Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea
Din l-iskeda informattiva tispjega kif l-UE tippromovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea (KTE), li hija waħda mill-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni. Il-KTE għandha l-għan li ssolvi l-problemi li jinsabu mal-fruntieri, u li tiżviluppa b’mod konġunt il-potenzjal ta’ reġjuni differenti. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jiffinanzja azzjonijiet ta’ kooperazzjoni permezz tal-programmi Interreg tiegħu. L-iskeda informattiva tiddeskrivi l-objettivi ġenerali tal-KTE, kif ukoll l-objettivi speċifiċi tal-perjodu 2021–2027. Tikkonkludi billi tispjega r-rwol tal-Parlament fl-iskrutinju u t-tfassil tal-qafas tal-KTE.
Il-bażi legali
- L-Artikolu 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi l-bażi legali għall-KTE fil-qafas tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;
- Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-appoġġ mill-FEŻR għall-għan tal-KTE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020;
- Ir-Regolament Interreg (ir-Regolament (UE) 2021/1059) jipprovdi r-regoli għall-għan tal-KTE appoġġjat mill-FEŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027.
- jissolvew il-problemi komuni fiż-żoni tal-fruntiera (eż. billi jiġi indirizzat it-tniġġis ambjentali fi xmajjar kondiviżi jew billi tiġi appoġġjata infrastruttura tat-trasport kondiviża);
- tittejjeb il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni fi Stati Membri differenti (eż. għal servizzi konġunti ta’ emerġenza);
- l-għarfien u l-prattiki tajbin jiġu kondiviżi madwar l-Ewropa;
- jiġi appoġġjat żvilupp ibbilanċjat u armonjuż fl-UE.
- il-kooperazzjoni transfruntiera (il-fergħa A ta’ Interreg) tappoġġja l-kooperazzjoni bejn in-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS 3), li tkopri reġjuni minn tal-anqas żewġ Stati Membri differenti li jinsabu direttament fuq il-fruntieri jew li jmissu magħhom. L-għan tagħha huwa li tindirizza sfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri u li tagħmel użu mill-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat fiż-żoni tal-fruntiera, filwaqt li ssaħħaħ ukoll il-proċess ta’ kooperazzjoni għall-finijiet tal-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni;
- il-kooperazzjoni tranżnazzjonali (il-fergħa B tal-Interreg) tippermetti l-kooperazzjoni f’territorji tranżnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, u tinvolvi s-sħab nazzjonali, reġjonali u lokali tal-programm fl-Istati Membri. Madankollu, xi programmi jinkludu pajjiżi mhux tal-UE, bħall-Iżlanda u l-Liechtenstein, pajjiżi sħab tat-Tkabbir u tal-Viċinat u pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE) bl-għan li jinkiseb livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali. Il-kooperazzjoni tranżnazzjonali implimentata mir-reġjuni ultraperiferiċi taqa’ taħt fergħa separata. Il-fergħa B ta’ Interreg tappoġġja firxa wiesgħa ta’ investimenti ta’ proġetti relatati mal-innovazzjoni u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
- il-kooperazzjoni interreġjonali (il-fergħa C ta’ Interreg) taħdem fil-livell pan-Ewropew, u tkopri l-Istati Membri kollha tal-UE u l-istati sħab. Hija tibni networks biex tiġi żviluppata prattika tajba u jiġi ffaċilitat l-iskambju u t-trasferiment tal-esperjenza ta’ reġjuni ta’ suċċess. Din hija għodda biex tissaħħaħ il-koeżjoni u jingħelbu l-isfidi preżenti u futuri;
- il-kooperazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi (il-fergħa D ta’ Interreg) għandha l-objettiv li tippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi u t-territorji ġirien tagħhom bl-aktar mod effiċjenti u sempliċi. Għal dan il-għan, ir-Regolament Interreg joffri l-possibbiltà li l-fondi esterni kif ukoll il-FEŻR jiġu ġestiti fl-ambitu tal-istess sett ta’ regoli. Konsegwentement, taħt il-fergħa D, jistgħu jitnedew sejħiet għal proposti għal finanzjament ikkombinat permezz tal-FEŻR u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, li huwa l-għodda ewlenija tal-UE għas-sħubijiet internazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, id-demokrazija, il-governanza, id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-sigurtà fil-pajjiżi ġirien tal-UE.
