Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-Iżvizzera u t-Tramuntana
Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) ġiet stabbilita fl-1994 biex is-suq intern tal-UE jiġi estiż għall-pajjiżi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) – in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera. Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi x’inhi ż-ŻEE, kif taħdem u liema oqsma ta’ politika tkopri. Tispjega kif l-Iżvizzera, bħala membru tal-EFTA iżda mhux taż-ŻEE, tinteraġixxi mas-suq intern tal-UE. Tippreżenta wkoll il-fora ewlenin fit-Tramuntana tal-Ewropa u fir-reġjun tal-Artiku li magħhom tikkoopera l-UE.
Il-bażi legali
- Għaż-ŻEE: l-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni). Dan jagħti s-setgħa lill-UE li tiffirma ftehimiet ma’ pajjiżi jew organizzazzjonijiet internazzjonali dwar drittijiet u obbligi reċiproċi u azzjonijiet komuni, bħall-Ftehim ŻEE tal-1992.
- Għall-Iżvizzera: il-Ftehim ta’ Assigurazzjoni tal-1989, il-Ftehimiet Bilaterali I tal-1999, il-Ftehimiet Bilaterali II tal-2004. Dawn jirregolaw ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE u l-Iżvizzera, u jistabbilixxu r-regoli għall-aċċess reċiproku għas-suq bejn l-Iżvizzera u ż-ŻEE.
- il-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd (minkejja li l-Ftehim fih dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd);
- l-unjoni doganali;
- il-politika kummerċjali komuni;
- il-politika estera u ta’ sigurtà komuni;
- il-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni (minkejja li l-pajjiżi kollha tal-EFTA jagħmlu parti miż-żona Schengen dwar l-ivjaġġar mingħajr fruntieri);
- l-unjoni ekonomika u monetarja.
- huwa magħmul mill-ambaxxaturi tat-tliet pajjiżi taż-ŻEE/tal-EFTA u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea;
- jeżamina testi ġodda dwar is-suq intern tal-UE u jiddeċiedi liema leġiżlazzjoni u atti tal-UE (azzjonijiet, programmi, eċċ.) għandhom jiġu inkorporati fiż-ŻEE;
- jiltaqa’ tmien darbiet fis-sena, bil-presidenza talterna kull sitt xhur bejn l-UE u pajjiż taż-ŻEE/tal-EFTA.
- huwa magħmul mill-ministri għall-affarijiet barranin tal-pajjiżi taż-ŻEE/tal-EFTA u rappreżentanti tal-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE, kif ukoll is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni;
- jaqbel dwar valutazzjoni komuni tal-funzjonament ġenerali tal-kooperazzjoni taż-ŻEE u jfassal linji gwida politiċi għall-Kumitat Konġunt;
- jiltaqa’ darbtejn fis-sena.
- huwa magħmul minn membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-EFTA – forum ta’ trade unions u organizzazzjonijiet mill-membri tal-EFTA – u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;
- jaħdem biex isaħħaħ il-kuntatti bejn is-sħab soċjali fiż-ŻEE u biex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni dwar l-aspetti ekonomiċi u soċjali taż-ŻEE;
- jikkontribwixxi għad-deliberazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet oħra taż-ŻEE permezz ta’ riżoluzzjonijiet.
