Ir-reġjuni ultraperiferiċi
Din l-iskeda informattiva tispjega l-istatus speċjali tad-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea — it-territorji ta’ Franza, il-Portugall u Spanja li jinsabu ’l bogħod mill-kontinent Ewropew u li jiffaċċjaw sfidi ġeografiċi, ekonomiċi u soċjali distinti. Tiddeskrivi l-bażi legali għall-appoġġ tal-UE, l-istrumenti finanzjarji u l-oqfsa ta’ politika li permezz tagħhom l-UE tikkumpensa għal dawn ir-restrizzjonijiet, u r-rwol attiv li l-Parlament kellu fil-promozzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni.
Il-bażi legali
-
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE):
- l-Artikolu 349 jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-Trattati fir-reġjuni ultraperiferiċi.
- L-Artikolu 355 isemmi speċifikament id-disa’ reġjuni ultraperiferiċi (ara hawn taħt) fejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattati jridu japplikaw f’konformità mal-Artikolu 349.
- ħames dipartimenti Franċiżi ekstra-Ewropej – Martinique, Mayotte, Guadeloupe, il-Guyana Franċiża u Réunion;
- komunità ekstra-Ewropea Franċiża waħda – Saint Martin;
- żewġ reġjuni awtonomi Portugiżi – Madeira u l-Azores;
- komunità awtonoma Spanjola waħda – il-Gżejjer Kanarji.
- arranġamenti speċifiċi ta’ forniment maħsuba biex itaffu l-ispejjeż addizzjonali ta’ forniment relatati ma’ prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem, għall-ipproċessar jew għal użu bħala inputs agrikoli;
- miżuri biex isostnu l-produzzjoni agrikola lokali.
- trattament differenzjat rigward ir-rati ta’ kofinanzjament;
- dispożizzjonijiet speċjali tal-FEŻR dwar investimenti produttivi fin-negozji; u
- regoli speċifiċi fir-rigward tal-programmi Interreg.
- Orizzont 2020, l-istrument finanzjarju tal-UE li jimplimenta l-Unjoni tal-Innovazzjoni, inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020 li għandha l-għan li tiggarantixxi l-kompetittività globali tal-Ewropa. Dan il-programm intemm, u l-programm attwali huwa Orizzont Ewropa;
- LIFE+, l-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima. Il-programm attwali (2021–2027) jissejjaħ LIFE; u
- COSME, li huwa l-programm għall-kompetittività tal-intrapriżi u tal-SMEs. Dan issa ħadlu postu l-programm tas-suq uniku.
- li jinżammu l-arranġamenti għar-reġjuni ultraperiferiċi abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE; u
- li jiġu rrikonċiljati l-imperattivi doppji tal-protezzjoni tal-produzzjoni lokali u l-indirizzar tal-għoli tal-ħajja għoli fir-reġjuni ultraperiferiċi.
X’inhuma r-reġjuni ultraperiferiċi
Xi pajjiżi tal-UE għandhom parti mit-territorju tagħhom f’żoni tad-dinja li huma mbegħdin mill-Ewropa. Dawn ir-reġjuni, magħrufa bħala r-reġjuni ultraperiferiċi, ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ għadd ta’ diffikultajiet relatati mal-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom, b’mod partikolari l-pożizzjoni mbiegħda, natura ta’ gżira, id-daqs żgħir u t-topografija u l-klima diffiċli tagħhom. Huma jiddependu ekonomikament minn ftit prodotti (ta’ spiss prodotti agrikoli jew riżorsi naturali). Dawn il-karatteristiċi jillimitaw il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp futur.
Bħalissa hemm disa’ reġjuni ultraperiferiċi:
Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma distinti mill-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej tal-UE. Hemm 13-il pajjiż u territorju ekstra-Ewropew kostituzzjonalment marbutin mad-Danimarka, ma’ Franza u man-Netherlands. Il-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej mhumiex parti mis-suq uniku u jeħtiġilhom jirrispettaw l-obbligi imposti fuq il-pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tal-kummerċ, partikolarment ir-regoli tal-oriġini, l-istandards sanitarji u fitosanitarji u l-miżuri ta’ salvagwardja. L-Artikolu 355 tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill Ewropew, fuq l-inizjattiva tal-pajjiż tal-UE kkonċernat, li jemenda l-istatus ta’ ċertu pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew (jiġifieri r-reġjuni ultraperiferiċi jew il-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej) ta’ Franza, tad-Danimarka jew tan-Netherlands mingħajr ma jkun hemm bżonn emenda tat-TFUE. Sa tmiem l-2011, pereżempju, Saint Barthélemy kien reġjun ultraperiferiku tal-UE, iżda fl-2012 inbidel f’pajjiż u territorju ekstra-Ewropew. Fil-każ ta’ Mayotte, li kien pajjiż u territorju ekstra-Ewropew sal-2014, ġara l-oppost u nbidel f’reġjun ultraperiferiku bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew.
