Il-kontroll baġitarju
Din l-iskeda informattiva tispjega x’inhu l-kontroll baġitarju u għaliex huwa importanti fl-UE. Tintroduċi l-qafas legali li jirregola l-kontroll baġitarju tal-UE u tiddeskrivi kif jiġi eżerċitat il-kontroll baġitarju fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE u f’dak politiku. L-iskeda informattiva tispjega l-proċedura ta’ kwittanza u r-rwol tal-Parlament Ewropew u tippreżenta eżempji reċenti ta’ skrutinju baġitarju u sfidi kontinwi.
Il-bażi legali
Il-kontroll baġitarju huwa bbażat fuq diversi dokumenti legali.
- It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE): l-Artikoli 287, 317-319, 322 u 325 jiddefinixxu l-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, l-awditjar u l-protezzjoni kontra l-frodi.
- Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, magħruf bħala r-Regolament Finanzjarju, jistabbilixxi regoli dettaljati għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-awditjar tal-baġit tal-UE, filwaqt li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u trasparenza.
- Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u jsaħħaħ id-dixxiplina fiskali matul il-proċess baġitarju.
- Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, speċjalment l-Artikoli 101–102, 106, 139, u l-Anness V, jiddeskrivu l-proċessi interni tiegħu għall-iskrutinju baġitarju, il-proċeduri ta’ kwittanza u s-sorveljanza ta’ kwistjonijiet finanzjarji.
- legali,
- korrett,
- irreġistrat kif suppost, u
- ġestit b’mod effiċjenti, effettiv u ekonomiku.
- dikjarazzjoni li tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom (magħrufa bħala DAS);
- rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali, inklużi l-baġits tal-istituzzjonijiet u l-korpi speċjalizzati kollha;
- rapporti speċifiċi dwar l-aġenziji u l-korpi tal-UE;
- rapporti speċjali dwar il-prestazzjoni u l-konformità;
- rieżamijiet dwar oqsma ta’ politika jew kwistjonijiet emerġenti.
- jirrieżamina l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, iggwidat mir-rapport annwali tal-QEA u minn prodotti oħra;
- iħejji deċiżjonijiet ta’ kwittanza;
- jagħlaq, jippreżenta u jawditja l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ tal-UE, tal-istituzzjonijiet tagħha u ta’ kwalunkwe korp iffinanzjat minnha;
- jeżamina l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment;
- jivvaluta jekk il-finanzjament tal-UE kienx kosteffettiv fl-implimentazzjoni tal-politika;
- jadotta miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet finanzjarji u għall-prosekuzzjoni tat-trasgressuri; isegwi l-każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet;
- jikkomunika mal-QEA, mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u mal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;
- huwa involut fl-approvazzjoni tal-ħatriet għall-QEA u għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.
- ir-rapporti annwali tal-attività mid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE;
- ir-rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni;
- rapport ta’ evalwazzjoni ffukat fuq l-eżiti tal-programmi tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 318 tat-TFUE;
- ir-rapport annwali tal-QEA;
- tweġibiet mill-istituzzjonijiet għall-mistoqsijiet tal-Parlament Ewropew, f’konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.
- Mill-1958 sal-1970, il-Parlament Ewropew kien jiġi infurmat biss bid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza meħuda mill-Kunsill tal-UE.
- Fl-1971, kiseb setgħa ta’ kwittanza ugwali mal-Kunsill.
- Mill-1977, huwa waħdu jagħti l-kwittanza wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
- Il-PE jorganizza wkoll seduti ta’ smigħ għall-Kummissarji nnominati, u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu jorganizza seduti ta’ smigħ għall-membri nnominati tal-QEA u għall-kandidati għall-kariga ta’ Direttur Ġenerali u għal karigi fil-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Dawn il-karigi ma jistgħux jimtlew qabel ma jkunu saru s-seduti ta’ smigħ.
- ir-rekwiżiti ta’ kontroll tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (fondi għall-irkupru mill-COVID-19) u l-ħtieġa li s-sorveljanza b’saħħitha tiġi bbilanċjata bi proċeduri simplifikati, speċjalment għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju;
- ir-rati ta’ żball għoljin għall-programmi ta’ nfiq (speċjalment programmi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-UE);
- l-akkwist pubbliku u t-trasparenza, inkluża l-ħtieġa għal informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-fondi, u l-aċċess għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-finanzjament tal-UE;
- l-etika u l-integrità fir-rigward tal-baġit proprju tal-Parlament Ewropew.
L-objettivi
L-għan tal-kontroll baġitarju huwa li jiżgura li l-infiq kollu tal-UE jkun:
X’inhu l-kontroll baġitarju?
