Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE huwa li tnaqqas id-disparitajiet soċjali u ekonomiċi bejn ir-reġjuni u tiżgura żvilupp ibbilanċjat madwar l-UE. Dan tagħmlu permezz tal-politika ta’ koeżjoni, li hija l-politika ta’ investiment reġjonali tagħha għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Din l-iskeda informattiva tispjega l-politika ta’ koeżjoni u mbagħad tippreżenta fil-qosor l-istorja tagħha, il-fondi ewlenin, u l-objettivi u l-allokazzjonijiet baġitarji għall-2021-2027. Tikkonkludi billi tiddeskrivi kif il-Parlament Ewropew isawwar u jsaħħaħ il-politika ta’ koeżjoni.
Il-bażi legali
- L-Artikoli 174 sa 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddefinixxu l-objettivi, l-istrumenti ewlenin ta’ finanzjament u l-qafas regolatorju għall-politika ta’ koeżjoni.
- il-koeżjoni soċjali għandha l-għan li ttejjeb l-inklużjoni u tnaqqas l-inugwaljanzi bejn in-nies;
- il-koeżjoni ekonomika għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet fl-introjtu, fl-impjiegi u fil-prestazzjoni ekonomika;
- il-koeżjoni territorjali għandha l-għan li tiżgura żvilupp ibbilanċjat fir-reġjuni kollha u aċċess ugwali għall-opportunitajiet irrispettivament mill-post.
- liż-żoni rurali,
- liż-żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali; kif ukoll
- lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, bħar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda tal-UE li għandhom densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u r-reġjuni ultraperiferiċi, gżejjer, transkonfinali u muntanjużi tagħha.
- 1957: it-Trattat ta’ Ruma stabbilixxa mekkaniżmi ta’ solidarjetà fil-forma tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija.
- 1975: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali nħoloq biex jindirizza l-iżbilanċi reġjonali.
- 1986: bl-Att Uniku Ewropew, il-koeżjoni ekonomika u soċjali saret responsabbiltà tal-Komunità Ewropea.
- 1994: inħoloq il-Fond ta’ Koeżjoni.
- 2008: it-Trattat ta’ Lisbona żied il-koeżjoni territorjali bħala t-tielet dimensjoni għall-koeżjoni, flimkien mal-koeżjoni soċjali u ekonomika.
- 2020: inħoloq il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.
- Il-fondi huma organizzati skont l-objettiv u skont it-tip ta’ reġjun.
- Il-Kummissjoni, il-pajjiżi tal-UE u l-awtoritajiet reġjonali jikkooperaw fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-użu tal-fondi;
- L-assistenza trid tkun integrata fil-programmi ta’ finanzjament.
- Il-fondi tal-UE għandhom ikunu żieda mal-kontribuzzjonijiet nazzjonali, u jintużaw biex jissupplimentaw aktar milli biex jissostitwixxu l-finanzjament nazzjonali.
- l-investiment fit-tkabbir u l-impjiegi – bl-objettiv li jissaħħu s-suq tax-xogħol u l-ekonomiji reġjonali;
- il-kooperazzjoni territorjali Ewropea – li tappoġġja l-koeżjoni tal-UE permezz ta’ kooperazzjoni fil-livell transfruntier, tranżnazzjonali u interreġjonali.
- il-QFP “klassiku”, li jiddeskrivi l-limiti tan-nefqa annwali tal-UE;
- il-pjan ta’ rkupru tan-NextGenerationEU (NGEU), li huwa inizjattiva ta’ rkupru li tfasslet biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE fl-irkupru tagħhom mill-pandemija tal-COVID-19.
- kooperazzjoni transfruntiera (fuq l-art u marittima): EUR 5.8 biljun;
- kooperazzjoni transnazzjonali: EUR 1.5 biljun;
- kooperazzjoni interreġjonali: EUR 490 miljun;
- kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi: EUR 281 miljun.
