Il-Politika dwar l-Ażil
Din l-iskeda informattiva tispjega l-politika tal-UE dwar l-ażil. L-għan tal-politika dwar l-ażil tal-UE huwa li tagħti status xieraq lil kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadina tal-UE li teħtieġ protezzjoni internazzjonali f’wieħed mill-Istati Membri, filwaqt li tiżgura konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement<a class="es_smooth-scroll small" href="#_ftn1" name="_ftnref1">[1]</a>. Għal dan il-għan, l-UE qed taħdem bla heda biex tiżviluppa Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil.
Il-bażi legali
- L-Artikolu 67(2) u l-Artikoli 78 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma l-bażi legali tal-politika komuni dwar l-ażil tal-UE;
- L-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi d-dritt għall-ażil.
- tagħti status xieraq liċ-ċittadini kollha mhux tal-UE li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;
- tiżgura li l-prinċipju ta’ non-refoulement jiġi osservat.
- status uniformi ta’ ażil;
- status uniformi ta’ protezzjoni sussidjarja;
- sistema komuni ta’ protezzjoni temporanja;
- proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ ażil jew ta’ protezzjoni sussidjarja uniformi;
- kriterji u mekkaniżmi biex jiġi determinat liema Stat Membru huwa responsabbli biex jeżamina applikazzjoni;
- standards li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza;
- sħubija u kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE.
- regolament dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “pajjiż terz sikur”, li għandu l-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dan il-kunċett biex jaċċellera l-proċessi tal-ażil u jnaqqas il-pressjoni fuq is-sistemi tal-ażil, filwaqt li jippreserva s-salvagwardji legali għall-applikanti u jiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali;
- regolament li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini sikuri.
- tipprevjeni l-migrazzjoni illegali u ttemm in-negozju ta’ networks kriminali ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali;
- tipproteġi l-persuni li jaħarbu mill-gwerra u l-persekuzzjoni, filwaqt li tevita l-abbuż tas-sistema tal-ażil;
- tattira t-talent lejn l-UE biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-ekonomija tal-UE.
L-objettivi
L-UE għandha l-għan li tiżviluppa politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-ħsieb li:
Din il-politika trid tkun konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951 u mal-Protokoll tagħha tal-31 ta’ Jannar 1967. La t-TFUE u lanqas il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE ma jagħtu definizzjoni tat-termini “ażil” jew “rifuġjat”, iżda t-tnejn li huma jirreferu b’mod espliċitu għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u l-Protokoll tagħha.
Il-kisbiet
A. Avvanzi skont it-trattati
Bit-Trattat ta’ Maastricht tal-1993, il-kooperazzjoni intergovernattiva preċedenti dwar l-ażil iddaħħlet fil-qafas istituzzjonali tal-UE. Bħala l-attur ewlieni, il-Kunsill kellu jinvolvi lill-Kummissjoni fil-ħidma tiegħu u jinforma lill-Parlament dwar l-inizjattivi tiegħu rigward l-ażil; il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) ma kellha l-ebda ġuriżdizzjoni fuq kwistjonijiet tal-ażil.
Fl-1999, it-Trattat ta’ Amsterdam ta setgħat ġodda lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex ifasslu leġiżlazzjoni dwar l-ażil, bl-użu ta’ mekkaniżmu istituzzjonali speċifiku: perjodu tranżitorju ta’ ħames snin bi dritt ta’ inizjattiva kondiviż bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u deċiżjoni b’unanimità fil-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament; il-QĠUE kisbet ukoll ġuriżdizzjoni f’każijiet speċifiċi. It-Trattat ta’ Amsterdam ippreveda wkoll li, wara din il-fażi inizjali ta’ ħames snin, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li għandha tapplika l-proċedura normali ta’ kodeċiżjoni u li minn hawn ’il quddiem għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza kwalifikata. Fi tmiem l-2004, il-Kunsill ħa deċiżjoni f’dan is-sens, u l-proċedura ta’ kodeċiżjoni (li issa hija magħrufa bħala l-proċedura leġiżlattiva ordinarja) bdiet tapplika mill-2005.
Bl-adozzjoni tal-Programm ta’ Tampere f’Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil għandha tiġi implimentata f’żewġ fażijiet: l-adozzjoni ta’ standards minimi komuni fuq medda qasira ta’ żmien għandha twassal għal proċedura komuni u status uniformi għal dawk li jingħataw ażil validu fl-UE kollha fuq medda ta’ żmien aktar twila.