Il-kontroll baġitarju fl-Unjoni Ewropea jiżgura li l-flus mill-baġit tal-UE jinġabru u jintefqu b’mod legali, effiċjenti u effettiv.
L-ewwel verifiki spiss iseħħu fil-livell nazzjonali, fejn l-Istati Membri jimmonitorjaw kif jinġabru u jintefqu l-fondi. Fil-livell tal-UE, kull istituzzjoni tivverifika l-infiq tagħha stess internament, filwaqt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tagħmel verifika indipendenti u esterna. Il-QEA tirrieżamina jekk l-infiq tal-UE huwiex legali u jekk jissodisfax l-għanijiet tagħha, imbagħad tirrapporta s-sejbiet tagħha kull sena. Il-Parlament Ewropew imbagħad jivvaluta jekk il-baġit ikunx ġie implimentat b’mod korrett u f’konformità mar-regoli.
Dawn il-verifiki jistgħu jgħinu wkoll fil-prevenzjoni tal-frodi u jiżguraw li l-finanzjament tal-UE jwassal għal benefiċċji reali għaċ-ċittadini.
Kif jaħdem il-kontroll baġitarju?
A. Il-kontroll fil-livell nazzjonali
L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri jwettqu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-ewwel verifiki fuq kif il-fondi jinġabru u jintefqu. Għaldaqstant, huma responsabbli għal xi aspetti tal-kontroll baġitarju, speċjalment għar-riżorsi proprji tradizzjonali bħad-dazji doganali, li jiġbru u jivverifikaw f’isem l-UE. Għandhom ukoll rwol prominenti fl-identifikazzjoni u fl-indirizzar tal-frodi u irregolaritajiet oħra li jinvolvu l-baġit tal-UE.
L-Istati Membri jwettqu wkoll l-ewwel awditu tal-infiq taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri, il-fondi li għalihom il-Kummissjoni Ewropea tiddelega kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri. Dawn jinkludu fondi bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew (flimkien magħrufa bħala l-Fondi Strutturali), kif ukoll il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
B. Il-kontroll fil-livell tal-UE
Fil-livell tal-UE, hemm tliet tipi ta’ kontroll: il-kontroll intern, il-kontroll estern u l-kontroll fil-livell politiku, jew is-sorveljanza politika.
1. Il-kontroll intern
Kull istituzzjoni tal-UE timmonitorja l-baġit tagħha stess. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, il-kontabilisti u l-awdituri interni jwettqu kontrolli biex jiżguraw li l-fondi jiġu ttrattati b’mod korrett u f’konformità mar-regoli.
2. Il-kontroll estern
Il-QEA, appoġġjata minn istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar, tawditja l-kontijiet u l-infiq tal-UE u tippreżenta rapporti dettaljati kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-UE (li flimkien jiffurmaw l-awtorità baġitarja tal-UE), f’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE. Il-ħidma tal-QEA tinkludi:
Sal-2021, il-QEA ppubblikat ukoll rapport annwali dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-baġit. Tirrapporta wkoll dwar l-attivitajiet ta’ teħid u ta’ għoti b’self u dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, li issa huwa integrat fil-pjan ta’ nfiq fit-tul tal-UE, il-qafas finanzjarju pluriennali.
3. Is-sorveljanza politika
Il-Parlament Ewropew jivverifika kif ġie implimentat il-baġit, b’mod partikolari permezz tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu, li:
Il-proċedura ta’ kwittanza
It-TFUE jirreferi biss għall-kwittanza għall-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, il-Parlament Ewropew jagħti wkoll kwittanza separata lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-aġenziji l-oħra.
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew jirrieżamina l-implimentazzjoni tal-baġit minn sentejn qabel (sena t-2). Jeżamina:
Dan l-iskrutinju parlamentari jiżgura l-legalità, il-konformità regolatorja u l-ġestjoni finanzjarja tajba. Abbażi ta’ dan, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit iħejji r-rakkomandazzjoni tiegħu biex jagħti jew jirrifjuta l-kwittanza. Il-Parlament Ewropew imbagħad jivvota fuq id-deċiżjoni ta’ kwittanza, fil-forma ta’ riżoluzzjoni li tinkludi osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.
Jekk ikun sodisfatt, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jipproponi li jagħti l-kwittanza, f’konformità mal-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju. Il-kwittanza mbagħad tingħata, normalment sa nofs Mejju, jekk maġġoranza tal-Membri tal-Parlament Ewropew tivvota favur il-proposta. Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll jipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza tiegħu għal Ottubru jekk ma jkunx sodisfatt b’aspetti tal-ġestjoni tal-baġit.
