Il-Parlament Ewropew Fatti u Ċifri
Dan il-Briefing, ippubblikat mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, huwa mfassal biex jipprovdi fatti u ċifri ewlenin dwar il-Parlament Ewropew. Huwa jħares kemm lejn il-leġiżlatura kurrenti (Lulju 2019 sa Ġunju 2024) kif ukoll it-tmien leġiżlaturi ta' ħames snin preċedenti sa minn meta ġew introdotti l-elezzjonijiet diretti f'Ġunju 1979. Fil-paġni li ġejjin se ssib grafiki ta' diversi tipi li: • jiddeskrivu l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew bħalissa u fil-passat; • isegwu ż-żieda fl-għadd ta' partiti rappreżentati fil-PE u l-evoluzzjoni tal-gruppi politiċi; • juru l-età tal-Membri u juru ż-żieda fl-għadd ta' nisa li għandhom siġġu fil-Parlament; • jispjegaw is-sistemi elettorali użati fl-elezzjonijiet għall-Parlament fl-Istati Membri; • juru kif il-parteċipazzjoni elettorali fl-elezzjonijiet Ewropej inbidlet matul iż-żmien u varjat bejn l-Istati Membri; • jiġbru fil-qosor il-ħidma tal-Parlament fil-leġiżlaturi ta' ħames snin kurrenti u preċedenti; • jiddeskrivu l-kompożizzjoni tal-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-korpi ta' governanza tal-Parlament; • jispjegaw ir-rwol leġiżlattiv tal-Parlament u l-interazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea. Il-Briefing qed jiġi aġġornat regolarment matul il-leġiżlatura 2019-2024 biex jiġu kkunsidrati l-aħħar żviluppi.
Briefing
Dwar dan id-dokument
Tip ta’ pubblikazzjoni
Awtur
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
- analiżi ekonomika
- DRITT
- dritt tal-Unjoni Ewropea
- drittijiet u libertajiet
- EKONOMIJA
- elezzjoni Ewropea
- grupp politiku (PE)
- il-Membri tal-PE
- istituzzjonijiet tal-UE u servizz ċivili Ewropew
- Kumitat tal-PE
- mandat elettorali
- parlament
- POLITIKA
- proċedura elettorali u votazzjoni
- proċeduri parlamentari
- sessjoni parlamentari
- sistema elettorali Ewropea
- statistika tal-UE
- tfassil tal-liġi tal-UE
- ugwaljanza bejn is-sessi
- UNJONI EWROPEA