Dan irriżulta fl-“ewwel fażi” tas-SEKA mill-1999 sal-2004, li tistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil. Dan inkluda wkoll l-istabbiliment tal-Bażi tad-Data Ewropea għat-Tqabbil ta’ Data Dattiloskopika ta’ Persuni li jfittxu l-Ażil (Eurodac) għall-ħżin u t-tqabbil ta’ data tal-marki tas-swaba’. Barra minn hekk, hija ddefiniet l-istandards minimi komuni li l-Istati Membri kellhom iżommu magħhom b’rabta mal-akkoljenza tal-persuni li jfittxu l-ażil, iddeterminat il-kriterji ta’ kwalifika għall-protezzjoni internazzjonali u n-natura tal-protezzjoni mogħtija, u stabbiliet il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat. Leġiżlazzjoni ulterjuri kopriet il-protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa.
F’Novembru 2004, il-Programm ta’ The Hague appella għat-tieni fażi tas-SEKA, li tgħaddi minn standards minimi għall-istabbiliment ta’ proċedura komuni tal-asil.
B. It-Trattat ta’ Liżbona
It-Trattat ta’ Liżbona, li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2009, biddel is-sitwazzjoni billi ttrasforma l-miżuri dwar l-ażil mill-istabbiliment ta’ standards minimi għall-ħolqien ta’ sistema komuni li tikkonsisti fi status uniformi u proċeduri uniformi.
Din is-sistema komuni trid tinkludi:
Minn meta ġie adottat it-Trattat ta’ Liżbona ’l hawn, l-Artikolu 80 tat-TFUE ppreveda wkoll, b’mod espliċitu, il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż kwalunkwe piż finanzjarju, bejn l-Istati Membri. L-azzjonijiet tal-UE rigward l-ażil, jekk ikun meħtieġ, għandhom jinkludu miżuri xierqa biex jiżguraw li dan il-prinċipju jiġi segwit. It-trattat biddel ukoll b’mod sinifikanti l-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tal-ażil, għax permezz tiegħu l-kodeċiżjoni saret il-proċedura standard. Barra minn hekk, l-arranġamenti għas-sorveljanza ġudizzjarja mill-QĠUE ttejbu b’mod sinifikanti. Issa d-deċiżjonijiet preliminari jistgħu jintalbu minn kwalunkwe qorti fi Stat Membru, u mhux mill-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza biss, kif kien il-każ qabel. Dan ippermetta lill-QĠUE tiżviluppa korp akbar ta’ ġurisprudenza fil-qasam tal-ażil.
Il-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-10 ta’ Diċembru 2009 għall-perjodu 2010-2014, afferma mill-ġdid “l-objettiv li jiġi stabbilit spazju komuni ta’ protezzjoni u solidarjetà bbażat fuq proċedura tal-ażil komuni u status uniformi għal dawk li jingħataw protezzjoni internazzjonali”. Huwa enfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tiġi promossa solidarjetà effettiva ma’ dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet partikolari, u r-rwol ċentrali li għandu jaqdi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil il-ġdid (EASO), li ġie sostitwit mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA).
C. Strumenti legali u l-isforzi ta’ riforma attwali
Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja tal-20 ta’ Lulju 2001 ġiet żviluppata bħala qafas għall-ġestjoni ta’ influss bil-massa mhux mistenni ta’ persuni spostati u biex tipprovdilhom protezzjoni immedjata. Għandha l-għan li tippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri. Din ġiet attivata għall-ewwel darba mill-Kunsill b’reazzjoni għall-invażjoni Russa bla preċedent tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022 biex toffri assistenza rapida u effettiva lin-nies li jkunu qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Protezzjoni temporanja għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna bħalissa tinsab fis-seħħ sa Marzu 2027.
Bl-eċċezzjoni tad-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika riformulata, li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2012, l-atti leġiżlattivi riformulati l-oħra daħlu fis-seħħ biss f’Lulju 2013 (ir-Regolament Eurodac; ir-Regolament Dublin III; id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza; u d-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil), li kien ifisser li d-dewmien fit-traspożizzjoni tagħhom f’nofs Lulju 2015 ħabat fl-eqqel tal-kriżi tal-migrazzjoni.
