- Is-Sentenza Praxair (2019, bħal hawn fuq) rabtet il-liv tal-ġenituri u l-kumpens għat-tkeċċija, filwaqt li żgurat li l-eżerċitar tad-drittijiet relatati mal-kura ma jwassalx għal diskriminazzjoni indiretta.
- Is-Sentenza Ortiz Mesonero (2019) sostniet li d-direttivi tal-UE dwar l-ugwaljanza u l-liv tal-ġenituri ma jagħtux dritt ġenerali għal sigħat tax-xogħol fissi minflok xogħol bix-xift, anke fejn ikun hemm kunsiderazzjonijiet ta’ kura tal-familja.
- Is-Sentenza Marschall (1997) sostniet li l-preferenza mhux awtomatika għan-nisa fil-fażi ta’ promozzjoni hija legali meta n-nisa jkunu sottorappreżentati, jekk il-kandidati jiġu vvalutati individwalment u l-kandidati rġiel ma jiġux esklużi b’mod awtomatiku.
- Is-Sentenza Test-Achats (2011) stabbiliet li l-primjums u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni jridu jkunu newtrali għall-ġeneru.
- Is-Sentenza Tesorería General de la Seguridad Social (2022) sabet li dispożizzjoni nazzjonali li teskludi lill-ħaddiema domestiċi mill-benefiċċji tal-qgħad tikkostitwixxi diskriminazzjoni skont il-liġi tal-UE, minħabba li tpoġġi lin-nisa fi żvantaġġ.
- Is-Sentenza Hakelbracht (2019) estendiet il-protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni lil partijiet terzi (eż. kollegi ta’ ħaddiem) li jappoġġjaw jew jixhdu f’isem persuna li tallega diskriminazzjoni sesswali.
- il-libertà mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru, permezz tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u l-iżgurar tal-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi tal-vjolenza;
- l-ogħla standards tas-saħħa, billi jiġu appoġġjati miżuri minn pajjiżi tal-UE dwar l-aċċess tan-nisa għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u jiġu promossi riċerka medika, dijanjostika u trattamenti sensittivi għall-ġeneru;
- l-ugwaljanza fil-pagi u l-emanċipazzjoni ekonomika, bit-tnaqqis tad-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri u fil-pensjonijiet, il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju fost in-nisa u l-bniet u l-indirizzar tas-sottovalutazzjoni tal-impjiegi li jsiru min-nisa;
- il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-kura, billi tiġi promossa l-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta’ kura bejn in-nisa u l-irġiel u jiġi promoss l-investiment fis-settur tal-kura fit-tul;
- opportunitajiet indaqs ta’ impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, billi tinqered id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi, jiġi eliminat il-fastidju sesswali fid-dinja tax-xogħol, u jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità tajba u prospetti ta’ karriera ugwali;
- l-edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva, billi tiġi promossa perspettiva bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, li tħeġġeġ lill-bniet u lin-nisa jinvolvu ruħhom fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (STEM) u li tħeġġeġ lis-subien u lill-irġiel jinvolvu ruħhom fis-setturi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-assistenza soċjali;
- il-parteċipazzjoni politika u r-rappreżentanza ugwali, billi tiġi promossa rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-ħajja pubblika u politika, filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza tan-nisa fil-ħajja pubblika u jiġi miġġieled is-sessiżmu;
- il-mekkaniżmi istituzzjonali li jwettqu d-drittijiet tan-nisa, billi jiġu żgurati infrastruttura istituzzjonali speċjalizzata għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, u finanzjament sostenibbli għall-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa.
- L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) jipproduċi riċerka indipendenti, li tipprovdi evidenza ta’ kwalità għolja għal tfassil aħjar tal-politika.
- In-network tal-Analiżi Xjentifika u l-Pariri dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri jipprovdi għarfien espert estern lill-Kummissjoni Ewropea għat-tfassil tal-politika tagħha.
- Il-grupp ta’ livell għoli dwar l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-kumitat konsultattiv dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel jiġbru flimkien rappreżentanti responsabbli għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-livell nazzjonali u jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea tidentifika l-prijoritajiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
- In-network Ewropew ta’ esperti legali fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tan-nondiskriminazzjoni jinforma lill-Kummissjoni dwar l-iżviluppi legali fil-livell nazzjonali.
- Il-programm ta’ tagħlim reċiproku fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri jikkondividi prattika tajba fost il-pajjiżi tal-UE.
- In-network Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza jippromwovi l-applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza.
- In-network Ewropew dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jipprovdi spazju għal diskussjoni, skambju ta’ għarfien u l-kondiviżjoni ta’ prattika tajba.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tistabbilixxi wkoll il-prinċipji tal-ugwaljanza (l-Artikolu 21), inkluża l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel “fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga” (l-Artikolu 23).
Kemm l-Artikolu 23 tal-Karta kif ukoll l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jawtorizzaw azzjoni pożittiva biex tinkiseb ugwaljanza akbar, permezz ta’ miżuri li jistgħu jagħtu vantaġġi speċifiċi lil ġeneru sottorappreżentat.
