Il-qafas tal-UE għall-politiki fiskali
Din l-iskeda informattiva tispjega l-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE, inklużi l-bażi legali u l-objettivi tiegħu kif ukoll il-mekkaniżmi ewlenin użati għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u fiskali fl-UE u fiż-żona tal-euro. Hija tispjega kif il-qafas għandu l-għan li jimmonitorja, jipprevjeni u jikkoreġi r-riskji ekonomiċi u fiskali fil-kuntest tal-għan usa’ li jippromwovi l-istabbiltà u t-tkabbir fil-livell ekonomiku fl-UE u fiż-żona tal-euro. Tiddeskrivi wkoll ir-rwol tal-Parlament fl-eżerċitar tas-sorveljanza demokratika fuq l-istituzzjonijiet u l-proċessi involuti fil-governanza ekonomika tal-UE.
Il-bażi legali
- L-Artikoli 3, 119-144, 136, 219 u 282-284 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirregolaw il-qafas ekonomiku u monetarju tal-UE;
- il-Protokoll Nru 12 u l-Protokoll Nru 13 għat-Trattati, li jkopru l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u l-kriterji ta’ konverġenza għall-adeżjoni fiż-żona tal-euro rispettivament.
- isaħħaħ il-prinċipju gwida ta’ finanzi pubbliċi sodi (minqux fl-Artikolu 119(3) tat-TFUE).
- iżżid is-sjieda politika;
- tissimplifika r-regoli;
- tiffaċilita l-investimenti għall-prijoritajiet tal-UE;
- tippromwovi infurzar effettiv;
- tirrikonċilja s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi mat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, b’mod partikolari fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali.
- ir-regolament dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali (ir-Regolament (UE) 2024/1263), li jikkostitwixxi l-parti preventiva;
- ir-regolament dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ir-Regolament (KE) Nru 1467/97), li jikkostitwixxi l-parti korrettiva;
- ir-regolament dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011);
- id-direttiva dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (id-Direttiva 2011/85/UE).
- tiżgura konsistenza mal-aġġustamenti skont il-parti korrettiva;
- tiżgura li d-dejn jonqos b’medja annwali minima ta’ punt perċentwali jekk ikun ogħla minn 90% tal-PDG u b’0.5 punti perċentwali jekk ikun bejn 60% u 90%;
- tiżgura li l-Istati Membri jilħqu livell ta’ defiċit li jipprovdi marġni ta’ reżiljenza komuni ta’ 1.5% tal-PDG permezz ta’ aġġustament annwali minimu ta’ 0.4 punti perċentwali tal-PDG, li jista’ jitnaqqas għal 0.25 punti perċentwali jekk il-perjodu ta’ aġġustament jiġi estiż.
- il-kriterju tad-defiċit: defiċit tal-gvern ġenerali jitqies bħala eċċessiv jekk ikun ogħla mill-valur referenzjarju ta’ 3% tal-PDG fi prezzijiet tas-suq;
- il-kriterju tad-dejn: id-dejn jitqies bħala eċċessiv jekk ikun ogħla minn 60% tal-PDG u l-mira annwali li d-dejn eċċessiv ’il fuq mil-limitu ta’ 60% jitnaqqas b’wieħed minn kull għoxrin ma tkunx intlaħqet matul l-aħħar tliet snin.
- meta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tinfetaħ abbażi tal-kriterju tad-defiċit, il-perkors tan-nefqa netta korrettiva, għas-snin meta d-defiċit ikun mistenni jaqbeż it-3% tal-PDG, għandu jkun konsistenti ma’ aġġustament strutturali annwali minimu ta’ mill-anqas 0.5% tal-PDG bħala parametru referenzjarju;
- meta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tinfetaħ abbażi tal-kriterju tad-dejn, il-perkors tan-nefqa netta korrettiva għandu jkun eżiġenti tal-anqas daqs dak stabbilit skont il-parti preventiva u jikkoreġi d-devjazzjonijiet akkumulati fil-kont ta’ kontroll.
- ir-regolament dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ir-Regolament (UE) Nru 473/2013);
- ir-regolament dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ir-Regolament (UE) Nru 472/2013).
L-objettivi
L-objettiv tal-arkitettura tal-politika fiskali tal-UE huwa li jinbena qafas sod u effettiv għall-koordinazzjoni u għas-sorveljanza tal-politiki fiskali tal-Istati Membri.