Fid-dawl tal-pressjoni migratorja mill-2014 ’l hawn, f’Mejju 2015 il-Kummissjoni ppubblikat l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li pproponiet diversi miżuri biex tindirizza din il-pressjoni, inkluż l-approċċ hotspot – kondiviż bejn l-EASO (attwalment l-EUAA), il-Frontex (attwalment l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) – li jinvolvi ħidma fuq il-post mal-Istati Membri l-aktar esposti sabiex malajr jidentifikaw, jirreġistraw u jieħdu l-marki tas-swaba’ tal-migranti li jkunu deħlin. L-approċċ hotspot kellu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza għal total ta’ 160,000 persuna fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. Il-mekkaniżmi ġew proposti mill-Kummissjoni biex tassisti lill-Italja u lill-Greċja, u ġew adottati mill-Kunsill bid-deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2015 u oħra tat-22 ta’ Settembru 2015, wara konsultazzjoni mal-Parlament. Din id-deċiżjoni tal-aħħar inżammet il-qorti fis-sentenza tal-QĠUE tas-6 ta’ Settembru 2017.
L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tistabbilixxi wkoll passi ulterjuri lejn riforma tas-SEKA, li ġew ippreżentati f’żewġ pakketti ta’ proposti leġiżlattivi f’Mejju u f’Lulju 2016 u li l-Parlament u l-Kunsill iddiskutew matul il-leġiżlatura li ntemmet f’Mejju 2019. Madankollu, ma ġie adottat l-ebda att leġiżlattiv matul it-terminu 2014-2019 minħabba fajls li ġew imblukkati fil-Kunsill jew fajls speċifiċi oħra li ġew sospiżi minħabba l-imblukkar ta’ fajls konnessi.
Fit-23 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ħarġet il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil fi sforz biex tagħti bidu ġdid lir-riforma tas-SEKA li kienet wieqfa. L-ewwel fost il-proposti ta’ riforma, dwar l-istabbiliment tal-EUAA, ġiet approvata fl-2022, u ssostitwiet l-EASO. Wara diversi snin ta’ negozjati, fl-14 ta’ Mejju 2024 ġew adottati l-10 strumenti legali tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li ġejjin, li jirriformaw il-qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni.
| Titolu fil-qosor | Referenza | Deskrizzjoni qasira |
|---|---|---|
| Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza | Id-Direttiva (UE) 2024/1346 | Tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri. |
| Ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika | Ir-Regolament (UE) 2024/1347 | Jistabbilixxi standards għal: il-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali; status uniformi għal rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja; il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija. |
| Ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil | Ir-Regolament (UE) 2024/1348 | Jistabbilixxi proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2024/1347. |
| Il-proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera | Ir-Regolament (UE) 2024/1349 | Jistabbilixxi proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera. Japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li l-applikazzjoni tagħhom tkun iċċaħħdet fil-kuntest tal-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera. |
| Ir-Regolament dwar Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni | Ir-Regolament (UE) 2024/1350 | Jistabbilixxi regoli komuni għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja. |
| Ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni | Ir-Regolament (UE) 2024/1351 | Jistabbilixxi qafas komuni għall-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni fl-UE, u għall-funzjonament tas-SEKA. Jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ solidarjetà permanenti ġdid fost l-Istati Membri. Jistabbilixxi regoli ċari dwar ir-responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. |
| Ir-Regolament emendatorju biex jiġi ffaċilitat l-iskrinjar |
Ir-Regolament (UE) 2024/1352 | Jemenda r-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN) u r-Regolament (UE) 2019/818 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni. |
| Ir-Regolament dwar l-Iskrinjar | Ir-Regolament (UE) 2024/1356 | Jistabbilixxi: l-iskrinjar fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qasmu l-fruntiera esterna b’mod mhux awtorizzat, ikunu applikaw għal protezzjoni internazzjonali matul il-verifiki fil-fruntieri, jew ikunu ġew żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, qabel ma jiġu riferuti għall-proċedura xierqa; l-iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jirrisjedu illegalment fit-territorju tal-Istati Membri meta ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu ġew soġġetti għal kontrolli fil-fruntieri esterni, qabel ma jiġu riferuti għall-proċedura xierqa. |
| Ir-Regolament Eurodac | Ir-Regolament (UE) 2024/1358 | Jistabbilixxi bażi ta’ data interoperabbli biex tappoġġja s-sistema tal-ażil, tgħin fil-ġestjoni tal-migrazzjoni irregolari u tappoġġja l-implimentazzjoni tar-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja. |
| Ir-Regolament dwar Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi u ta’ Force Majeure | Ir-Regolament (UE) 2024/1359 | Jindirizza sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ kriżi, inkluż ta’ strumentalizzazzjoni, u force majeure, fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil fl-UE permezz ta’ miżuri temporanji. Jipprevedi solidarjetà u miżuri ta’ appoġġ imsaħħa li jibnu fuq ir-Regolament (UE) 2024/1351 filwaqt li jiżgura l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, u jipprevedi regoli speċifiċi temporanji li jidderogaw minn dawk stipulati fir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1348. |
Fil-bidu tal-2025, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal Regolament dwar ir-Ritorn, li jintroduċi Ordni Ewropea ta’ Ritorn bl-għan li tarmonizza d-deċiżjonijiet ta’ ritorn madwar l-Istati Membri tal-UE. In-negozjati dwar il-proposta għadhom għaddejjin.