- Ewropa aktar intelliġenti – trasformazzjoni ekonomika u intelliġenti;
- Ewropa aktar ekoloġika u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;
- Ewropa aktar konnessa – il-mobbiltà u l-konnettività reġjonali permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
- Ewropa aktar soċjali – li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
- Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini – żvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali permezz ta’ inizjattivi lokali.
- objettivi ġodda tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-kapaċitajiet industrijali tad-difiża u l-infrastruttura b’użu doppju għall-mobbiltà militari u l-preparatezza ċivili;
- l-appoġġ tal-FEŻR lil intrapriżi kbar f’reġjuni anqas żviluppati u fi tranżizzjoni li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni jew għal Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (pereżempju, il-proġetti li jappoġġjaw l-infrastruttura tal-idroġenu);
- finanzjament miżjud għal akkomodazzjoni affordabbli, b’kofinanzjament ogħla (sa 100%) u prefinanzjament ta’ darba ta’ 20%;
- investiment akbar fir-reżiljenza tal-ilma, l-infrastruttura diġitali u l-prevenzjoni tan-nixfa;
- appoġġ għall-interkonnetturi tal-enerġija u l-infrastruttura tal-ħżin u tal-irriċarġjar;
- kundizzjonijiet preferenzjali għar-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant, inkluż prefinanzjament sa 9.5% u rata ogħla ta’ kofinanzjament;
- flessibbiltà għat-trasferiment tal-finanzjament mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-Inizjattiva Urbana Ewropea, għall-Istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni, jew għall-InvestEU.
- F’Marzu 2021, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li tappella għal aktar investiment ekoloġiku u blu permezz tal-politika ta’ koeżjoni u għal koordinazzjoni aħjar bejn is-sorsi ta’ finanzjament tal-UE, nazzjonali u reġjonali.
- F’Mejju 2023, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li titlob li l-fondi ta’ koeżjoni jintużaw għal investimenti fl-ekonomija ċirkolari u biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-plastik u tal-iskart fil-baċir tal-Mediterran.
- F’Settembru 2025, il-Parlament, f’riżoluzzjoni dwar l-investiment fil-politika ta’ koeżjoni u l-kriżi tal-akkomodazzjoni, talab lill-Kummissjoni tittratta n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli bħala problema fit-tul u timmira l-investimenti għall-gruppi l-aktar vulnerabbli.
- Matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-2025 tal-politika ta’ koeżjoni, il-Parlament insista li jsaħħaħ il-parteċipazzjoni reġjonali u demokratika (f’konformità mal-“prinċipju tas-sħubija”), iwessa’ l-prijoritajiet lil hinn mid-difiża biex jinkludu l-ħtiġijiet soċjali, u jżid ir-rati ta’ prefinanzjament u ta’ kofinanzjament biex iħaffef l-investiment.
- Fil-bidu tal-2026, il-Parlament beda jiskrutinizza l-QFP propost għall-2028-2034. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament qed iwissi kontra r-riskji taċ-ċentralizzazzjoni u l-fużjoni tal-politiki tal-UE u qed jenfasizza l-ħtieġa li jiġi protett ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE.
X’inhi l-politika ta’ koeżjoni?
Il-politika ta’ koeżjoni hija l-politika ta’ investiment ewlenija tal-UE biex taħdem lejn il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali:
Il-politika ta’ koeżjoni tipprova tiżgura li r-reġjuni kollha jkollhom aċċess ugwali għall-opportunitajiet u s-servizzi, sabiex in-nies ma jkunux żvantaġġati abbażi ta’ fejn jgħixu. Hija tagħti attenzjoni speċjali:
Storja qasira tal-politika ta’ koeżjoni
Sa mill-bidu tal-Komunità Ewropea (issa l-UE), id-disparitajiet territorjali u demografiċi kbar bejn il-pajjiżi membri kellhom il-potenzjal li jimpedixxu l-integrazzjoni u l-iżvilupp.