Ir-riformi tal-qafas legali li saru bejn l-2011 u l-2013 kienu rispons dirett għall-kriżi tad-dejn sovran, li ssottolinjat il-bżonn ta’ regoli aktar stretti fid-dawl tal-effetti konsegwenzjali ta’ finanzi pubbliċi mhux sostenibbli bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro. Għalhekk, il-qafas rivedut jibbaża fuq l-esperjenzi tal-fallimenti fit-tfassil inizjali tal-Unjoni Monetarja Ewropea u għandu l-għan li:
Ir-riforma tal-qafas legali li saret fl-2024 għandha wkoll l-għan li:
Il-kisbiet
A. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST)
Il-liġi primarja tal-UE tipprovdi l-bażi legali ewlenija għall-PST fl-Artikoli 121 (sorveljanza multilaterali) u 126 (proċedura ta’ defiċit eċċessiv) tat-TFUE u l-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Il-liġi sekondarja tal-UE tistabbilixxi f’aktar dettall kif għandhom jiġu implimentati r-regoli u l-proċeduri previsti fit-TFUE. L-ewwel pakkett dwar il-governanza ekonomika (“Six-Pack”) daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2011; huwa rriforma u emenda r-regoli tal-PST biex jipprovdi l-istrumenti ewlenin għas-sorveljanza tal-politiki fiskali tal-Istati Membri (il-parti preventiva) u għall-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi (il-parti korrettiva). Il-parti preventiva u dik korrettiva komplew jiġu emendati fl-2024.
Fil-forma attwali tiegħu, il-PST jikkonsisti mill-miżuri li ġejjin:
1. Il-parti preventiva tal-PST
L-għan tal-parti preventiva huwa li tiżgura l-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi sodi tal-Istati Membri, u b’hekk tappoġġja l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni rigward tkabbir u impjiegi sostenibbli u inklużivi, abbażi tal-Artikolu 121 tat-TFUE.
Ir-Regolament (UE) 2024/1263 jispeċifika r-regoli li jirregolaw il-kontenut, il-preżentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet fiskali-strutturali speċifiċi għall-pajjiżi fuq terminu medju, filwaqt li jiddeskrivi l-miri tal-infiq għall-Istati Membri fuq perjodu ta’ aġġustament ta’ erba’ jew ħames snin (skont kemm iddum il-leġiżlatura nazzjonali f’kull Stat Membru).
Il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju jiddeskrivu kif il-pajjiżi beħsiebhom jintegraw l-objettivi fiskali, ta’ riforma u ta’ investiment, inklużi l-miżuri li jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi meta jkun meħtieġ, fi pjan olistiku uniku fuq terminu medju. Dawn għandhom jindirizzaw b’mod speċifiku l-prijoritajiet tal-UE fl-oqsma tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, tas-sigurtà tal-enerġija, tad-difiża, u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali. L-impenn għal aktar investimenti u riformi jippermetti wkoll li l-perjodu ta’ aġġustament fiskali jiġi estiż sa seba’ snin.
Fil-bidu tal-proċess ta’ sorveljanza multilaterali, il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-Istati Membri jikkonformawx mal-limiti massimi ta’ Maastricht fuq id-dejn pubbliku (60% tal-PDG) u/jew id-defiċit tal-gvern (3% tal-PDG). L-Istati Membri, f’konformità mal-parametri ta’ Maastricht, jistgħu volontarjament jitolbu informazzjoni teknika mill-Kummissjoni dwar kif iżommu politiki fiskali prudenti. Madankollu, jekk Stat Membru jikser xi wieħed minn dawn il-parametri, il-Kummissjoni tipproponi trajettorja referenzjarja għan-nefqa pubblika sabiex il-proporzjon ipproġettat tad-dejn tal-gvern jitqiegħed jew jinżamm fuq perkors plawżibbli ’l isfel, jew jinżamm f’livelli prudenti taħt is-60% tal-PDG fuq terminu medju.
It-trajettorja referenzjarja tiġi kkalkulata billi titwettaq valutazzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn għal kull Stat Membru u hija msejsa fuq għadd ta’ salvagwardji biex:
It-trajettorja referenzjarja sservi biss bħala mod kif l-Istati Membri u l-Kummissjoni jorjentaw id-diskussjonijiet dwar id-definizzjoni ta’ perkors adegwat tan-nefqa netta matul il-perjodu ta’ aġġustament. Fl-aħħar mill-aħħar, il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju jeħtieġ li jiġu approvati mill-Kunsill. Biex tiġi żgurata l-flessibbiltà, l-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll reviżjoni matul il-varar tal-pjan miftiehem f’każ ta’ ċirkostanzi oġġettivi li jimpedixxu l-implimentazzjoni tiegħu jew meta jinħatar gvern ġdid.