- huwa magħmul mill-membri tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi taż-ŻEE/tal-EFTA u l-Membri tal-Parlament Ewropew;
- jiltaqa’ darbtejn fis-sena, darba fil-Parlament Ewropew u darba fil-parlament nazzjonali ta’ pajjiż taż-ŻEE/tal-EFTA, u huwa ppresedut b’mod alternanti kull sena minn Membru tal-Parlament Ewropew jew minn membru parlamentari nazzjonali ta’ pajjiż taż-ŻEE/tal-EFTA;
- jeżamina l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE li tapplika għaż-ŻEE u jiltaqa’ mar-rappreżentanti tal-Kunsill taż-ŻEE, tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA;
- jadotta riżoluzzjonijiet dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet rilevanti għall-Ftehim ŻEE, u jressaq mistoqsijiet orali jew bil-miktub lill-Kunsill taż-ŻEE u lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE;
- jadotta riżoluzzjoni annwali dwar ir-rapport annwali tal-Kumitat Konġunt dwar il-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, fejn jiddikjara l-fehmiet tiegħu dwar il-progress li jkun sar fl-inkorporazzjoni tal-dritt tal-UE u l-akkumulazzjoni eżistenti ta’ xogħol pendenti, u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.
- taħdem b’mod indipendenti minn kwalunkwe kontroll mill-Istat;
- tipproteġi d-drittijiet tal-individwi u tan-negozji għall-kompetizzjoni ġusta u l-moviment liberu billi tiżgura li l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jirrispettaw ir-regoli taż-ŻEE;
- tiżgura r-responsabbiltà billi tirreferi każijiet ta’ ksur lill-Qorti tal-EFTA.
- hija magħmula minn tliet imħallfin, wieħed minn kull pajjiż taż-ŻEE/tal-EFTA, maħtura bil-qbil tat-tliet gvernijiet għal perjodu ta’ sitt snin;
- tiddeċiedi dwar każijiet ta’ ksur u appelli, u tagħti opinjonijiet konsultattivi lill-qrati fil-pajjiżi tal-EFTA.
- għal ħarsa ġenerali faċli għall-utent dwar kif il-liġi tal-UE ssir liġi taż-ŻEE;
- għad-dettall sħiħ tal-proċeduri għall-inkorporazzjoni tal-liġi tal-UE fil-Ftehim ŻEE.
- il-moviment liberu tal-persuni,
- it-trasport bl-ajru,
- it-trasport fuq l-art,
- il-kummerċ tal-prodotti agrikoli,
- ostakli tekniċi għall-kummerċ,
- l-akkwist pubbliku,
- il-kooperazzjoni fir-riċerka.
- il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fis-sistema ta’ Dublin dwar l-identifikazzjoni tar-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għall-ażil,
- il-programm MEDIA tal-UE,
- l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent,
- it-tassazzjoni fuq it-tfaddil,
- il-prodotti agrikoli pproċessati,
- l-istatistika,
- il-ġlieda kontra l-frodi,
- il-kontribuzzjonijiet finanzjarji Żvizzeri għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Istati Membri l-ġodda tal-UE.
Iż-ŻEE
A. X’inhi ż-ŻEE?
Iż-ŻEE hija żona ta’ kummerċ ħieles li testendi s-suq intern tal-UE għall-pajjiżi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA). Il-Ftehim ŻEE ġie ffirmat fit-2 ta’ Mejju 1992 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. Is-sħubija hija fakultattiva għall-pajjiżi tal-EFTA u obbligatorja għall-pajjiżi tal-UE. Il-pajjiżi kollha li saru membri tal-UE mill-1994 għalhekk issieħbu awtomatikament fiż-ŻEE, li issa tkopri l-UE u s-27 Stat Membru tagħha, u tlieta mill-erba’ membri tal-EFTA: in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein. Ir-raba’ membru tal-EFTA, l-Iżvizzera, mhuwiex membru taż-ŻEE iżda jorganizza l-aċċess għas-suq intern tal-UE permezz ta’ ftehimiet bilaterali.
L-objettiv taż-ŻEE huwa li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-membri u joħloq żona ekonomika b’sett uniku ta’ regoli.
Sabiex il-ftehim jinżamm aġġornat, il-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha tal-UE relatata mas-suq intern trid tiġi inkluża fl-annessi u fil-protokolli tal-Ftehim ŻEE. B’dan il-mod, diversi eluf ta’ atti ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE.