Madwar ħames miljun persuna jgħixu fir-reġjuni ultraperiferiċi, li wħud minnhom esperjenzaw żieda sinifikanti fil-popolazzjoni minħabba l-immigrazzjoni. Ir-rata ta’ tkabbir naturali tal-popolazzjoni hija wkoll relattivament għolja, peress li l-popolazzjoni hi ferm iżgħar fl-età fil-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-reġjuni milli hi fl-UE kontinentali. Fl-2020, ir-rati ta’ impjieg fir-reġjuni ultraperiferiċi kollha kienu taħt il-medja tal-UE, u kienu jvarjaw minn 43% f’Mayotte għal 71% fl-Azores. L-Azores biss kellhom rata tal-qgħad taħt il-medja tal-UE (6.1%), u r-rati fil-Gżejjer Kanarji u f’Mayotte kienu aktar minn tliet darbiet ogħla mill-medja tal-UE. Minkejja r-rati għolja ta’ qgħad, il-Gżejjer Kanarji huma l-uniku reġjun ultraperiferiku fejn il-proporzjon tal-persuni ta’ bejn 25 u 64 sena b’edukazzjoni terzjarja huwa ogħla mill-medja tal-UE (34.4% fl-2020).
Tabella: Data dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi
| Distanza mill-kapitali nazzjonali (km) | Superfiċje (km2) | Popolazzjoni | PDG per capita espress bħala perċentwal tal-medja UE (UE=100) (**) | |
|---|---|---|---|---|
| EU-27 | - | 4,225,127 | 450 649 971 | 100 |
| Franza | - | 638,475 | 68 882 600 | 104 |
| Il-Portugall | - | 92,227 | 10,749,635 | 76 |
| Spanja | - | 505,983 | 49 128 297 | 83 |
| L-Azores | 1,548 | 2,322 | 236,488 | 67 |
| Il-Gżejjer Kanarji | 1,850 (medja għall-arċipelagu kollu) | 7,447 | 2 258 866 | 62 |
| Guadeloupe | 7,578 | 1,685 | 413,791 | 69 |
| Il-Guyana Franċiża | 7,841 | 83,751 | 291,774 | 46 |
| Madeira | 1,041 | 802 | 259,440 | 69 |
| Martinique | 7,641 | 1,108 | 359,419 | 76 |
| Réunion | 9,921 | 2,504 | 892,102 | 68 |
| Saint-Martin | 6,700 | 86 (53 għall-parti Franċiża) | 32,358 | - |
| Mayotte | 8,444 | 367 | 329,208 | 30 |
L-objettivi
Minkejja d-distanza kbira li tisseparahom mill-kontinent Ewropew, ir-reġjuni ultraperiferiċi huma parti integrali mill-UE, u l-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet tal-UE japplikaw b’mod sħiħ fit-territorju tagħhom. Madankollu, minħabba l-pożizzjoni ġeografika speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi u d-diffikultajiet li dan iġib miegħu, l-UE kellha taġġusta l-politiki tagħha f’diversi oqsma ewlenin inklużi l-politiki doganali u kummerċjali, il-politika fiskali, iż-żoni ħielsa, il-politiki tal-agrikoltura u tas-sajd, u l-kundizzjonijiet għall-provvista ta’ materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mogħti minn gvern jew korp pubbliku lil kumpanija jew settur li jista’ jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq uniku, soġġett għar-regoli tal-UE) u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u għall-programmi orizzontali tal-UE jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ dawn ir-reġjuni (eż. allokazzjonijiet speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)).