- 72.2% (jiġifieri total ta’ EUR 5,812,790,000) għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq l-art u marittima;
- 18.2% (jiġifieri total ta’ EUR 1,466,000,000) għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali;
- 6.1% (jiġifieri total ta’ EUR 490,000,000) għall-kooperazzjoni interreġjonali.
- 3.5% (jiġifieri total ta’ EUR 281,210,000) għall-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi.
- baġit akbar għall-programmi tal-KTE;
- regoli u proċeduri aktar sempliċi;
- appoġġ aktar b’saħħtu għal proġetti żgħar u bejn il-persuni;
- li tingħata aktar attenzjoni lill-kwistjonijiet klimatiċi u soċjali;
- li tingħata attenzjoni speċjali wkoll lill-isfidi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi.
L-objettivi
Il-KTE hija objettiv tal-politika ta’ koeżjoni u hija mfassla biex issolvi problemi li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li jeħtieġu soluzzjoni komuni, u biex tiżviluppa b’mod konġunt il-potenzjal ta’ reġjuni differenti. Bl-għan li:
L-isfond
Il-KTE ilha tagħmel parti mill-politika ta’ koeżjoni mill-1990. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, għall-ewwel darba fl-istorja tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea, ġie adottat regolament speċifiku li jkopri l-azzjonijiet tal-KTE appoġġjati mill-FEŻR. Din il-prattika tkompliet fil-perjodu 2021-2027. L-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni huma appoġġjati mill-FEŻR permezz ta’ tliet komponenti ewlenin: il-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-kooperazzjoni interreġjonali.
Il-perjodu 2021-2027 jimmarka l-iżvilupp kontinwu tal-kooperazzjoni interreġjonali (magħrufa wkoll bħala Interreg). Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi sħab hija msaħħa permezz tal-istrument Interreg għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA), il-programm Interreg NEXT, u permezz tal-integrazzjoni ta’ fergħa ddedikata għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u l-pajjiżi ġirien tagħhom.
Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea fil-perjodu 2021-2027
Fl-2021, l-UE daħlet f’perjodu ta’ programmazzjoni pluriennali ġdid. Ir-regoli għall-KTE fil-perjodu 2021-2027 ġew stabbiliti fir-Regolament Interreg.
L-objettivi primarji għat-trawwim tal-kooperazzjoni territorjali matul dan il-perjodu huma li tissaħħaħ il-governanza kollaborattiva u tiġi żgurata s-sikurezza u s-sigurtà tal-Ewropa. Fil-perjodu 2021-2027, il-KTE tikkonsisti f’erba’ fergħat:
Ir-regolament jistabbilixxi wkoll kooperazzjoni barra mill-UE li tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tat-tkabbir u tal-viċinat u bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u l-ġirien tagħhom. Il-programmi ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE jkopru l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha u jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ tliet politiki tal-UE: il-politika ta’ koeżjoni, il-politika tat-tkabbir (l-espansjoni tal-UE biex tinkludi membri ġodda) u l-politika tal-viċinat. Ir-regolament jinvolvi l-kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent u t-Turkija permezz tal-IPA, jistabbilixxi t-tħejjijiet għal sħubija futura fl-Unjoni u jappoġġja l-proċess ta’ adeżjoni. Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u f’konformità mal-miżuri restrittivi tal-UE, il-Kummissjoni ssospendiet il-kooperazzjoni mar-Russja u mal-Belarussja fl-ambitu tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Interreg NEXT 2021-2027.
