L-istazzjonar tal-ħaddiema
Din l-iskeda informattiva tispjega l-kunċett ta’ ħaddiema stazzjonati – impjegati mibgħuta minn min iħaddimhom biex jaħdmu temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE – u tiddeskrivi kif u għaliex il-prattika tal-istazzjonar tal-ħaddiema hija rregolata skont il-liġi tal-UE. Hija tippreżenta l-liġijiet tal-UE li għandhom l-għan jiżguraw kompetizzjoni ġusta meta s-servizzi jiġu pprovduti bejn il-fruntieri tal-UE filwaqt li jipproteġu wkoll id-drittijiet soċjali tal-ħaddiema stazzjonati. Tikkonkludi billi tenfasizza l-ħidma tal-Parlament Ewropew sabiex issir riforma, biex jitjiebu r-regolamentazzjoni u l-infurzar.
Il-bażi legali
- L-Artikoli 54 u 56 sa 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu l-qafas legali li jippermetti lill-kumpaniji u lill-individwi joffru servizzi fl-Istati Membri tal-UE (pajjiżi tal-UE) għajr tagħhom stess fuq bażi temporanja.
- il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta (spiss imsejħa kundizzjonijiet ekwi) fl-għoti ta’ servizz transfruntier bl-aktar mod mhux ristrett possibbli;
- il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati billi jiġi garantit sett komuni ta’ drittijiet soċjali sabiex jiġi evitat trattament inġust u l-ħolqien ta’ forza tax-xogħol bi prezz baxx.
- Iż-żieda fid-differenza fil-pagi u d-diverġenza tal-ispejjeż tax-xogħol għamluha aktar attraenti għan-negozji li jużaw ħaddiema stazzjonati. B’konsegwenza ta’ dan, bejn l-2010 u l-2014 l-għadd ta’ ħaddiema stazzjonati żdied b’44.4%;
- Ambjent li jwassal għal malprassi, bħar-rotazzjoni tal-istazzjonar (jiġifieri li ripetutament jintbagħtu ħaddiema differenti għal perjodi qosra biex jevitaw ir-regoli tal-istazzjonar fit-tul) jew il-prattiki tal-“kumpaniji fantażmi”, wasslu għal lakuni fid-direttiva li bdiet tiġi sfruttata biex il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u s-sigurtà soċjali tiġi evitata.
- Nuqqas ta’ ċarezza fl-istandards stabbiliti, u dgħufijiet fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejn il-fruntieri, ħolqu problemi għall-korpi tal-infurzar.
- il-korpi responsabbli għall-infurzar tar-regoli fl-Istat Membru ospitanti;
- il-fornitur ta’ servizz meta jiddetermina l-paga dovuta lil ħaddiem stazzjonat;
- il-ħaddiema stazzjonati stess fir-rigward ta’ kemm ikunu konxji tad-drittijiet tagħhom.
- l-istazzjonar fit-tul: l-istazzjonar jista’ jdum sa 12-il xahar, b’estensjoni possibbli ta’ sitt xhur (oriġinarjament il-Kummissjoni kienet ipproponiet 24 xahar). Wara dan il-perjodu, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti.
- ir-remunerazzjoni: ir-regoli kollha tal-pajjiż ospitanti applikabbli għall-ħaddiema lokali japplikaw ukoll għall-ħaddiema stazzjonati kollha mill-ewwel jum, jiġifieri japplika l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-istess xogħol fl-istess post. Ir-reviżjoni tintroduċi regoli aktar ċari għall-allowances, filwaqt li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-ikel u tal-akkomodazzjoni mhumiex deduċibbli mis-salarji tal-ħaddiema. Kif stipulat mid-Direttiva dwar l-Infurzar, l-informazzjoni dwar l-elementi obbligatorji li jikkostitwixxu remunerazzjoni fi Stat Membru trid tkun disponibbli fuq sit web nazzjonali wieħed.
- il-kundizzjonijiet tax-xogħol: l-Istati Membri jistgħu japplikaw ftehimiet kollettivi reġjonali jew speċifiċi għas-settur li huma kbar u rappreżentattivi. Preċedentement dan kien validu biss għal ftehimiet kollettivi applikabbli universalment fis-settur tal-kostruzzjoni. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni fil-pajjiż ospitanti, iridu jiġu applikati r-regoli nazzjonali eżistenti għall-ħaddiema lokali ’l bogħod mid-dar għal raġunijiet ta’ xogħol.
- il-ħaddiema temporanji stazzjonati permezz ta’ aġenzija: id-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema tiżgura trattament ugwali għall-ħaddiema temporanji stazzjonati permezz ta’ aġenzija. L-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-aġenziji nazzjonali tal-impjiegi temporanji japplikaw ukoll għal dawk l-aġenziji transfruntieri li jimpjegaw ħaddiema.