Apparti l-allokazzjonijiet speċjali tal-FEŻR, ir-reġjuni ultraperiferiċi jibbenefikaw ukoll, fil-qasam agrikolu, mill-programm ta’ soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-partikolaritajiet ta’ gżira, li huwa ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Dan il-programm jiffoka fuq żewġ tipi ewlenin ta’ miżuri:
L-UE għadha tappoġġja lir-reġjuni ultraperiferiċi permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi magħżula, kif deskritt fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2022 tal-Kummissjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi. Hija allokat fondi addizzjonali ta’ EUR 1,928 miljun lir-reġjuni ultraperiferiċi għall-perjodu mill-2021 sal-2027 permezz tal-FEŻR. Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea se tindirizza wkoll objettiv ġdid (fergħa) imsejjaħ “kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi” magħruf bħala Interreg D (Interreg hija inizjattiva tal-UE li tappoġġja l-kooperazzjoni transfruntiera, trannazzjonali u interreġjonali ffinanzjata permezz tal-FEŻR), li jgħin biex jiġu integrati r-reġjuni ultraperiferiċi u jippermetti żvilupp armonjuż fir-reġjuni tagħhom. Il-baġit għal din il-fergħa huwa ta’ EUR 281 miljun. Barra minn hekk, filwaqt li r-rata abitwali ta’ kofinanzjament għall-programmi Interreg hija ta’ 80%, ir-rata ta’ kofinanzjament għar-reġjuni ultraperiferiċi hija stabbilita għal massimu ta’ 85%.
L-istrateġija tal-UE għar-reġjuni ultraperiferiċi
Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni dwar sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi. Din l-istrateġija pproponiet approċċ ġdid biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull wieħed mid-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-UE. Għenithom joħolqu opportunitajiet ġodda għall-abitanti tagħhom, jixprunaw il-kompetittività u l-innovazzjoni f’setturi bħall-agrikoltura, is-sajd u t-turiżmu, u tiżdied il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien.
Fl-2022, il-Kummissjoni adottat strateġija mġedda għar-reġjuni ultraperiferiċi, li għandha l-għan li tisfrutta l-potenzjal tagħhom permezz ta’ investiment u riformi xierqa. L-istrateġija tibni fuq konsultazzjoni pubblika, kif ukoll konsultazzjonijiet immirati u laqgħat bilaterali mal-pajjiżi tal-UE, u tibbaża wkoll fuq il-kontributi mill-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u r-reġjuni ultraperiferiċi nfushom. Abbażi ta’ ħames pilastri ewlenin (it-tqegħid tan-nies l-ewwel, l-ingranaġġ tal-assi reġjonali, l-iffaċilitar tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi/diġitali, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, u t-tisħiħ tas-sħubijiet), l-istrateġija tressaq proposti f’diversi oqsma, inklużi l-politika soċjali, is-saħħa, l-għajnuna mill-Istat, l-enerġija u l-kapaċità amministrattiva.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Minkejja li l-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet kollha rigward jekk ir-reġjuni jingħatawx l-istatus ta’ reġjun ultraperiferiku, il-Parlament għandu rwol attiv ħafna fl-appoġġ li jingħata lir-reġjuni ultraperiferiċi.
Il-Parlament għandu l-istess setgħat bħall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-aktar politiki importanti tal-UE, bħall-politiki reġjonali, agrikoli, tas-sajd u tal-edukazzjoni. Fil-ħidma tiegħu, il-Parlament jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta’ kull reġjun ultraperiferiku u jappoġġja inizjattivi li jkollhom l-għan li jagħtu spinta lill-iżvilupp tagħhom.
Matul in-negozjati tal-qafas regolatorju, il-Parlament appoġġja l-prinċipju li r-reġjuni ultraperiferiċi għandu jkollhom:
Barra minn hekk, fl-2014 il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u programmi oħra tal-UE. F’din ir-riżoluzzjoni, huwa fakkar fil-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi u enfasizza l-bżonn ta’ sinerġiji bejn l-appoġġ li ġej mill-Fondi Strutturali favur ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-programmi fil-livell tal-UE bħal:
Fl-2017, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE. Din tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE, li jkopri oqsma bħall-politika kummerċjali, il-politika marittima, is-sajd u t-tkabbir blu, il-politika ta’ koeżjoni, l-ambjent u l-enerġija tal-UE.