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni timmonitorja biss it-tkabbir tan-nefqa tal-gvern bl-esklużjoni tal-infiq fuq l-imgħax, id-dħul diskrezzjonali, l-infiq fuq programmi tal-Unjoni ffinanzjati mill-UE jew kofinanzjati fil-livell nazzjonali, kif ukoll elementi ċikliċi tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad, miżuri ta’ darba u elementi temporanji oħra. Il-valutazzjoni ta’ dan l-indikatur operazzjonali uniku hija ffaċilitata permezz tal-użu ta’ kont ta’ kontroll biex jiġu rreġistrati devjazzjonijiet mill-perkors tan-nefqa netta u l-użu tar-rapporti annwali pubbliċi tal-Istati Membri.
Il-flessibbiltà hija żgurata wkoll permezz ta’ klawżola liberatorja ġenerali fil-każ ta’ reċessjoni ekonomika severa li taffettwa lill-UE jew liż-żona tal-euro kollha u permezz ta’ klawżola liberatorja nazzjonali, speċifika għal kull Stat Membru, fil-każ ta’ reċessjoni mhux prevista fis-sitwazzjoni makroekonomika ta’ pajjiż. L-attivazzjoni ta’ tali klawżoli tippermetti laxkar temporanju tar-regoli, u dan jiżgura li l-Istati Membri li jiffaċċjaw ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom ikunu jistgħu jiddevjaw mill-perkors miftiehem.
Ir-riforma saħħet id-dimensjoni tal-obbligu ta’ rendikont tal-qafas billi ssodat ir-rwol tal-Parlament, b’mod partikolari permezz ta’ rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni u l-ħolqien ta’ djalogu ekonomiku fil-livell tal-plenarja ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. L-involviment ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti u tal-Bord Fiskali Ewropew fil-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli u fl-għoti ta’ pariri dwar il-pożizzjoni fiskali jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tad-dimensjoni tat-trasparenza.
2. Il-parti korrettiva tal-PST
Il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv
L-għan tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv huwa li tipprevjeni defiċits eċċessivi u tiżgura li dawn jiġu rettifikati malajr, f’konformità mal-Artikolu 126 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 12 tat-Trattati.
F’konformità mal-PST emendat, proċedura ta’ defiċit eċċessiv tiskatta permezz tal-kriterju tad-defiċit jew il-kriterju tad-dejn:
Għadd ta’ dispożizzjonijiet jiċċaraw meta defiċit li jkun ogħla mill-valur referenzjarju msemmi jitqies bħala eċċezzjonali (minħabba avveniment mhux tas-soltu jew reċessjoni ekonomika severa, eċċ.) jew bħala temporanju (meta l-previżjonijiet jindikaw li d-defiċit se jaqa’ taħt il-valur referenzjarju wara t-tmiem tal-avveniment mhux tas-soltu jew tar-reċessjoni).
L-Artikoli 126(3) sa 126(6) tat-TFUE jistabbilixxu l-proċedura biex jiġi vvalutat id-defiċit eċċessiv u jittieħdu d-deċiżjonijiet dwaru. Il-Kummissjoni tħejji rapport jekk Stat Membru ma jikkonformax, jew jekk ikun hemm riskju li ma jikkonformax, ma’ tal-anqas wieħed miż-żewġ kriterji. Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju joħroġ opinjoni dwar dan ir-rapport. Jekk il-Kummissjoni tara li se jkun hemm defiċit eċċessiv (jew il-possibbiltà li dan iseħħ), tindirizza opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat u tinforma lill-Kunsill. Abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jieħu d-deċiżjoni finali dwar jekk jeżistix defiċit eċċessiv (l-Artikolu 126(6) tat-TFUE). Sussegwentement, abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, huwa jadotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat (l-Artikolu 126(7) tat-TFUE) biex jesiġi li tittieħed azzjoni effettiva għat-tnaqqis tad-defiċit, filwaqt li jistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Meta l-Kunsill jistabbilixxi li ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni bħal din, ir-rakkomandazzjoni tiegħu tista’ tiġi ppubblikata (l-Artikolu 126(8) tat-TFUE). Wara nuqqas persistenti ta’ konformità mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill jista’ javża lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu miżuri xierqa fil-limitu ta’ żmien speċifikat (l-Artikolu 126(9) tat-TFUE).