- it-trasport:direttiva tal-2020 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema tat-trasport bit-triq tistabbilixxi regoli speċifiċi għal dak is-settur. Fis-sentenza Dobersberger (C-16/18) tad-19 ta’ Diċembru 2019, il-QĠUE eskludiet lill-ħaddiema li jwettqu servizzi abbord ferroviji internazzjonali mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema.
L-objettivi tal-liġi tal-UE dwar il-ħaddiema stazzjonati
Ħaddiem stazzjonat huwa impjegat li jintbagħat minn min iħaddmu biex joffri servizz fi Stat Membru ieħor tal-UE fuq bażi temporanja. Il-liġi tal-UE dwar il-ħaddiema stazzjonati hija ġeneralment meqjusa bħala tentattiv immirat biex ikunu rregolati u bbilanċjati ż-żewġ prinċipji li ġejjin:
L-iżvilupp tal-liġi tal-UE dwar il-ħaddiema stazzjonati
A. L-istorja tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema
Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-UE hija minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 56). L-UE hija impenjata wkoll li tneħħi l-ostakli għall-moviment transfruntier liberu tas-servizzi fis-suq uniku. Hekk kif l-UE kibret fl-1986, wara l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, il-kwistjoni tal-għoti ta’ servizzi transfruntieri kienet fuq quddiem nett fid-dibattitu tas-suq uniku. Wara paraliżi leġiżlattiva li damet għaxar snin, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) (C-113/89), flimkien mal-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja fl-1995, eventwalment wasslu għall-adozzjoni ta’ direttiva li tirregola s-sitwazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati.
L-ewwel Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema ġiet adottata fis-16 ta’ Diċembru 1996. Din stabbiliet sett ta’ termini minimi “fundamentali” tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (il-perjodi massimi ta’ xogħol, it-tul minimu tal-vaganzi annwali mħallsa, ir-rati minimi ta’ ħlas, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, eċċ.). Għall-bqija tar-relazzjoni ta’ impjieg, baqgħu japplikaw ir-regoli tal-liġi tax-xogħol tal-pajjiż mittenti. Fir-rigward tas-sigurtà soċjali, il-ħaddiema stazzjonati baqgħu assigurati fis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, dment li l-istazzjonar, b’mod ġenerali, dam anqas minn sentejn. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tassazzjoni, id-dritt għat-taxxa fuq l-introjtu baqa’ dak tal-pajjiż mittenti għal 183 jum u għadda għand il-pajjiż riċeventi biss wara li dak il-perjodu kien għadda.
Konsegwentement, id-differenzi fl-ispejjeż tax-xogħol bejn il-ħaddiema lokali u dawk stazzjonati jistgħu jkunu sinifikanti, skont il-livelli tal-pagi, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu.
Fis-snin ta’ wara l-adozzjoni tal-ewwel Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni legali u r-regolamentazzjoni fil-każ partikolari ta’ ħaddiema stazzjonati ġabu magħhom tliet sfidi speċifiċi.
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar il-politika soċjali introdotti fit-Trattati tal-UE mit-Trattat ta’ Liżbona tal-2007, kien hemm dubju dwar jekk id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema tal-1996 pprovdietx strument legali adegwat biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-għoti ta’ servizz transfruntier liberu waqt li fl-istess ħin tingħata bażi adegwata għad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema. F’każijiet li fihom id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema ħalliet l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ standards minimi ta’ impjieg f’idejn l-Istati Membri, huma bbażaw fuq is-sentenzi tal-QĠUE biex jinterpretaw it-terminoloġija fid-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema.
Madankollu, wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, is-sentenzi tal-QĠUE ma pprovdewx iċ-ċarezza legali meħtieġa. Kif il-Kummissjoni osservat ġustament, in-nuqqas ta’ standard ċar iġġenera inċertezza dwar ir-regoli u d-diffikultajiet prattiċi għal tliet partijiet:
Barra minn hekk, permezz tal-erba’ sentenzi tagħha fl-2007/2008 fil-kawżi Viking (C-438/05), Laval (C-341/05), Rüffert (C-346/06) u il-Kummissjoni vs il-Lussemburgu (C-319/06), il-QĠUE bidlet l-istandards tal-impjieg maħsuba oriġinarjament bħala standards minimi fid-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema għal “limitu massimu” ta’ termini u kundizzjonijiet tal-impjieg.
