Il-Qorti tal-Awdituri
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hija responsabbli li tawditja l-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE, tikkontribwixxi billi ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-UE.
Il-bażi legali
- L-Artikoli 285 sa 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
- Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ara b’mod partikolari t-Titolu XIV dwar l-awditjar estern u l-kwittanza).
- ikunu parti jew kienu jagħmlu parti minn korpi esterni tal-awditjar fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, jew ikunu kwalifikati b’mod speċjali għal din il-kariga;
- juru li ma hemm l-ebda dubju rigward l-indipendenza tagħhom.
- Kull Stat Membru tal-UE jirrakkomanda kandidat għas-sede tiegħu stess. Il-Kunsill tal-UE mbagħad jaħtarhom formalment bħala membri tal-QEA, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.
- ma jistgħu jfittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mingħand ebda sors estern;
- jeħtiġilhom jastjenu minn kwalunkwe azzjoni li tkun inkompatibbli ma’ dmirijiethom;
- ma jistgħu jinvolvu ruħhom fl-ebda attività professjonali oħra, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk le;
- Jekk jiksru dawn il-kundizzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tista’ tneħħihom mill-kariga.
- kamra I: użu sostenibbli tar-riżorsi naturali;
- kamra II: investiment għall-koeżjoni, għat-tkabbir u għall-inklużjoni;
- kamra III: azzjoni esterna, sigurtà u ġustizzja;
- kamra IV: regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva;
- kamra V: finanzjament u amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
- li tadotta rapporti speċjali, rapporti annwali speċifiċi u opinjonijiet;
- li tħejji abbozzi ta’ osservazzjonijiet għar-rapporti annwali dwar il-baġit ġenerali tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u abbozzi ta’ opinjonijiet għall-adozzjoni mill-QEA kollha kemm hi.
- l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea (awditu finanzjarju);
- il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (awditu tal-konformità); kif ukoll
- kemm tkun tajba l-ġestjoni finanzjarja (awditu tal-prestazzjoni).
- istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE;
- kwalunkwe korp li jiġġestixxi d-dħul jew in-nefqa f’isem l-UE;
- kwalunkwe persuna fiżika jew legali li tirċievi pagamenti mill-baġit tal-UE.
- rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluża d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, b’enfasi fuq il-konformità u r-regolarità (sal-15 ta’ Novembru, jew qabel); mill-2022, l-aspetti tal-prestazzjoni reġgħu qed jiġu ttrattati fil-qafas tar-rapporti annwali u fir-rapporti speċjali (b’kuntrast mas-snin 2019-2021, meta kien hemm rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE);
- rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji, il-korpi deċentralizzati u l-impriżi konġunti tal-UE;
- rapporti speċjali dwar suġġetti ta’ interess, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u nfiq speċifiku jew oqsma ta’ politika;
- rieżamijiet li jkopru politiki u suġġetti ta’ ġestjoni minn perspettiva wiesgħa, jippreżentaw analiżi ta’ oqsma jew kwistjonijiet li għadhom mhumiex awditjati jew jistabbilixxu bażi fattwali dwar ċerti suġġetti.
- jadotta regolamenti finanzjarji li jispeċifikaw il-proċedura għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u għall-awditjar tal-kontijiet;
- jiddetermina l-metodi u l-proċedura li bihom ir-riżorsi proprji tal-UE jsiru disponibbli għall-Kummissjoni;
- jistipula regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-kontrolluri finanzjarji, tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjali tal-kontabbiltà; jew
- jadotta miżuri kontra l-frodi.
- 12 mit-395 stadju importanti u mira eżaminati kienu affettwati minn sejbiet b’impatt finanzjarju ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità;
- sitt stadji importanti f’ħames pagamenti ma kinux intlaħqu b’mod sodisfaċenti;
- l-istadji importanti jew il-miri ġew definiti b’mod vag f’erba’ każijiet;
- kien hemm każ wieħed ta’ finanzjament doppju mill-RRF u minn fondi oħra tal-UE, u mira waħda kienet treġġgħet lura;
- ċerti proġetti kienu bdew qabel il-bidu tal-perjodu ta’ eliġibbiltà fi Frar 2020;
- xi Stati Membri ma kinux qed jimplimentaw minnufih il-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar miftuħa tal-Kummissjoni relatati ma’ sejbiet kritiċi u importanti ħafna;
- il-fondi tal-RRF mhumiex traċċabbli b’mod sistematiku fl-Istati Membri kollha.
- testendi l-kopertura tal-kontrolli mwettqa matul il-valutazzjonijiet preliminari;
- tindirizza d-dewmien mill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-Kummissjoni.