Il-baġit tal-KTE
Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, madwar EUR 8 biljun (bil-prezzijiet tal-2018, jiġifieri f’termini tal-valur tal-munita fl-2018) huma allokati għall-KTE. Dawn ir-riżorsi huma allokati kif ġej:
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
A. Ir-rwol tal-Parlament fir-Regolament Interreg
Il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-Regolament Interreg skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan ifisser li l-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim fuq bażi ugwali.
Matul in-negozjati tal-2021–2027, il-Parlament irrakkomanda:
B. Ir-rwol tal-Parlament fir-Regolament BRIDGEforEU
Fl-2018, il-Kummissjoni pproponiet regolament dwar mekkaniżmu transfruntier Ewropew biex jiġu indirizzati ostakli legali u amministrattivi f’kuntesti transfruntiera. Hija pproponiet mekkaniżmu volontarju għall-fruntieri fuq l-art li jmissu mal-UE biex jiffaċilita proġetti konġunti billi jippermetti l-applikazzjoni ta’ liġijiet minn Stati Membri ġirien meta jkun meħtieġ. Filwaqt li l-Parlament adotta l-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ma adottahiex. Minħabba t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri dwar in-natura volontarja tagħha, il-piż amministrattiv, ir-rikonoxximent tal-mekkaniżmi eżistenti u l-implikazzjonijiet tal-liġi kostituzzjonali, il-Kunsill finalment iddeċieda li jwaqqaf il-ħidma tiegħu fuq il-proposta.
Għas-sentejn sussegwenti, il-Kumitat tal-Parlament dwar l-Iżvilupp Reġjonali għamel sforzi kkonċentrati biex jew iressaq lill-Kunsill mal-mejda jew jimmotiva lill-Kummissjoni temenda l-proposta. Finalment, f’Settembru 2023, il-Parlament adotta riżoluzzjoni fejn talab li l-Kummissjoni tressaq proposta emendata biex jintlaħaq bilanċ bejn iż-żewġ koleġiżlaturi. Minħabba x-xejriet reċenti fil-mobbiltà tal-forza tax-xogħol intra-UE u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, soċjali, ekonomiċi u ambjentali, il-Parlament emmen li l-Unjoni għandha tintensifika l-isforzi biex tindirizza l-ostakli transfruntiera. Ir-riżoluzzjoni appellat għal qafas ta’ koordinazzjoni simplifikat biex jitneħħew b’mod effiċjenti l-ostakli legali u amministrattivi, id-duplikazzjoni tax-xogħol u l-piżijiet amministrattivi bla bżonn.
Wara r-riżoluzzjoni tal-Parlament, il-Kummissjoni ppubblikat proposta emendata f’Diċembru 2023. Il-proposta qieset it-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet taż-żewġ koleġiżlaturi filwaqt li żżomm l-enfasi oriġinali tagħha fuq ir-riżoluzzjoni tal-ostakli li jaffettwaw il-komunitajiet transfruntiera. Il-kompromessi ntlaħqu wara negozjati interistituzzjonali. Il-kompromessi rriflettew il-prijoritajiet ewlenin tal-Parlament u introduċew t-titolu l-ġdid tar-regolament, l-Istrument għall-Iżvilupp u t-Tkabbir tar-Reġjuni tal-Fruntiera (BRIDGEforEU). F’Mejju 2025, il-Parlament ivvota biex jadotta r-Regolament BRIDGEforEU (ir-Regolament (UE) 2025/925) fit-tieni qari.
Ir-regolament finali jistabbilixxi qafas biex jiffaċilita l-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ ostakli legali u amministrattivi li jxekklu s-servizzi pubbliċi transfruntiera, l-infrastruttura u l-kooperazzjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-art u tal-baħar. Il-parteċipazzjoni mill-Istati Membri hija volontarja u dawk li jagħżlu li jagħmlu dan jistgħu jistabbilixxu punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera jew jaħtru awtorità kompetenti, b’reġistru uniku fil-livell tal-UE miżmum mill-Kummissjoni.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Agrikoltura u s-Sajd. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.
Kelly Schwarz / JOHANNA CHLÖÉ LYOR TIRINELLI