Jekk il-kwittanza tiġi rrifjutata jew posposta, il-Parlament Ewropew jinforma lill-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji kkonċernati bir-raġunijiet. Imbagħad jeħtiġilhom jindirizzaw minnufih l-ostakli għall-kwittanza (kif meħtieġ mill-Artikolu 319(3) tat-TFUE u l-Artikolu 268 tar-Regolament Finanzjarju). Fir-rigward tal-kwittanza għall-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-miżuri li jkunu ħadu b’reazzjoni għall-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u l-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha tqis dawk il-miżuri fir-rapport ta’ segwitu tagħha.
Ladarba jitneħħew l-ostakli għall-kwittanza, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit joħroġ rapport ġdid bi proposta, fi żmien sitt xhur, biex tingħata jew tiġi rrifjutata l-kwittanza.
Rifjut għall-għoti tal-kwittanza jista’ jibgħat messaġġ qawwi. Fl-1998, il-Parlament Ewropew ivvota biex tiġi rrifjutata l-kwittanza u ġie stabbilit grupp ta’ esperti indipendenti biex jinvestiga akkużi ta’ frodi, ġestjoni ħażina u nepotiżmu fil-Kummissjoni Ewropea. Is-sejbiet tal-grupp ta’ esperti wasslu għar-riżenja tal-Kummissjoni Ewropea kollha fl-1999.
Il-Parlament Ewropew ilu mill-2009 jirrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-UE minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
A. L-iżvilupp tas-setgħat
Is-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-kontroll baġitarju kibru matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin.
B. Il-proċeduri ta’ kwittanza reċenti
1. Il-Frontex (l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta)
Fl-2021, il-Parlament Ewropew ippospona l-kwittanza tal-baġit tal-Frontex minħabba nuqqasijiet fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja. Huwa ta l-kwittanza aktar tard dik is-sena iżda żamm EUR 90 miljun sakemm ġew issodisfati kundizzjonijiet speċifiċi. Fl-2022, reġa’ ppospona d-deċiżjoni ta’ kwittanza, filwaqt li semma tħassib mhux solvut, inklużi s-sejbiet negattivi ta’ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi dwar il-fastidju, l-imġiba ħażina u l-pushbacks tal-migranti. Il-kwittanza ngħatat għall-2022 ladarba t-titjib kien ġie kkonfermat.
2. Oqsma oħra ta’ interess
Il-proċeduri ta’ kwittanza reċenti enfasizzaw it-tħassib dwar:
Bħala riżultat ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, f’April 2025, il-kwittanza lill-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA) ġiet posposta. Għalkemm għad hemm xi tħassib, f’Ottubru 2025, il-Parlament Ewropew ta kwittanza lill-EUAA wara li l-Aġenzija kienet għamlet xi bidliet (pereżempju, temmet il-prattika tal-ħatra ta’ maniġers interim u bidlet il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-persunal). Madankollu, id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza futuri jistgħu jsiru bil-kundizzjoni li l-EUAA tlesti aktar riformi.
Il-proċess ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2024 għadu għaddej: f’Marzu 2026, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew adotta rapport li jirrakkomanda li l-Parlament jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, lill-aġenziji tal-UE u lil istituzzjonijiet oħra. Madankollu, il-kumitat indika wkoll ftit oqsma ta’ tħassib, inkluż rigress fl-istat tad-dritt f’xi Stati Membri, dubji dwar jekk rati ta’ żball aktar baxxi jfissrux neċessarjament ġestjoni finanzjarja aħjar, nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-infiq taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-UE (il-fond tal-UE għall-irkupru wara l-pandemija), u tħassib dwar l-istima eċċessiva mill-Kummissjoni tal-infiq fuq il-klima – kwistjoni indikata wkoll mill-QEA.
C. Is-sorveljanza u l-kooperazzjoni kontinwi
L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji jeħtiġilhom isegwu l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li l-Parlament Ewropew jagħmel fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tiegħu.
Il-kumitati speċjalizzati tal-Parlament Ewropew jaħdmu biex jiżguraw li l-fondi tal-UE jintefqu b’mod effiċjenti u fl-aħjar interess tal-kontribwenti tal-UE.
Isir djalogu bejn il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew u l-kontroparti tiegħu fil-parlamenti nazzjonali, kif ukoll mal-uffiċċji nazzjonali tal-awditjar u l-aġenziji doganali.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mill-Unità tal-Appoġġ Baġitarju tal-Parlament Ewropew: Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.
Diána Haase