Fondi ewlenin
L-aktar karatteristika importanti tal-politika ta’ koeżjoni hija l-appoġġ finanzjarju tagħha għar-reġjuni. Madwar terz tal-baġit attwali tal-UE huwa ddedikat għat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali. Permezz ta’ sett ta’ fondi ddedikati, l-UE tinvesti direttament fir-reġjuni u l-bliet. Filwaqt li l-finanzjament jiġi allokat fil-livell tal-UE, ir-reġjuni u l-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu kif jużaw dawn il-flus, u dan jippermetti li l-investimenti jirriflettu l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet lokali. Dan il-finanzjament jappoġġja t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività tan-negozju, l-integrazzjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali, filwaqt li jiżgura li r-reġjuni kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw u li l-ebda qasam ma jitħalla jibqa’ lura.
L-UE tappoġġja l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ diversi fondi, deskritti fit-Taqsimiet A sa D, kollettivament magħrufa bħala Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
A. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li issa sar l-FSE+
L-FSE, li mill-2021 sar l-FSE+, huwa l-istrument ewlieni tal-UE li jappoġġja l-miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu l-qgħad u l-esklużjoni soċjali, jiżviluppaw ir-riżorsi umani u jħeġġu l-integrazzjoni soċjali fis-suq tax-xogħol. Jiffinanzja l-inizjattivi li jippromwovu livell għoli ta’ impjiegi, opportunitajiet indaqs għall-irġiel u għan-nisa, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni ekonomika u soċjali. Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara 3.6.2.
B. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)
Il-FEŻR jgħin fir-rimedju tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin fl-UE. Huwa jappoġġja r-reġjuni li għadhom lura f’termini ta’ żvilupp, u r-riġenerazzjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura. Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara 3.1.2.
L-Interreg huwa fond li jifforma parti mill-FEŻR. Dan jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali u l-kooperazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE. Huwa jappoġġja proġetti li jindirizzaw sfidi komuni permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u r-reġjuni ġirien tal-UE. Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara 3.1.5.
C. Il-Fond ta’ Koeżjoni
Il-Fond ta’ Koeżjoni jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti marbuta mal-ambjent u man-networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport. Dan il-fond jista’ jiġi aċċessat biss mill-pajjiżi tal-UE li l-introjtu nazzjonali gross tagħhom għal kull abitant jaqa’ taħt 90% tal-medja tal-UE. Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara 3.1.3.
D. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF)
Il-JTF huwa għodda ewlenija biex jiġu appoġġjati t-territorji l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u tiġi evitata żieda fid-disparitajiet reġjonali. Il-JTF jappoġġja l-investiment f’oqsma bħall-konnettività diġitali, it-teknoloġiji tal-enerġija nadifa, it-tnaqqis tal-emissjonijiet, ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali, it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-assistenza teknika. Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara 3.1.10.
E. Il-prinċipji u l-għanijiet tal-allokazzjoni tal-finanzjament
Biex jiġi żgurat li dawn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jintużaw b’mod effettiv, hemm japplikaw erba’ prinċipji ewlenin.
Ir-riżorsi finanzjarji tal-UE għall-politika ta’ koeżjoni huma allokati biex jintlaħqu żewġ għanijiet ewlenin:
Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE fil-perjodu 2021-2027
Il-qafas li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-użu tal-fondi huwa maqsum f’perjodi ta’ programmazzjoni, li huma ċikli baġitarji pluriennali (normalment seba’ snin) allinjati mal-pjan ta’ nfiq fit-tul tal-UE, il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP). F’kull perjodu, il-prijoritajiet, l-allokazzjonijiet ta’ finanzjament u r-regoli ta’ implimentazzjoni jiġu miftiehma minn qabel permezz ta’ regolamenti tal-UE. Il-pajjiżi tal-UE u r-reġjuni tagħhom imbagħad iħejju programmi li jagħtu dettalji dwar kif se jintużaw il-fondi. Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li r-reġjuni jkunu jistgħu jipprevedu x’finanzjament se jirċievu u jkollhom biżżejjed żmien biex jimplimentaw il-proġetti tagħhom. S’issa kien hemm sitt perjodi ta’ programmazzjoni.
Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jistabbilixxi r-regoli għall-użu ta’ dawn il-fondi.
A. L-allokazzjonijiet baġitarji għall-2021-2027
Fil-perjodu 2021-2027, il-finanzjament tal-UE ġej minn żewġ sorsi:
Il-politika ta’ koeżjoni hija ffinanzjata mill-QFP u, f’ċerti każijiet, anki min-NextGenerationEU.
Ir-riżorsi għall-mira ta’ “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” tal-politika ta’ koeżjoni jammontaw għal total ta’ EUR 322.3 biljun (fil-prezzijiet tal-2018) u jiġu allokati kif muri fit-tabella li ġejja:
| Kategorija | Ammont (f’EUR) |
|---|---|
| Reġjuni anqas żviluppati | 202.3 biljuni |
| Reġjuni fi tranżizzjoni | 47.8 biljun |
| Reġjuni aktar żviluppati | 27.2 biljun |
| Pajjiżi tal-Fond ta’ Koeżjoni | 42.6 biljun (li minnhom EUR 10 biljun huma allokati permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) |
| Reġjuni ultraperiferiċi | 1.9 biljun |
| Kooperazzjoni interreġjonali | 500 miljun |
Il-JTF il-ġdid għandu baġit ta’ EUR 17.5 biljun (fi prezzijiet tal-2018; EUR 19.7 biljun fi prezzijiet tal-2024), li minnhom EUR 7.5 biljun jiġu mill-QFP u EUR 10 biljun addizzjonali jiġu mill-NGEU.
Strument ġdid ieħor, React-EU, ġie adottat f’Diċembru 2020. Dan serva ta’ żieda għall-programmi ta’ koeżjoni 2014-2020 u kien addizzjonali għall-allokazzjonijiet ta’ koeżjoni għall-2021-2027. React-EU appoġġja l-aktar setturi importanti biex dawn jirkupraw sew wara l-kriżi tal-COVID-19. L-allokazzjoni tiegħu, sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà tiegħu fl-2023, kienet ta’ EUR 47.5 biljun. Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara 3.1.11.
B. Ħames objettivi ta’ politika għall-2021-2027
Għall-perjodu 2021-2027, il-politika ta’ koeżjoni għandha ħames objettivi ta’ politika għall-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni:
C. Il-bidliet introdotti għall-2021-2027
Sabiex tiżdied il-flessibbiltà u jkun hemm rispons għal sfidi ġodda, bħall-effetti tal-kriżi tal-COVID-19, il-politika ta’ koeżjoni għall-2021-2027 ġiet riveduta permezz ta’ diversi emendi. Dawn il-bidliet kellhom l-għan li jissimplifikaw ir-regoli, jippermettu riallokazzjoni aktar rapida tal-fondi u jappoġġjaw aħjar l-irkupru ekonomiku u r-reżiljenza fir-reġjuni kollha.
F’Ottubru 2022, ġew adottati emendi għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex jiġi ffaċilitat l-użu tar-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni għall-miżuri diġà implimentati kemm taħt il-programmi tal-2014-2020 kif ukoll tal-2021-2027, biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni kkawżati mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Biex tissaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-UE fit-teknoloġiji kritiċi, fl-2024 ġie adottat ir-Regolament dwar il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP). Is-STEP tappoġġa proġetti fit-teknoloġiji diġitali u fl-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda, teknoloġiji nodfa u effiċjenti fir-riżorsi u bijoteknoloġiji. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jidderieġu mill-ġdid partijiet mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-FEŻR, l-FSE+ u l-JTF) biex jappoġġjaw il-prijoritajiet ta’ STEP.