Minn dakinhar, madankollu, il-QĠUE tat żewġ sentenzi b’effett aktar protettiv għall-ħaddiema stazzjonati. Fil-kawża Sähköalojen ammattiliittory (C-396/13), iddeċidiet li l-kategorizzazzjoni tal-ħaddiema fi gruppi ta’ paga differenti li huma vinkolanti b’mod universali u trasparenti fi ftehim kollettiv trid tapplika wkoll għall-ħaddiema stazzjonati. Fil-kawża Regio-Post (C-115/14), il-QĠUE ddeċidiet li l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-offerenti ta’ akkwisti pubbliċi u s-sottokuntratturi tagħhom iħallsu lill-impjegati tagħhom paga minima stabbilita.
B. Ir-riformi biex ir-regoli jsiru aktar effettivi
Fid-dawl tan-nuqqasijiet tad-Direttiva oriġinali dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, il-Kummissjoni nediet riforma fi sforz biex taġġornaha u ssaħħaħ l-infurzar. Dawn ir-riformi qiesu l-aġġornamenti tat-Trattati tal-UE u x-xejra qawwija ’l fuq fl-użu tal-istazzjonar.
Ġew adottati żewġ liġijiet ewlenin: direttiva biex jittejjeb l-infurzar u Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema.
1. Id-Direttiva dwar l-Infurzar
Id-Direttiva dwar l-Infurzar, adottata fl-2014, toħloq qafas legali komuni għall-identifikazzjoni ta’ stazzjonar ġenwin ta’ ħaddiema u tippermetti implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aktar uniformi ta’ standards komuni. Hija tiċċara d-definizzjoni ta’ stazzjonar u tiddefinixxi r-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri biex jikkontrollaw il-konformità mad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, speċjalment f’setturi b’riskju akbar ta’ malprassi, bħall-kostruzzjoni jew it-trasport tal-merkanzija bit-triq. Hija timmira li tikseb kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-istazzjonar, billi ssaħħaħ l-obbligu ta’ rispons għal talbiet għal assistenza u tiffissa l-limiti ta’ żmien biex tingħata tweġiba għal talbiet għal informazzjoni. Il-penali u l-multi amministrattivi imposti fuq il-fornituri ta’ servizz minn Stat Membru wieħed issa jistgħu jiġu infurzati u rkuprati fi Stat Membru ieħor.
Barra minn hekk, id-direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizz stabbiliti fi Stat Membru ieħor jagħmlu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli. Din id-dikjarazzjoni jkun fiha informazzjoni rilevanti dwar l-istazzjonar tagħhom, li mbagħad tiġi vverifikata matul il-kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol.
Fl-2024, il-Kummissjoni pproponiet regolament biex jiġi stabbilit portal uniku għad-dikjarazzjoni diġitali għall-użu volontarju biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi minħabba sistemi nazzjonali diverġenti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE, bħala l-koleġiżlaturi tal-UE, bħalissa qed jikkunsidraw il-proposta.
2. Id-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema
F’Marzu 2016, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tad-Direttiva oriġinali dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti fil-każ ta’ stazzjonar fit-tul, u li jiġu indirizzati kwistjonijiet bħal pagi ugwali, l-applikabbiltà tal-ftehimiet kollettivi u t-trattament tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.
Il-proposta kellha oppożizzjoni konsiderevoli: 11-il kamra parlamentari tal-Istati Membri ppreżentaw opinjoni motivata, u b’hekk taw bidu għal analiżi tas-sussidjarjetà magħrufa bħala l-proċedura tal-karta s-safra. Ħafna mill-opinjonijiet iddeploraw il-fatt li l-proposta kienet se toħloq żvantaġġi kompetittivi għall-ħaddiema tagħhom u li l-Istati Membri kienu se jitilfu d-dritt tagħhom li jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema temporanji stazzjonati permezz ta’ aġenzija kif previst fid-Direttiva tal-2008 dwar Xogħol Temporanju permezz ta’ Aġenzija.
Wara negozjati intensivi bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, il-koleġiżlaturi adottaw id-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema fit-28 ta’ Ġunju 2018. Effettiva mit-30 ta’ Lulju 2020, id-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema taffettwa l-oqsma li ġejjin.
C. Inizjattivi oħra
Fl-2019, il-Kummissjoni stabbiliet l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) biex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema u s-sigurtà soċjali. Fl-2023, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, flimkien mal-Kummissjoni, nediet il-“Programm dwar l-Istazzjonar 360”, qafas għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti bil-ħsieb li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni, tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva u jiżdied l-għarfien tar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.