Ir-riforma tal-2024 tal-parti korrettiva kellha l-għan li l-ftuħ ta’ proċedura ta’ defiċit eċċessiv ibbażata fuq id-dejn isir aktar awtomatiku u r-reġim ta’ sanzjonijiet ikun aktar applikabbli.
F’dan ir-rigward, ir-regola preċedenti ta’ tnaqqis tad-dejn ta’ “wieħed minn kull għoxrin” tħassret. Minflok, tingħata aktar importanza lill-valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi, il-livelli ta’ investiment, il-progress fir-riformi strutturali u l-infiq pubbliku fuq il-kapaċitajiet tad-difiża meta tiġi vvalutata l-konformità mal-kriterji tad-dejn u tad-defiċit. Id-devjazzjonijiet mill-perkors tan-nefqa netta jservu biex jiskattaw eskalazzjoni potenzjali għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, filwaqt li l-miżuri li jsaħħu t-tkabbir jistgħu jitqiesu bħala fattur ta’ taffija meta jiġi vvalutat jekk jeżistix defiċit eċċessiv.
Il-parti korrettiva ġiet emendata wkoll biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-parti preventiva l-ġdida. F’dan il-kuntest:
Ir-riforma introduċiet ukoll dispożizzjonijiet biex ittejjeb id-djalogu u l-monitoraġġ mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta’ missjonijiet ta’ sorveljanza regolari u aktar involviment tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali.
Il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tipprevedi wkoll sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità (l-Artikolu 126(11) tat-TFUE). Għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, il-Kunsill jista’ jimponi multa sa 0.05% tal-aħħar stima tal-PDG tas-sena preċedenti għal perjodu ta’ sitt xhur. Din il-multa titħallas kull sitt xhur sakemm il-Kunsill jiddetermina li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa azzjoni effettiva b’rispons għall-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.
Sanzjonijiet addizzjonali għall-Istati Membri taż-żona tal-euro huma previsti fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011. Dawn is-sanzjonijiet jiġu imposti fi stadji differenti tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u jinkludu depożiti bla mgħax ta’ 0.2% tal-PDG u multa ta’ 0.2% tal-PDG tas-sena preċedenti. Ir-regolament jipprevedi wkoll sanzjonijiet f’każijiet ta’ manipulazzjoni statistika. Fil-pakkett ta’ simplifikazzjoni tagħha ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni pproponiet emendi għar-regolament dwar is-sanzjonijiet biex tagħmel l-implimentazzjoni tar-reġim aktar gradwali, f’konformità mar-riforma tal-2024.
B. Il-Patt Fiskali
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Marzu 2012, it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza, li l-komponent fiskali tiegħu huwa l-Patt Fiskali, ġie ffirmat mill-Istati Membri kollha minbarra r-Renju Unit u ċ-Ċekja (il-Kroazja wkoll ma ffirmatx dan it-Trattat, la qabel u lanqas wara l-adeżjoni tagħha mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013). Il-Patt Fiskali jipprevedi li r-regola ta’ baġit bilanċjat (ir-“regola tad-deheb”), b’limitu aktar baxx ta’ defiċit strutturali ta’ 0.5% tal-PDG (jekk id-dejn pubbliku jkun anqas minn 60% tal-PDG, dan il-limitu jiġi stabbilit għal 1% tal-PDG), titnaqqax fil-liġi nazzjonali, preferibbilment fil-livell kostituzzjonali (it-“trażżin tad-dejn”). L-Istati Membri jistgħu jniedu proċedimenti kontra Stati Membri oħra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’każijiet meta din ir-regola ma tkunx ġiet implimentata kif suppost. Dispożizzjonijiet addizzjonali jinkludu, fost l-oħrajn, l-iskattar awtomatiku tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni u regoli infurzati għall-pajjiżi soġġetti għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Barra minn hekk, l-għajnuna finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tingħata biss lill-Istati Membri li jkunu ffirmaw il-Patt Fiskali.
