L-UE tappoġġja lill-pajjiżi membri biex jiżviluppaw turiżmu sostenibbli u kompetittiv li joħloq l-impjiegi u jipproteġi d-drittijiet tal-vjaġġaturi. Għalkemm it-turiżmu jibqa’ primarjament responsabbiltà nazzjonali, l-UE tikkoordina inizjattivi transfruntiera, tiġbor data biex tinforma l-politika, u tiffinanzja proġetti li jippromwovu destinazzjonijiet anqas magħrufa u prattiki tat-turiżmu ekoloġiku. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipproteġi wkoll lil dawk li jieħdu vaganzi b’pakkett tal-ivvjaġġar u tirregola l-akkomodazzjoni tal-kiri għal żmien qasir.

Il-bażi legali

L-Artikoli 6(d) u 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-objettivi

L-industrija ewlenija tat-turiżmu tal-UE, li tinkludi l-fornituri tradizzjonali tal-vaganzi u tas-servizzi tat-turiżmu, hija magħmula minn 2.3 miljun negozju, prinċipalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u timpjega madwar 12.3 miljun persuna.

Filwaqt li jikkontribwixxi għal 10% tal-PDG tal-UE, it-turiżmu huwa mutur ekonomiku vitali u għandu impatt sinifikanti fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp soċjali, u dan jagħmlu assi prezzjuż biex jiġu indirizzati r-reċessjoni ekonomika u l-qgħad.

Il-politika tal-UE għandha l-għan tippreserva l-pożizzjoni tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika ewlenija, filwaqt li timmassimizza l-kontribut tal-industrija għat-tkabbir u l-impjiegi, u trawwem il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin.

Il-kisbiet

A. Politika ġenerali

Sa mill-2001, il-Kummissjoni ppubblikat diversi komunikazzjonijiet li jiddeskrivu l-linji gwida politiċi tagħha għall-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu: