Dwarna

Merħba bik fil-Kumitat AGRI!

© European Union, 2024

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI) huwa attur ewlieni fit-tfassil tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), kif ukoll tal-politiki tal-Unjoni fl-iżvilupp rurali, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il-forestrija u l-agroforestrija. Parti ċentrali tal-ħidma tiegħu hija t-tħejjija ta’ rapporti dwar proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni li jaqgħu taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja bejn il-Parlament u l-Kunsill, għal adozzjoni aktar tard fil-plenarja.

L-agrikoltura hija fost il-prijoritajiet ċentrali tal-UE għall-ħames snin li ġejjin, kif stabbilit fl-aġenda strateġika adottata fil-Kunsill Ewropew tas-27 ta' Ġunju 2024. L-Unjoni se tippromwovi "settur agrikolu kompetittiv, sostenibbli u reżiljenti" li jkompli jiżgura s-sigurtà tal-ikel. Il-Kumitat AGRI tagħna se jżomm ir-rwol ewlieni tiegħu f'din il-missjoni, li tinkludi l-appoġġ kontinwu għall-komunitajiet rurali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel.

Is-sit web tagħna jagħti informazzjoni estensiva, bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE, biex tkun tista' ssegwi l-ħidma tagħna: l-aġendi tal-laqgħat, ix-xandir dirett tal-laqgħat tagħna, ir-rapporti u l-emendi, il-profili tal-Membri tal-PE u d-dettalji ta' kuntatt. Nixtiqulek żjara pjaċevoli!

Veronika Vrecionová

Il-President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Brussels

Links