C. Riformi ulterjuri li jsaħħu l-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro
Ir-riformi mill-2011 sal-2013 tal-governanza ekonomika tal-Unjoni u tal-qafas għall-politika fiskali jinkludu, apparti r-regoli riveduti dwar il-PST u t-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza, żewġ regolamenti li l-għan tagħhom huwa li jsaħħu aktar il-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro (“Two-Pack”):
L-elementi ewlenin tal-ewwel regolament jipprevedu skedi taż-żmien baġitarji komuni għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro u regoli dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri mill-Kummissjoni. F’każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PST, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-pjanijiet jiġu riveduti. Barra minn hekk, ir-regolament jipprevedi li l-Istati Membri taż-żona tal-euro li jkunu soġġetti għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv jeħtiġilhom jippreżentaw programm ta’ sħubija ekonomika li jiddeskrivi fid-dettall il-miżuri ta’ politika u r-riformi strutturali meħtieġa biex tiġi żgurata korrezzjoni effettiva u dejjiema tad-defiċit eċċessiv. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta opinjonijiet dwar il-programmi ta’ sħubija ekonomika.
It-tieni regolament jikkonċerna lil Stati Membri li jesperjenzaw diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew ikunu mhedda b’tali diffikultajiet. Huwa jistabbilixxi regoli għat-tisħiħ tas-sorveljanza, l-assistenza finanzjarja u s-sorveljanza ta’ wara l-programm (dment li minimu ta’ 75% tal-assistenza finanzjarja riċevuta ma tkunx tħallset lura).
Iż-żewġ regolamenti huma s-suġġett tal-emendi tekniċi mressqa mill-Kummissjoni fil-pakkett ta’ simplifikazzjoni tagħha. B’mod partikolari, il-proposti għandhom l-għan li jiżguraw il-konsistenza mad-definizzjonijiet il-ġodda stabbiliti fir-riforma tal-2024 u jneħħu r-referenzi għal proċeduri u dokumenti antikwati. Il-pakkett ta’ simplifikazzjoni fih ukoll proposti biex jiġu ċċarati ċerti aspetti tas-sorveljanza msaħħa u biex tiġi ssimplifikata s-sorveljanza ta’ wara l-programm abbażi tar-riskji ta’ ħlas lura.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew jaġixxi bħala koleġiżlatur f’dak li jirrigwarda l-istabbiliment ta’ regoli dettaljati għas-sorveljanza multilaterali (l-Artikolu 121(6) tat-TFUE), u jiġi kkonsultat dwar leġiżlazzjoni sekondarja li timplimenta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (l-Artikolu 126(14) tat-TFUE).
Il-PST jagħti lill-Parlament rwol prominenti fil-qafas tal-politika fiskali attwali permezz tad-Djalogu Ekonomiku, li jippermetti lill-kumitat kompetenti tal-Parlament jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u, meta jkun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Grupp tal-Euro u lil Stat Membru għal skambju ta’ fehmiet dwar l-azzjonijiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-qafas. Skont il-qafas riformat, il-kumitat kompetenti tal-Parlament jista’ jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippreżenta u tiddiskuti bidliet fil-metodoloġija tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn. Skont il-parti preventiva, Djalogu Ekonomiku fil-livell tal-plenarja jippermetti li tissaħħaħ is-sorveljanza tal-presidenti tal-istituzzjonijiet tal-UE (il-Kummissjoni, il-Kunsill u, meta jkun xieraq, il-Kunsill Ewropew u l-Grupp tal-Euro). Il-parti preventiva tinkludi wkoll rappurtar annwali lill-Parlament dwar l-iżviluppi taż-żona tal-euro fis-sorveljanza multilaterali.
Il-Parlament jiġi infurmat ukoll, fuq bażi regolari, dwar l-applikazzjoni tar-regolamenti. Skont il-parti preventiva l-ġdida, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li lill-Parlament tipprovdilu mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni trażmessa lill-Kunsill.
Ir-regoli riveduti jippermettu wkoll lill-Kummissjoni taħtar il-President u l-Membri tal-Bord Fiskali Ewropew, biss wara konsultazzjoni mal-Parlament. Il-Bord Fiskali Ewropew jeħtieġlu jirrapporta wkoll kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mill-Unità tal-Iskrutinju tal-Governanza Ekonomika u l-UEM (EGOV) tal-Parlament Ewropew. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.
Giacomo Loi / Ronny Mazzocchi