-
Il-parti 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati ta’ 28 rapport speċjali tal-QEA fl-2024 f’ħames oqsma strateġiċi, jiġifieri:
- ir-reazzjoni tal-UE għall-irkupru wara l-kriżi;
- il-kompetittività ekonomika tal-UE;
- ir-reżiljenza għat-theddid lis-sigurtà tal-UE;
- it-tibdil fil-klima, l-ambjent u r-riżorsi naturali;
- u l-politiki fiskali u l-finanzi pubbliċi.
- Il-parti 2 tagħti aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-programmi fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali, b’enfasi fuq l-intestatura 1 “Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali” u l-programmi li ttieħdu kampjun minnhom li ġejjin: Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), il-Programm Spazjali tal-UE, u InvestEU.
L-istruttura
A. Il-Membri
1. L-għadd ta’ Membri
Il-QEA għandha membru wieħed għal kull Stat Membru tal-UE (it-Trattat ta’ Nizza fformalizza dik li kienet il-proċedura rikonoxxuta), għalhekk fil-prinċipju hemm 27 membru.
2. Ir-rekwiżiti
Il-membri jeħtiġilhom:
3. Il-proċedura tal-ħatra
4. Il-mandat
Il-Membri jservu għal mandat ta’ sitt snin, li jista’ jiġġedded.
5. L-istatus
Il-Membri jgawdu l-istess privileġġi u immunitajiet bħall-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
6. Id-dmirijiet
Il-Membri jeħtiġilhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom. Dan ifisser li:
B. L-organizzazzjoni
Il-membri tal-QEA jaħtru president minn fost il-membri tagħhom għal mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded.
Il-QEA torganizza ruħha f’ħamest ikmamar, u kull kamra għandha responsabbiltà għal oqsma speċifiċi ta’ nefqa u dħul:
Kull kamra għandha żewġ kompiti ewlenin:
Il-QEA għandha madwar 900 membru tal-persunal u hija bbażata fil-Lussemburgu.
Is-setgħat
A. L-awditi tal-QEA
1. Il-qasam ta’ responsabbiltà
Il-mandat tal-QEA jkopri l-eżami tal-kontijiet ta’ kwalunkwe dħul jew nefqa tal-Unjoni Ewropea jew ta’ kwalunkwe korp tal-UE. Twettaq l-awditi tagħha sabiex tikseb aċċertament raġonevoli rigward:
2. Il-metodi tal-awditjar
L-awditjar tal-QEA huwa kontinwu; jista’ jitwettaq qabel ma jingħalqu l-kontijiet għas-sena finanzjarja inkwistjoni. Dan ikun ibbażat fuq rekords u jista’ jitwettaq fil-bini ta’:
Fl-Istati Membri, l-awditu jitwettaq f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali. Dawk awditjati jintalbu jipprovdu lill-Qorti bi kwalunkwe dokument jew informazzjoni li jidhrilha li jkunu meħtieġa għall-finijiet tagħha.
Il-QEA m’għandhiex setgħat investigattivi. Għalhekk, din tirrapporta każijiet possibbli ta’ frodi u ta’ korruzzjoni lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u/jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li mbagħad jittrattaw il-każijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
3. Ir-rapporti tal-awditjar
Wara l-awditi tagħha, il-QEA tippubblika:
B. Is-setgħat konsultattivi
F’konformità mal-Artikolu 287(4) tat-TFUE, istituzzjonijiet oħrajn jistgħu jitolbu lill-QEA tagħti l-opinjoni tagħha meta jaħsbu li jkun hemm bżonn. L-opinjoni tal-QEA hija obbligatorja meta l-Kunsill:
L-opinjonijiet tal-QEA huma ta’ natura konsultattiva u mhumiex legalment vinkolanti.
<a href="https://www.eca.europa.eu/mt/publications?ref=AR-2024">Ir-rapport annwali tal-QEA għall-2024</a>
A. L-implimentazzjoni tal-baġit regolari tal-UE
Ir-rata ġenerali ta’ żball tan-nefqa żdiedet minn 3.0% fl-2021 għal 4.2% fl-2022 u għal 5.6% fl-2023, imbagħad waqgħet għal 3.6% fl-2024. Mill-infiq awditjat, 68.9% kien nefqa b’riskju għoli, jiġifieri prinċipalment pagamenti bbażati fuq rimborż, li għalihom japplikaw regoli u kriterji ta’ eliġibbiltà kumplessi. Dan it-tip ta’ pagament spiss isir fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni u tal-programmi tal-iżvilupp rurali, li huma amministrati fl-ambitu ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Ir-rata ta’ żball għal dan it-tip ta’ pagament hija stmata għal 5.2% (meta mqabbla ma’ 7.9% fl-2023, 6% fl-2022 u 4.7% fl-2021), li hija ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità u ġiet ikklassifikata bħala “pervażiva”. Għaldaqstant, għas-sitt sena konsekuttiva, il-Qorti ħarġet opinjoni negattiva dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-baġit (aktar milli opinjoni kwalifikata, kif kien il-każ għas-snin 2016-2018), u enfasizzat l-eliġibbiltà u l-iżbalji fl-għoti ta’ kuntratti bħala l-akbar kontributuri għal-livell ta’ żball stmat.
