Il-Fond ta’ Solidarjetà
Din l-iskeda informattiva tispjega l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-istrument ewlieni tal-UE biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri jew lill-pajjiżi tal-adeżjoni f’każ ta’ diżastru naturali kbir. Tiddeskrivi l-objettivi u l-baġit tal-fond u kif jiġi implimentat. Tikkonkludi billi tagħti ħarsa ġenerali tar-rwol tal-Parlament Ewropew biex jitfassal u jissaħħaħ l-istrument.
Il-bażi legali
- L-Artikolu 175(3) u l-Artikolu 212(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprovdu l-bażi legali għall-miżuri ta’ solidarjetà tal-UE.
- Ir-Regolament tal-2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002).
- Ir-Regolament tal-2014 li jemenda l-Fond ta’ Solidarjetà (ir-Regolament (UE) Nru 661/2014, li aġġorna r-Regolament Nru 2012/2002). Dan jissimplifika r-regoli, itejjeb il-ħin tar-rispons tal-Fond, jiċċara l-kriterji ta’ eliġibbiltà u jqiegħed enfasi ġdida fuq il-prevenzjoni tad-diżastri u l-ġestjoni tar-riskju.
- Ir-Regolament tal-2020 li jestendi l-Fond ta’ Solidarjetà għal emerġenzi tas-saħħa pubblika (ir-Regolament (UE) 2020/461), b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19.
- ir-restawr immedjat tal-funzjonament tal-infrastruttura u l-faċilitajiet li jipprovdu l-enerġija, l-ilma tax-xorb, it-tneħħija ta’ ilma mormi, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni;
- il-forniment ta’ akkomodazzjoni temporanja u l-finanzjament ta’ servizzi ta’ salvataġġ, bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni milquta;
- il-konsolidazzjoni immedjata tal-infrastruttura preventiva u l-ħarsien tas-siti ta’ wirt kulturali;
- it-tindif taż-żoni milquta mid-diżastru, inklużi ż-żoni naturali; kif ukoll
- l-assistenza rapida, inkluża dik medika, lill-popolazzjoni milquta minn emerġenza kbira tas-saħħa pubblika u l-ħarsien tal-popolazzjoni li tinsab f’riskju.
- il-pajjiż milqut jeħtieġlu japplika fi żmien 12-il ġimgħa minn meta jsir id-diżastru.
- il-Kummissjoni mbagħad tivvaluta l-applikazzjoni u tipproponi ammont ta’ għajnuna finanzjarja.
- il-proċedura biex tiġi allokata għotja ta’ flus, segwita minn proċedura baġitarja (approvata mill-Parlament u mill-Kunsill), tista’ tieħu għadd ta’ xhur.
- ladarba l-allokazzjonijiet tal-baġit ikunu saru disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi ftehim mal-Istat benefiċjarju u tipprovdi għotja ta’ flus.
- L-għotja ta’ flus trid tintefaq fi żmien 18-il xahar mid-data li fiha tkun ġiet allokata.
- Kwalunkwe parti mhux użata tal-għotja ta’ flus trid titħallas lura.
-
Sitt xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 18-il xahar irid jiġi ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dan id-dokument ikun fih:
- dettalji dwar in-nefqa eliġibbli mill-Fond u dwar kull finanzjament ieħor li jkun ġie riċevut, inkluż is-saldi ta’ assigurazzjoni u l-kumpens miksub minn partijiet terzi.
- dettalji tal-miżuri preventivi meħuda jew proposti, inklużi l-użu ta’ Fondi Strutturali u ta’ Fondi ta’ Investiment Ewropej għal dan il-għan.
- informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba mid-diżastru jew mill-emerġenza.
- l-istat ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri;
- kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ mitigazzjoni meħuda.
- Mhuwiex possibbli li l-miżuri jiġu ffinanzjati darbtejn, u l-Istat benefiċjarju jeħtieġ li jiżgura li l-kostijiet koperti mill-Fond ta’ Solidarjetà ma jkunux koperti minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE (b’mod partikolari minn strumenti ta’ politika ta’ koeżjoni, agrikola jew tas-sajd).
- tkompli l-ħidma tagħha biex tissimplifika u tħaffef il-proċedura ta’ applikazzjoni għall-Istati Membri, biex tiżgura rispons aktar rapidu għad-diżastri u għall-emerġenzi;
- tindirizza d-diżastri fuq skala reġjonali b’mod aktar effettiv;
- tivvaluta l-impatti speċifiċi tan-nixfiet u tindirizzahom fir-regolament futur;
- tiffoka, kemm jista’ jkun, fuq ir-reġjuni li huma l-aktar f’riskju ta’ diżastri naturali kbar jew reġjonali jew emerġenzi tas-saħħa pubblika kbar, b’mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi, il-gżejjer, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni li huma suxxettibbli għal attività sismika jew vulkanika intensa jew kriżijiet futuri tas-saħħa pubblika;
- issaħħaħ u tissimplifika s-sinerġiji bejn il-Fond ta’ Solidarjetà u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (għodda li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u grupp ta’ 10 pajjiżi mhux tal-UE dwar il-protezzjoni ċivili biex jittejbu l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri);
- tqis aħjar il-prinċipji l-aktar reċenti ta’ prevenzjoni tar-riskju meta tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà tal-proġetti u tintegra l-prinċipju “Nibnu Mill-Ġdid Aħjar” fir-regolament;
- tobbliga lill-Istati benefiċjarji jinfurmaw liċ-ċittadini dwar l-appoġġ finanzjarju tal-UE.