F’Mejju 2025, ġie ppubblikat l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. Bejn l-2019 u l-2023, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol assistiet lill-Istati Membri f’168 spezzjoni tax-xogħol transfruntiera, u vverifikat is-sitwazzjoni ta’ aktar minn 13,500 ħaddiem f’setturi b’riskju għoli bħat-trasport, il-kostruzzjoni u l-agrikoltura. Sa tmiem l-2026, il-Kummissjoni mistennija tkun ipproponiet leġiżlazzjoni ġdida biex tkompli tespandi l-mandat tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, filwaqt li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-salvagwardja ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, anke bejn il-fruntieri. Din l-inizjattiva hija inkluża fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà Ġusta tal-Ħaddiema li għandu jitnieda mill-Kummissjoni fl-2026.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew kien forza mexxejja fil-leġiżlazzjoni dwar il-libertà tal-moviment tal-persuni u s-servizzi.
Mill-2014, il-Parlament għadda diversi riżoluzzjonijiet li jtennu l-ħtieġa li tittejjeb id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema. Matul in-negozjati dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, il-Parlament speċifikament insista fuq “paga ugwali għal xogħol ugwali” u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ftehimiet reġjonali, speċifiċi għas-settur jew fil-livell tal-industrija. Barra minn hekk, il-Parlament immira li l-Istati Membri jkunu jistgħu, permezz ta’ klawżola ta’ rieżami, jimponu fuq l-impriżi barranin l-istess obbligi nazzjonali fl-eventwalità ta’ sottokuntrattar.
F’Marzu 2021, il-Parlament esprima tħassib dwar in-nuqqas ta’ interpretazzjoni armonizzata tad-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, u appella lill-Kummissjoni biex tassisti direttament lill-Istati Membri matul il-proċess kollu ta’ traspożizzjoni sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE. F’riżoluzzjoni dwar l-impatti tar-regoli tal-UE fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema u tas-servizzi (l-20 ta’ Mejju 2021), il-Parlament ġibed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tal-ħaddiema mobbli, inklużi l-ħaddiema stazzjonati, matul il-pandemija tal-COVID-19 u appella biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet strutturali fl-oqfsa regolatorji tal-UE u dawk nazzjonali. Għal dan il-għan, il-Parlament appella għal implimentazzjoni, infurzar u monitoraġġ imtejba tad-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema u l-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz fejn il-ħaddiema u min iħaddem ikunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi diġitali fir-rigward tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-istazzjonar tal-ħaddiema.
Fl-2016, il-Kummissjoni ressqet proposta għal regolament dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali. Wieħed mill-objettivi tal-proposta kien li jiġu ċċarati r-regoli ta’ kunflitt dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli u r-relazzjoni bejn ir-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u d-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema. In-negozjati dwar il-proposta għadhom għaddejjin.
F’riżoluzzjoni tal-2021 dwar l-introduzzjoni ta’ pass Ewropew tas-sigurtà soċjali għat-titjib tal-infurzar diġitali tad-drittijiet ta’ sigurtà soċjali u ta’ mobbiltà ekwa, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa ta’ strument diġitali madwar l-UE għall-ħaddiema mobbli kollha, inklużi l-ħaddiema stazzjonati. Strument bħal dan jiżgura l-identifikazzjoni effettiva, it-traċċabbiltà, l-aggregazzjoni u l-portabbiltà tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u jtejjeb l-infurzar tar-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fis-suq tax-xogħol b’mod ġust u effettiv.
Fis-6 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni fil-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-proġetti varji li qed jiġu żviluppati fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, inkluż il-proġett tal-pass Ewropew tas-sigurtà soċjali (ESSPASS). Il-proġett ESSPASS jiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni tal-proċess tat-talba u r-riċeviment ta’ dokumenti ta’ intitolament, u verifika f’ħin reali biex l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-ispettorati tax-xogħol, dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa u entitajiet rilevanti oħra jkunu jistgħu jivverifikaw il-validità ta’ dawn id-dokumenti minnufih madwar l-Ewropa.
L-istazzjonar kien inkluż ukoll fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ir-reviżjoni tal-mandat tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (it-18 ta’ Jannar 2024), li fiha talab li l-mandat tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol jiġi estiż biex ikopri l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol għal ċittadini mhux tal-UE, b’enfasi speċjali fuq it-tmiem tal-istazzjonar fittizju u l-impjieg indipendenti fittizju. Aktar reċentement, fit-12 ta’ Frar 2026, il-Parlament għadda riżoluzzjoni dwar l-indirizzar tal-ktajjen tas-sottokuntrattar u r-rwol tal-intermedjarji, sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema, inklużi dawk tal-ħaddiema stazzjonati l-aktar vulnerabbli.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għat-Trasport, l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.
Victor Manuel Martinez Garzon