B. L-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Minbarra l-awditjar tagħha tal-infiq taħt il-baġit regolari tal-UE, il-QEA timmonitorja kif tiġi implimentata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u tivvaluta jekk il-pagamenti humiex marbuta mal-kisba tal-istadji importanti u l-miri miftiehma. Ir-rwol tal-QEA huwa li tiżgura li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni tal-RRF tagħti riżultati b’mod effettiv u li l-fondi tal-UE jintużaw kif suppost u b’mod trasparenti. Għal dan l-għan, il-QEA tipproduċi sensiela ta’ rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Il-Qorti awditjat 222 stadju importanti u 173 mira inklużi fit-28 pagament ta’ għotja li saru fl-2024, u dawn jammontaw għal EUR 59.9 biljun, biex tivvaluta jekk jikkonformawx mal-kundizzjonijiet ta’ pagament u ta’ eliġibbiltà. Barra minn hekk, il-QEA ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-RRF. Issemmew l-elementi kwalitattivi u kwantitattivi li ġejjin:
Il-QEA ħarġet żewġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni:
C. Il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE
Fl-2022, il-QEA waqqfet ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni u inkorporat l-aspetti tal-prestazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit fil-Kapitolu 3 tar-rapport annwali tagħha. Dan il-kapitolu jikkonsisti minn żewġ partijiet ewlenin.
Wara s-sommarju tal-messaġġi ewlenin għal kull qasam, ir-rapport annwali jagħti eżempji ta’ azzjonijiet li ħadet il-Kummissjoni b’reazzjoni għar-rapporti speċjali u jiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Qorti tal-Awdituri ġiet stabbilita fl-1977 fuq inizjattiva tal-Parlament. Saret istituzzjoni tal-UE fl-1993. Minn dakinhar ’l hawn, għenet lill-Parlament u lill-Kunsill jeżerċitaw ir-rwol tagħhom li jiskrutinizzaw l-implimentazzjoni tal-baġit. Ir-rapporti annwali u r-rapporti speċjali tal-QEA jservu bħala l-bażi tad-deċiżjoni annwali tal-Parlament għall-kwittanza.
Il-Membri tal-QEA huma mistiedna jippreżentaw ir-rapporti tagħhom fil-laqgħat tal-kumitati u jwieġbu għall-mistoqsijiet imqajma mill-Membri tal-PE – primarjament fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-Parlament, iżda anki f’laqgħat konġunti tal-Kumitat CONT ma’ kumitat speċjalizzat wieħed jew aktar, jew, xi drabi, f’każijiet ta’ interess limitat għall-Kumitat CONT, f’kumitat speċjalizzat biss. Kull sena, il-QEA u l-Kumitat CONT ikollhom laqgħat biex jiddiskutu l-prijoritajiet, kif ukoll il-programm ta’ ħidma annwali tal-QEA, arranġamenti dettaljati għall-kooperazzjoni, eċċ. Darba fis-sena, il-President tal-QEA jattendi laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament biex jippreżenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-QEA u jistieden lill-kumitati kollha jippreżentaw is-suġġerimenti tagħhom għall-eżerċizzju ta’ programmazzjoni li jmiss. Il-Parlament jagħmel ukoll suġġerimenti dwar dawn il-kwistjonijiet fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu dwar il-kwittanza tal-Qorti tal-Awdituri.
Il-Parlament għandu wkoll rwol fil-ħatra tal-membri tal-QEA. Il-Kumitat CONT jorganizza seduti ta’ smigħ tal-membri nnominati tal-QEA, jivvota dwar in-nomina tagħhom u joħroġ rakkomandazzjoni lill-plenarja, li mbagħad tivvota dwar il-ħatra tagħhom fi żmien xahrejn (fil-prattika, xi drabi fi tliet xhur) minn meta jirċievi n-nomina.
Barra minn hekk, l-għarfien espert tal-QEA jgħin lill-Membri tal-PE jabbozzaw leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.
Vera Milicevic