B. Il-kamp ta’ applikazzjoni taż-ŻEE
Il-membri taż-ŻEE jintrabtu mal-firxa sħiħa ta’ drittijiet u responsabbiltajiet tas-suq intern tal-UE. Dan ifisser li jeħtiġilhom jirrispettaw l-“erba’ libertajiet” li jiddefinixxu s-suq intern – il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Biex jagħmlu dan b’mod effettiv, jeħtiġilhom jadottaw ukoll il-politiki tal-UE dwar il-kompetizzjoni, it-trasport, l-enerġija, u l-kooperazzjoni ekonomika u monetarja li jappoġġjaw dawn il-libertajiet.
Il-Ftehim ŻEE jkopri wkoll politiki orizzontali (li jkopru kwistjonijiet li jolqtu setturi differenti) strettament relatati mal-erba’ libertajiet. Dawn jinkludu politiki soċjali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa, kif ukoll politiki dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, l-istatistika u l-liġi tal-kumpaniji. Għandu wkoll dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet bħar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, l-edukazzjoni u t-taħriġ li huma implimentati permezz tal-kooperazzjoni aktar milli permezz tal-leġiżlazzjoni.
C. Il-limiti taż-ŻEE
Il-Ftehim ŻEE ma jistabbilix dispożizzjonijiet vinkolanti fis-setturi kollha tas-suq intern jew f’politiki oħra taħt it-Trattati tal-UE. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet vinkolanti tiegħu ma jikkonċernawx:
D. L-istituzzjonijiet u l-mekkaniżmi taż-ŻEE
1. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE:
2. Il-Kunsill taż-ŻEE:
3. Il-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE:
4. Il-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE:
5. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
6. Il-Qorti tal-EFTA:
E. Kif il-liġi tal-UE ssir liġi taż-ŻEE
Din it-taqsima tagħti rendikont simplifikat tal-proċess tat-tfassil tal-liġijiet taż-ŻEE.
Ara s-sit web tal-EFTA:
1. L-inkorporazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE
Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jiddeċiedi liema liġijiet tal-UE għandhom jiġu inkorporati fiż-ŻEE u jżidhom mal-annessi u l-protokolli tal-Ftehim ŻEE.
2. It-traspożizzjoni
Ladarba liġi tal-UE tkun ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE, din trid tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi tal-EFTA li jagħmlu parti miż-ŻEE. Skont il-liġi nazzjonali ta’ kull pajjiż, din tista’ tirrikjedi deċiżjoni tal-gvern, jew tista’ tirrikjedi l-approvazzjoni tal-parlament. Il-pajjiżi jistgħu jagħmlu aġġustamenti tekniċi fil-liġijiet matul it-traspożizzjoni iżda ma jistgħux ibiddlu s-sustanza tagħhom.
3. Il-monitoraġġ
It-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi taż-ŻEE huma mmonitorjati mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u mill-Qorti tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA żżomm tabella ta’ valutazzjoni tas-suq intern li żżomm rendikont dwar kif il-liġijiet huma applikati fil-pajjiżi taż-ŻEE.
L-Iżvizzera
A. L-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera
Bħala membru tal-EFTA, l-Iżvizzera ħadet sehem fin-negozjati għall-Ftehim ŻEE li ffirmat fit-2 ta’ Mejju 1992. Immedjatament wara, il-Gvern Żvizzeru applika biex isir membru tal-UE fit-22 ta’ Mejju 1992. Madankollu, wara li l-votanti Żvizzeri rrifjutaw il-Ftehim ŻEE f’referendum fis-6 ta’ Diċembru 1992, il-Gvern ma kompliex isegwi t-triq ta’ adeżjoni tal-Iżvizzera mal-UE maż-ŻEE. Minn dak iż-żmien, l-Iżvizzera żviluppat ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE permezz ta’ ftehimiet bilaterali. Dawn jippermettu l-integrazzjoni ekonomika tagħha mal-UE filwaqt li jirrispettaw ix-xewqat tal-poplu Żvizzeru.