Il-kisba tal-ugwaljanza
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta huma implimentati permezz ta’ liġijiet, ġurisprudenza (jiġifieri sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea) u inizjattivi oħra tal-UE.
A. Il-leġiżlazzjoni
Il-biċċa l-kbira tal-liġijiet relatati mal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, ippreżentati skont is-suġġett hawn taħt, huma direttivi. Il-pajjiżi tal-UE huma obbligati jiksbu l-eżiti stabbiliti minn direttiva iżda għandhom ammont ta’ libertà fil-mod kif jagħmlu dan. Normalment ikunu meħtieġa jintegraw id-direttiva fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.
1. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-attivitajiet soċjoekonomiċi
Id-Direttiva dwar l-Opportunitajiet Indaqs tal-2006 sservi bħala pilastru ċentrali tal-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Diversi direttivi oħra jistabbilixxu drittijiet ta’ ugwaljanza fl-impjieg u fl-impjieg indipendenti, fl-iskemi tas-sigurtà soċjali u fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi:
2. L-ugwaljanza għal raġunijiet multipli
Dawn id-direttivi jipprojbixxu d-diskriminazzjoni abbażi ta’ razza jew oriġini etnika u abbażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età u orjentazzjoni sesswali:
3. Il-paga ugwali u s-setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet
Żewġ direttivi jindirizzaw id-differenza persistenti fil-pagi bejn il-ġeneri u n-nuqqas ta’ rappreżentanza tan-nisa fil-bordijiet ta’ kumpaniji kbar:
4. L-infurzar mill-korpi tal-ugwaljanza
Żewġ direttivi marbuta jsaħħu l-korpi tal-ugwaljanza billi jistabbilixxu standards minimi għall-ħidma tagħhom dwar id-diskriminazzjoni, biex jiżguraw li jkunu jistgħu jaġixxu b’mod indipendenti u effettiv:
5. Il-protezzjoni mill-vjolenza, l-isfruttament u l-vittimizzazzjoni
L-ewwel direttiva tal-UE li tindirizza l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika ġiet adottata fl-2024. Diversi direttivi oħra jipproteġu lill-vittmi tal-vjolenza u jiġġieldu t-traffikar ta’ bnedmin:
Barra minn hekk, l-UE hija parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ għall-UE fl-1 ta’ Ottubru 2023.
B. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha rwol importanti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, billi tinterpreta l-liġijiet tal-UE dwar l-ugwaljanza biex tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha. Hija ħarġet sentenzi sinifikanti relatati ma’: (1) il-paga ugwali, (2) id-diskriminazzjoni indiretta, (3) il-pensjonijiet, l-irtirar u l-ugwaljanza relatata mal-età, (4) it-tqala u l-paternità, (5) l-azzjoni pożittiva, (6) it-trattament ugwali lil hinn mill-impjieg u (7) l-infurzar effettiv.
1. Il-paga ugwali
2. Id-diskriminazzjoni indiretta
3. Il-pensjonijiet, l-irtirar u l-inugwaljanza relatata mal-età
4. It-tqala u l-istat ta’ ġenitur
5. L-azzjoni pożittiva
6. It-trattament ugwali fir-rigward ta’ oġġetti, servizzi u s-sigurtà soċjali
7. L-infurzar effettiv
L-iżviluppi politiċi reċenti
A. L-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2026-2030
L-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2026–2030 għandha l-għan li tinkorpora l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kull aspett tal-ħajja, online u offline, mill-edukazzjoni u s-saħħa għax-xogħol u l-ħajja pubblika, u li tindirizza theddid modern bħall-vjolenza ċibernetika u r-riskji relatati mal-IA, li jaffettwaw b’mod partikolari lin-nisa. L-istrateġija ssegwi approċċ doppju, li jgħaqqad azzjonijiet immirati mal-integrazzjoni sistematika ta’ perspettiva tal-ġeneru fl-aspetti kollha tat-tfassil tal-politika (magħrufa bħala l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri) fl-oqsma kollha ta’ politika.
B. Pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa.
F’Marzu 2025, il-Kummissjoni Ewropea adottat pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa. Il-pjan direzzjonali jistabbilixxi viżjoni politika fit-tul għall-progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa.
Din il-viżjoni ta’ soċjetà ugwali bejn il-ġeneri hija bbażata fuq tmien prinċipji, elenkati hawnhekk b’għażla ta’ objettivi marbuta:
Is-27 Stat Membru kollha, l-istituzzjonijiet tal-UE, u bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u internazzjonali approvaw l-objettivi tal-pjan direzzjonali.
C. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi 20 prinċipju biex jgħin fil-bini ta’ UE soċjali, b’saħħitha u li tkun ġusta, inklużiva u mimlija opportunitajiet. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija waħda minn dawk il-prinċipji. Għandha l-għan li tiżgura li n-nisa u l-irġiel jiġu ttrattati b’mod ugwali fl-oqsma kollha, inkluż fis-suq tax-xogħol, u li tiżgura d-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali ta’ valur ugwali.