Ir-regolamenti li ġejjin ġew adottati mill-Parlament u l-Kunsill fi Frar 2026:
F’Jannar 2026, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel Strateġija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni. Din l-istrateġija għandha l-għan li tikkomplementa l-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u li:
D. Id-dimensjoni esterna
Waħda mill-inizjattivi ewlenin ippreżentati fil-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil kienet il-promozzjoni ta’ sħubijiet imfassla apposta u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi mhux tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni. F’Lulju 2023, il-Kummissjoni ffirmat Memorandum ta’ Qbil mat-Tuneżija. Fir-rebbiegħa tal-2024, il-Kummissjoni ffirmat ftehimiet addizzjonali mal-Eġittu, mal-Libanu u mal-Mauritania. Fil-bidu tal-2025, ġiet iffirmata s-Sħubija Strateġika u Komprensiva bejn l-UE u l-Ġordan. Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li ġġedded is-sħubija mal-Marokk. Il-Kunsill Ewropew u t-Turkija wkoll laħqu ftehim f’Marzu 2016 bil-għan li jnaqqsu l-fluss ta’ migranti irregolari li jidħlu fl-Ewropa mit-Turkija. F’Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew appella lit-Turkija biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tal-2016, inkluż rigward ir-Repubblika ta’ Ċipru. Id-djalogu ta’ livell għoli bejn l-UE u t-Turkija dwar il-migrazzjoni sar fit-23 ta’ Novembru 2023.
E. Il-finanzjament disponibbli għall-politiki dwar l-ażil
L-istrument ta’ finanzjament ewlieni fil-baġit tal-UE fil-qasam tal-ażil huwa l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF). L-allokazzjoni tal-AMIF fil-baġit attwali tal-UE li jkopri l-perjodu 2021-2027, jammonta għal EUR 9.9 biljun, fost oħrajn, sabiex il-migrazzjoni, l-ażil u l-integrazzjoni jiġu ġestiti b’mod effettiv u uman, inkluż appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri għas-solidarjetà murija permezz tar-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni. Strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (3.6.2) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (3.1.2) ukoll jallokaw fondi, l-aktar biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti. Għall-UEAA, il-qafas finanzjarju pluriennali attwali jipprevedi baġit ta’ EUR 1.22 biljun għall-perjodu 2021-2027.
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali jiġbor flimkien il-biċċa l-kbira tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE. Dan jammonta għal EUR 79.5 biljun u jinkludi mira indikattiva ta’ nfiq ta’ 10% fir-rigward tal-migrazzjoni (approċċ ibbażat fuq l-inċentivi flessibbli għall-migrazzjoni). B’paragun ma’ dan, il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika, immobilizza madwar EUR 5 biljun, b’madwar EUR 4.4 biljun minn strumenti finanzjarji tal-UE u EUR 623 miljun ikkontribwiti mill-Istati Membri tal-UE u donaturi oħra.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew dejjem kien favur ħafna ta’ SEKA, f’konformità mal-impenji legali tal-UE. Talab ukoll li titnaqqas il-migrazzjoni irregolari u li jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli.
Wara l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona, il-Parlament ipparteċipa b’mod attiv fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida dwar l-immigrazzjoni u dik relatata mal-ażil, bħala koleġiżlatur sħiħ.
Il-Parlament jista’ jibda proċeduri għall-annullament quddiem il-QĠUE. Dan l-istrument intuża b’suċċess (ara s-sentenza tal-QĠUE tas-6 ta’ Mejju 2008) biex jinkiseb l-annullament tad-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-arranġamenti biex tiġi adottata l-lista komuni tal-pajjiżi mhux tal-UE kkunsidrati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u pajjiżi mhux tal-UE bla periklu kif previst fid-Direttiva 2005/85/KE tal-Kunsill.
Żur il-paġna tal-Parlament dwar ir-rispons tal-UE għall-migrazzjoni u l-ażil.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku għall-Ġustizzja, il-Libertajiet Ċivili u l-Affarijiet Istituzzjonali. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
Olga Johanna PASSAMERA