B. Ftehimiet bilaterali
1. Il-kisbiet
L-UE u l-Iżvizzera ffirmaw aktar minn 120 ftehim bilaterali, inklużi ftehim ta’ kummerċ ħieles fl-1972 u żewġ sensiliet ewlenin ta’ ftehimiet bilaterali settorjali li allinjaw porzjon kbir tal-liġi Żvizzera ma’ dik tal-UE fil-mument tal-iffirmar.
L-ewwel sett ta’ seba’ ftehimiet settorjali, magħruf bħala Bilaterali I, ġie ffirmat fl-1999 u daħal fis-seħħ fl-2002. Dawn kollha huma relatati mal-oqsma tal-moviment liberu u l-ftuħ reċiproku tas-suq, u jkopru:
Sett ieħor ta’ ftehimiet settorjali, Bilaterali II, ġie ffirmat fl-2004 u daħal fis-seħħ b’mod gradwali bejn l-2005 u l-2009. Dan is-sett wiesa’ ta’ ftehimiet jirrigwarda t-tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika u jestendi l-kooperazzjoni dwar l-ażil u l-ivvjaġġar ħieles fi ħdan il-fruntieri ta’ Schengen. Ikopri wkoll:
2. L-iżvantaġġi tal-ftehimiet bilaterali
Filwaqt li l-ftehimiet saħħew ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Iżvizzera, ħolqu wkoll network kumpless ta’ obbligi li xi drabi huwa inkonsistenti. Għall-kuntrarju tal-Ftehim ŻEE dinamiku, li għandu proċess strutturat għall-inkorporazzjoni ta’ liġijiet ġodda tal-UE, il-ftehimiet bilaterali jridu jiġu aġġornati regolarment biex jitqiesu żviluppi ġodda. Il-ftehimiet bilaterali lanqas ma għandhom arranġamenti ddedikati ta’ monitoraġġ u infurzar u mekkaniżmu effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim.
3. Tentattivi biex jittejbu l-ftehimiet bilaterali
Biex tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi, fit-22 ta’ Mejju 2014 l-UE u l-Iżvizzera bdew negozjati bejniethom dwar Ftehim Qafas Istituzzjonali. In-negozjati kellhom l-għan li jsolvu bosta kwistjonijiet diffiċli, li jvarjaw mill-kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tal-UE fl-Iżvizzera sar-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fis-soluzzjoni tat-tilwim.
In-negozjati dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali ġew konklużi fil-livell politiku fit-23 ta’ Novembru 2018. Il-Gvern Żvizzeru mbagħad nieda konsultazzjoni wiesgħa qabel ma ddeċieda jekk iressaqx il-ftehim għall-vot fl-Assemblea Federali Żvizzera. Il-proċess qajjem għadd ta’ kwistjonijiet li kienu jeħtieġu kjarifika ulterjuri.
Wara waqfa minħabba l-pandemija tal-COVID-19, fost affarijiet oħra, in-negozjaturi tal-UE u tal-Iżvizzera komplew id-diskussjonijiet tagħhom dwar il-kjarifiki tal-Ftehim Qafas Istituzzjonali f’Jannar 2021. Madankollu, il-Gvern Żvizzeru rtira min-negozjati fis-26 ta’ Mejju 2021.
4. Pakkett rivedut ta’ ftehimiet
Fi tmiem l-2024, l-Iżvizzera u l-UE qablu dwar il-pakkett Bilaterali III ta’ ftehimiet ġodda u riveduti ta’ kooperazzjoni u aċċess għas-suq. Il-ftehimiet ġew konklużi formalment f’Mejju 2025, u l-Gvern tal-Iżvizzera ta l-approvazzjoni tiegħu f’Ġunju 2025. Imbagħad tnediet konsultazzjoni nazzjonali fl-Iżvizzera, u fil-5 ta’ Diċembru 2025, il-Gvern ikkonkluda li kien hemm maġġoranza ċara ta’ parteċipanti (cantons, partiti u assoċjazzjonijiet) favur il-pakkett. Referendum dwar il-pakkett ta’ ftehimiet x’aktarx se jsir fl-2027.