D. L-istrateġija Ewropea għall-kura
L-istrateġija Ewropea għall-kura tippromwovi servizzi tal-kura affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fl-UE kollha, bl-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni kemm għal min tingħata l-kura kif ukoll għal min jagħti l-kura, professjonalment jew informalment. Ir-responsabbiltajiet ta’ kura jżommu lil ħafna nisa barra mis-suq tax-xogħol jew f’xogħol part-time, u r-responsabbiltajiet ta’ kura jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa. L-investiment f’kura ta’ kwalità għolja jfisser ukoll titjib fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jindirizza d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet;
E. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet marbuta mal-istrateġija Ewropea għall-kura. Għalkemm mhumiex legalment vinkolanti għall-pajjiżi tal-UE, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għandhom piż politiku. Ir-rakkomandazzjonijiet, dwar sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja u dwar l-aċċess għal kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja, jistgħu jwasslu għal titjib fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Rakkomandazzjoni oħra dwar l-appoġġ għall-introjtu permezz ta’ introjtu minimu tippromwovi s-sigurtà tal-introjtu u l-indipendenza ekonomika tan-nisa, tal-adulti żgħażagħ u tal-persuni b’diżabbiltà.
F. Il-pakkett dwar l-impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà
Il-pakkett dwar l-impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà jipprovdi appoġġ biex itejjeb l-opportunitajiet ta’ impjieg għan-nisa b’diżabbiltà.
G. Il-finanzjament tal-UE għal inizjattivi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri
L-UE tiffinanzja l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri mill-baġit ta’ nfiq fit-tul tagħha permezz tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri. Waħda mill-fergħat tal-programm tiffoka fuq il-promozzjoni tad-drittijiet, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u fuq li jsir progress fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. Fergħa oħra tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Il-finanzjament huwa disponibbli wkoll għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, speċjalment taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus, li jiffinanzja proġetti li jippromwovu l-inklużjoni soċjali, jiġġieldu l-faqar u jtejbu l-edukazzjoni u l-ħiliet.
Sorsi oħra ta’ finanzjament jinkludu fondi oħra tal-politika ta’ koeżjoni, InvestEU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (fond għall-irkupru mill-COVID-19, li jista’ jappoġġja miżuri biex jittaffa l-impatt sproporzjonat tal-pandemija fuq in-nisa). Il-Fond Soċjali għall-Klima jappoġġja lin-nies u lin-negozji affettwati ħafna miż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u tat-trasport. Dan jinkludi l-ommijiet waħedhom, in-nisa b’diżabbiltà, u n-nisa akbar fl-età li jgħixu waħedhom li huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-faqar enerġetiku u tat-trasport.
Il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2028–2034, bħalissa qed jiġi nnegozjat mill-istituzzjonijiet tal-UE.
L-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-azzjoni esterna tal-UE
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III għandu l-għan li jilħaq l-għan 5 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU – “il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha” – u li jnaqqas il-faqar fost in-nisa. Il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li jbiddel in-normi riġidi tal-ġeneru u l-iżbilanċi tal-poter. Huwa jieħu approċċ intersezzjonali li huwa bbażat ukoll fuq id-drittijiet tal-bniedem. Stabbilixxa l-mira ambizzjuża li jiġi żgurat li mill-anqas 85% tal-azzjoni esterna l-ġdida kollha tal-UE jkollha l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala objettiv sinifikanti.
Il-GAP III ġie estiż mill-perjodu oriġinali 2021-2025 sal-2027.
L-organizzazzjonijiet u networks ta’ esperti
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jiddefendi l-ugwaljanza tad-drittijiet u kien mutur b’saħħtu wara l-azzjoni tal-UE biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. It-Trattat ta’ Maastricht fl-1993 saħħaħ is-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-biċċa l-kbira tal-liġijiet, inklużi l-liġijiet dwar l-ugwaljanza u nondiskriminazzjoni, iridu jiġu approvati kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill tal-UE qabel ma jistgħu jidħlu fis-seħħ.
Biex jgħin fit-tfassil tal-politika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fit-13 ta’ Novembru 2025 il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li ttenni l-prijoritajiet tiegħu għall-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2026–2030. Dawn jinkludu l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, l-iżgurar ta’ aċċess sħiħ u ugwali għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, it-tnaqqis tad-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet, u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi biex jiġu indirizzati r-rigress demokratiku u l-attakki fuq id-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+.
Permezz tar-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-Parlament Ewropew jappella wkoll għal azzjoni f’sitwazzjonijiet madwar id-dinja fejn id-drittijiet tan-nisa huma mhedda.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għaċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza u l-Kultura. Għal aktar informazzjoni żur is-sit web tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
Andreea Simona Chifan / Georgiana Sandu / Isabel Garcia Tamara