Fl-2021, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar sħubija aktar b’saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE. Filwaqt li tisħaq fuq il-ħafna avvanzi miksuba taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, ir-riżoluzzjoni tinnota l-importanza:
Fl-2022, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni. Ir-riżoluzzjoni tesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ viżjoni tal-UE għall-gżejjer Ewropej u tappella għal sensiela ta’ azzjonijiet biex jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni l-aktar żviluppati, b’enfasi fuq l-agrikoltura u l-ekonomija blu (jiġifieri l-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, inkluż is-sajd, l-akkwakultura, it-trasport fuq l-ilma, it-turiżmu u l-enerġija tal-baħar).
F’Ġunju 2023, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-valutazzjoni tal-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi. Ir-riżoluzzjoni titlob li l-Artikolu 349 tat-TFUE jiġi applikat aħjar fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-azzjonijiet favur, fost affarijiet oħra, il-kapital uman, l-ekonomija blu, il-klima, it-tranżizzjoni diġitali u l-ispazju.
F’Novembru 2023, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa. Fir-riżoluzzjoni, il-Parlament jitlob li l-istrateġiji u l-mekkaniżmu ppreżentati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-isfruttar tat-talent fir-reġjuni Ewropej jadottaw “Rifless tar-reġjuni ultraperiferiċi”, jiġifieri l-inizjattivi u l-proposti leġiżlattivi tal-UE għandhom iqisu b’mod sistematiku l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi.
F’Settembru 2024, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar it-tħejjija tal-UE biex taġixxi fir-rigward ta’ diżastri relatati mat-temp. Fir-riżoluzzjoni, il-Parlament jappella biex l-assistenza teknika u l-programmi konsultattivi eżistenti jimmiraw speċifikament għall-muniċipalitajiet iżgħar u r-reġjuni ultraperiferiċi biex jgħinuhom jiffaċċjaw it-tranżizzjoni ekoloġika u t-tibdil fil-klima.
F’April 2025, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-linji gwida għall-baġit 2026. Ir-riżoluzzjoni tinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni l-aktar milquta mit-tranżizzjoni industrijali u lil dawk li jiffaċċjaw żvantaġġi naturali jew demografiċi, bħar-reġjuni ultraperiferiċi. Għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-programm ta’ soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-periferiċità u l-insularità (POSEI) huwa ta’ importanza vitali biex jinżammu l-attivitajiet agrikoli u biex l-ikel jinġieb fis-swieq lokali. Għalhekk, ir-riżoluzzjoni titlob żieda fil-baġit tal-programm, speċjalment peress li ma kien hemm l-ebda żieda mill-2013.
F’Mejju 2025, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar id-disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Ir-riżoluzzjoni tissottolinja l-karatteristiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-isfidi li dawn it-territorji qed jiffaċċjaw, kemm jekk huma demografiċi, ekoloġiċi jew ekonomiċi. Hija tenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ imfassal apposta għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif definit skont l-Artikolu 349 tat-TFUE.
F’Ġunju 2025, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta għal regolament dwar l-assistenza lir-reġjuni ultraperiferiċi wara ċ-ċiklun Chido, li qered lil Mayotte. Ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li tipprovdi flessibbiltà addizzjonali wara diżastri naturali eċċezzjonali u avvenimenti tat-temp severi billi tippermetti lill-benefiċjarji tal-programm POSEI jkomplu jirċievu appoġġ matul il-perjodu tar-restawr.
F’Settembru 2025, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar ir-rwol tal-investiment tal-politika ta’ koeżjoni fis-soluzzjoni tal-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa. Ir-riżoluzzjoni tissottolinja kemm ir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment vulnerabbli fir-rigward tal-iskarsezzi tal-akkomodazzjoni minħabba l-limitazzjonijiet ġeografiċi u strutturali u l-pressjoni spekulattiva mit-turiżmu. Għalhekk, il-Parlament jenfasizza li l-investimenti fl-akkomodazzjoni jridu jkunu akkumpanjati minn infrastruttura mtejba fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fis-servizzi pubbliċi u fil-konnettività. Dan jagħmel lir-reġjuni ultraperiferiċi aktar attraenti u jinkoraġġixxi lil dawk li jgħixu fir-reġjuni ultraperiferiċi jibqgħu hemm.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Agrikoltura u s-Sajd. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.
Frédéric GOUARDERES