C. L-isfidi għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera
Fl-2014, il-maġġoranza tal-votanti Żvizzeri approvaw inizjattiva popolari federali msejħa “kontra l-immigrazzjoni tal-massa” f’referendum. L-inizjattiva rrifjutat il-moviment liberu bejn l-UE u l-Iżvizzera, li huwa kundizzjoni għall-aċċess għas-suq intern. Hija appellat għal ritorn lejn sistema ta’ immigrazzjoni bbażata fuq il-kwoti u għal limiti fuq l-għadd ta’ ħaddiema transfruntiera.
Din kienet sfida kbira għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera, peress li l-ftehimiet bilaterali dwar l-aċċess tal-Iżvizzera għas-suq intern huma dipendenti b’mod reċiproku: li jintemm ftehim wieħed ifisser li jintemmu kollha.
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera bdew jerġgħu lura għan-normal f’Diċembru 2016, wara li l-Parlament Żvizzeru adotta l-Att Federali dwar iċ-Ċittadini Barranin u l-Integrazzjoni. Din il-liġi implimentat ir-riżultat tar-referendum tal-2014 b’mod li llimita l-effett tiegħu. Din ippermettiet rekwiżiti għall-impjegaturi biex jagħtu prijorità lir-residenti Żvizzeri iżda ma baqatx timponi kwoti ta’ impjieg jew ta’ immigrazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE.
F’Settembru 2020, l-Iżvizzera organizzat referendum ieħor dwar proposta biex jintemm il-moviment liberu mal-UE. Kważi 62% tal-votanti rrifjutaw il-proposta, u l-moviment liberu nżamm.
Politiki u fora tat-Tramuntana
L-UE hija involuta b’mod attiv f’għadd ta’ politiki u fora li jiffukaw fuq iż-żoni l-aktar imbiegħda tat-Tramuntana tal-Ewropa, li qed jevolvu b’rata mgħaġġla, u fuq ir-reġjun tal-Artiku kollu kemm hu. Il-kooperazzjoni kollha mar-Russja dwar l-Artiku twaqqfet mill-invażjoni tagħha tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022.
A. Il-politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana
Id-Dimensjoni tat-Tramuntana, li ġiet stabbilita fl-1999 bħala politika komuni għall-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Iżlanda, introduċiet format ġdid għall-kooperazzjoni reġjonali fit-Tramuntana tal-Ewropa. Il-politika wasslet għal sħubijiet u kooperazzjoni fir-reġjuni tal-Baltiku u ta’ Barents, li jkopru prijoritajiet bħat-trasport, l-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza nukleari. Hija tinkludi korp parlamentari – il-Forum Parlamentari tad-Dimensjoni tat-Tramuntana – li l-Parlament Ewropew huwa membru fundatur tiegħu. Ir-Russja ġiet sospiża mid-Dimensjoni tat-Tramuntana fit-8 ta’ Marzu 2022, u l-politika ġiet uffiċjalment mitmuma fl-24 ta’ Settembru 2025.
B. Il-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku
Il-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku tnieda fl-1992 mill-pajjiżi tal-Baħar Baltiku. L-għan inizjali tiegħu kien li jrawwem il-kooperazzjoni u jippromwovi l-istabbiltà fir-reġjun wara t-tmiem tal-Gwerra Bierda u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Illum, l-isforzi tiegħu jiffukaw fuq il-bini ta’ koeżjoni reġjonali biex jiġu żgurati l-paċi u l-prosperità u biex jiġu indirizzati l-ħafna sfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Baħar Baltiku.
Il-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku għandu 11-il membru – id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Iżlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Norveġja, il-Polonja u l-Iżvezja – flimkien mal-UE. Għandu wkoll 10 Stati osservaturi, inklużi l-Ukrajna, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.
Ir-Russja ġiet sospiża mill-organizzazzjoni f’Marzu 2022, wara l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna, u rtirat f’Mejju 2022.
L-Istati Membri kollha tal-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku jipparteċipaw fil-Konferenza Parlamentari tal-Baħar Baltiku, li l-Parlament Ewropew huwa membru tagħha wkoll;
C. Il-kooperazzjoni fir-reġjun ta’ Barents
Ir-reġjun ta’ Barents ikopri t-Tramuntana tan-Norveġja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja u r-reġjuni tal-majjistral tar-Russja. Il-kooperazzjoni titwettaq fil-livell sottostatali permezz tal-Kunsill Reġjonali ta’ Barents, il-Kunsill Ewro-Artiku ta’ Barents li huwa interstatali u li l-UE hija membru tiegħu, kif ukoll permezz ta’ konferenza parlamentari (li l-Parlament Ewropew huwa membru tagħha).
Ir-Russja ġiet sospiża mill-Kunsill Ewro-Artiku ta’ Barents f’Marzu 2022, wara l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna, u rtirat f’Settembru 2023. Il-Finlandja ddikjarat l-intenzjoni tagħha li titlaq mill-organizzazzjoni u ssegwi l-kooperazzjoni reġjonali tagħha mal-Iżvezja u n-Norveġja permezz ta’ mezzi oħra.
D. Il-Kunsill Nordiku u l-Kunsill Nordiku tal-Punent
Il-Parlament Ewropew jinvolvi ruħu ma’ membri parlamentari mill-pajjiżi tal-Kunsill Nordiku – id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżlanda, u r-reġjuni awtonomi ta’ Åland, il-Gżejjer Faeroe u Greenland – permezz ta’ laqgħat interparlamentari bejn l-UE u l-Kunsill Nordiku. L-aħħar laqgħa interparlamentari bejn l-UE u l-Kunsill Nordiku saret fid-19 ta’ April 2023, fi Strażburgu. Apparti dan, delegazzjonijiet mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill Nordiku tal-Punent (magħmul minn membri parlamentari mill-Gżejjer Faeroe, Greenland u l-Iżlanda) jiltaqgħu darba fis-sena, u l-aħħar laqgħa saret fil-15 u s-16 ta’ Settembru 2025, f’Tórshavn, il-Gżejjer Faeroe.
E. Il-politika dwar l-Artiku
Il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna żvelaw l-aħħar politika tal-UE dwar l-Artiku fit-13 ta’ Ottubru 2021. Il-politika tidentifika t-tibdil fil-klima bħala l-aktar theddida komprensiva li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Artiku u tistabbilixxi kif l-UE qed tippjana li tindirizzaha, flimkien ma’ sfidi oħra bħas-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli.
Fis-26 ta’ Novembru 2025, il-Parlament Ewropew adotta rakkomandazzjoni dwar l-istrateġija diplomatika u l-kooperazzjoni ġeopolitika tal-UE fl-Artiku. Fiha, il-Membri tal-PE appellaw lill-pajjiżi tal-UE u lill-alleati tan-NATO biex jaħdmu flimkien bil-għan li jipproteġu r-reġjun tal-Artiku kontra l-militarizzazzjoni Russa u Ċiniża. Huma ħeġġew ukoll lill-UE biex tipproteġi aħjar il-kejbils u l-pipelines sottomarini tagħha u biex tappoġġja l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali fir-rigward tal-pretensjonijiet territorjali u r-rotot tat-tbaħħir.
Il-Parlament Ewropew huwa membru tal-Konferenza tad-Deputati Parlamentari tar-Reġjun Artiku.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew tad-Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (DEEA). Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tad-DEEA.
Algirdas Razauskas