F’Diċembru 2024, ġie adottat ir-Regolament dwar l-Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni (RESTORE) biex jipprovdi assistenza addizzjonali lill-pajjiżi tal-UE li ġew affettwati minn diżastri naturali fl-2024 u fl-2025. Dan jippermetti lill-pajjiżi tal-UE jipprogrammaw mill-ġdid fondi mill-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-FSE+ biex jirrestawraw l-infrastruttura u t-tagħmir li saritilhom il-ħsara, jipprovdu ikel u għajnuna materjali bażika u jappoġġjaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa.
F’Settembru 2025, wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni, il-Parlament u l-Kunsill adottaw regolament li jemenda regolamenti preċedenti dwar il-FEŻR/Fond ta’ Koeżjoni u l-JTF. L-emendi ppermettew lill-pajjiżi tal-UE jallokaw mill-ġdid il-fondi ta’ koeżjoni lejn il-prijoritajiet strateġiċi l-ġodda tal-UE mill-bidu tal-2026. Dawn il-prijoritajiet jirriflettu l-kuntest ġeopolitiku u ekonomiku li qed jevolvi u jiffukaw fuq il-kompetittività, id-difiża u s-sigurtà, l-akkomodazzjoni affordabbli, ir-reżiljenza tal-ilma, it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-appoġġ għar-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant. L-emendi introdotti:
F’Marzu 2026, il-Kummissjoni Ewropea rrapportat li l-pajjiżi tal-UE kienu rriallokaw EUR 34.6 biljun f’finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għal prijoritajiet strateġiċi, inklużi l-kompetittività, id-difiża u s-sigurtà, l-enerġija, l-akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli, ir-reżiljenza tal-ilma u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.
Xi jmiss għall-politika ta’ koeżjoni?
F’Lulju 2025, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet QFP ġdid għall-2028-2034, b’valur ta’ kważi EUR 1.8 triljun (fi prezzijiet tal-2025), ekwivalenti għal 1.26% tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE. Qabel ma l-QFP il-ġdid ikun jista’ jidħol fis-seħħ, il-Kunsill tal-UE jrid jaqbel miegħu b’mod unanimu, u l-Parlament Ewropew irid jagħti l-kunsens tiegħu b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.
Taħt il-QFP il-ġdid, il-proposta tal-Kummissjoni għal fond ġdid, imsejjaħ il-“Fond Ewropew għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-agrikoltura u ż-żoni rurali, is-sajd u l-affarijiet marittimi, il-prosperità u s-sigurtà 2028-2034”, tippreżenta bidliet fil-governanza u fir-regoli tal-qafas tal-politika ta’ koeżjoni.
Id-diskussjonijiet dwar il-QFP il-ġdid għall-2028-2034 għadhom għaddejjin u huwa mistenni li jiġi ffinalizzat fl-2026 jew fl-2027, bil-għan li jiġi implimentat mill-1 ta’ Jannar 2028.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew jappoġġja b’mod ferm attiv it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE. Il-liġijiet tal-politika ta’ koeżjoni jiġu adottati skont il-“proċedura leġiżlattiva ordinarja”, li tagħti lill-Parlament u lill-Kunsill tal-UE vuċi ugwali fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni b’mod konġunt. Il-Parlament kien involut b’mod attiv fin-negozjati dwar ir-riforma tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2021-2027. Il-Parlament talab b’mod konsistenti li l-politika ta’ koeżjoni tkun wiesgħa u ffinanzjata tajjeb, li jirrikjedi wkoll l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti.
Matul is-snin, il-Parlament argumenta b’mod konsistenti li l-politika ta’ koeżjoni għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-livelli kollha tal-gvern (skont il-“prinċipju tas-sħubija”). Għandha tappoġġja t-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-aktar livell xieraq ta’ gvern u għandha tieħu approċċ ibbażat fuq il-post, filwaqt li tfassal soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet lokali. Dawn l-argumenti infurmaw il-ħidma reċenti tal-Parlament, inklużi l-kontributi li ġejjin.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Agrikoltura u s-Sajd. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.
Kelly Schwarz / JOHANNA CHLÖÉ LYOR TIRINELLI