L-objettivi
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa l-istrument ewlieni tal-UE li jgħin lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati u ta’ adeżjoni tal-UE jirkupraw minn diżastri naturali kbar jew minn emerġenzi tas-saħħa pubblika.
Dan jipprovdi assistenza finanzjarja għar-rikostruzzjoni wara li jseħħ xi għargħar, nirien fil-foresti, terremoti, maltempati jew nixfiet. Mill-2020, kopra wkoll kriżijiet tas-saħħa kbar bħall-pandemija tal-COVID-19. Bit-tibdil fil-klima li żied il-frekwenza u s-severità ta’ avvenimenti estremi tat-temp, ir-rwol tal-Fond bħala espressjoni ewlenija tas-solidarjetà Ewropea sar dejjem aktar importanti, filwaqt li r-rispons rapidu għall-kriżijiet jibqa’ l-kompitu tar-Riżerva ta’ Għajnuna ta’ Emerġenza.
Il-Fond ta’ Solidarjetà ġie stabbilit fl-2002 b’rispons għall-għargħar diżastruż li laqat lill-Ewropa Ċentrali matul is-sajf ta’ dik is-sena.
Il-baġit
Il-Fond ta’ Solidarjetà pprovda appoġġ f’aktar minn 130 okkażjoni (għal diżastri naturali u interventi b’rispons għal emerġenzi tas-saħħa pubblika). S’issa, 24 Stat Membru (flimkien mar-Renju Unit qabel il-ħruġ tiegħu mill-UE) u erba’ pajjiżi tal-adeżjoni (l-Albanija, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija) irċevew appoġġ mill-Fond ta’ Solidarjetà. B’kollox tħallsu aktar minn EUR 8.6 biljun.
Sa mill-2021, il-Fond ta’ Solidarjetà u r-Riżerva ta’ Għajnuna ta’ Emerġenza ġew iffinanzjati bħala strument wieħed, imsejjaħ ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR). Il-baġit annwali massimu għas-SEAR huwa ta’ EUR 1.2 biljun (fi prezzijiet tal-2018).
Fi Frar 2024, il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 ġie rivedut, u l-baġit annwali massimu għas-SEAR żdied b’EUR 1.5 biljun biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tindirizza kriżijiet u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
F’Diċembru 2024, ġie adottat ir-Regolament dwar l-Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni (RESTORE) (ir-Regolament (UE) 2024/3236). Dan jipprovdi assistenza addizzjonali għall-Istati Membri milquta minn diżastri naturali li seħħew fl-2024 u fl-2025 billi jippermetti lill-Istati Membri jipprogrammaw mill-ġdid il-fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Ir-riżorsi ġenerali disponibbli għar-riprogrammazzjoni fl-ambitu ta’ RESTORE huma limitati għal 10% tal-allokazzjoni nazzjonali totali inizjali għall-FEŻR u l-FSE+. Għamel disponibbli riżorsi għat-tiswija ta’ infrastruttura bil-ħsara, billi pprovda ikel u assistenza materjali bażika u appoġġ soċjali u tal-kura tas-saħħa.
L-implimentazzjoni
L-assistenza mill-Fond ta’ Solidarjetà tieħu s-sura ta’ għotja ta’ flus biex tissupplimenta l-infiq pubbliku mill-Istat benefiċjarju u hija maħsuba biex tiffinanzja miżuri essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru intiżi biex itaffu l-ħsara li, fil-prinċipju, ma tistax tiġi koperta b’assigurazzjoni.
Azzjonijiet urġenti eliġibbli jinkludu:
A. Il-proċess kif tasal l-għajnuna finanzjarja
L-UE tista’ tagħti għajnuna finanzjarja lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż kandidat li jitlob din l-għajnuna wara diżastru naturali kbir. Il-proċess ta’ applikazzjoni huwa kif ġej:
Mir-riforma tal-2014, l-Istati Membri jistgħu jitolbu pagamenti bil-quddiem. Il-Kummissjoni tista’ mbagħad tiddeċiedi li tagħti dawn il-pagamenti jekk ikun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli. L-ammont massimu huwa ta’ 25% tal-ammont totali antiċipat tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta’ Solidarjetà, u huwa limitat għal EUR 100 miljun.
B. Ir-responsabbiltajiet tal-pajjiżi biex jużaw l-għotjiet ta’ flus
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2013 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament enfasizza l-importanza tal-Fond ta’ Solidarjetà bħala l-istrument prinċipali li jippermetti lill-UE tirrispondi għal diżastri serji. Fl-istess waqt, huwa kkritika t-tul ta’ żmien twil u inaċċettabbli li jittieħed biex tingħata l-għajnuna lir-reġjuni jew lill-Istati Membri milquta, u talab biex dan id-dewmien jitnaqqas billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri involuti u jiġi permess li jsiru pagamenti bil-quddiem. Dawn l-elementi ntlaqgħu fil-proposta leġiżlattiva l-ġdida ta’ Lulju 2013. Il-proposta tal-Kummissjoni inkorporat ukoll suġġerimenti oħra mill-Parlament, bħalma huma d-definizzjoni aktar ċara u aktar preċiża tal-kunċett ta’ diżastri u tal-ambitu tal-intervent.
Fir-riżoluzzjoni tagħha tal-2016 dwar il-valutazzjoni tagħha tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, il-Parlament enfasizza “l-importanza tar-reviżjoni tal-2014, li rnexxielha tegħleb l-istaġnar fil-Kunsill, u rrappreżentat ir-reazzjoni tardiva lejn it-talbiet ripetuti tal-Parlament biex jitjiebu r-reazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna, sabiex tiġi żgurata reazzjoni rapida u trasparenti b’appoġġ għal persuni affettwati minn diżastri naturali”.
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2021 dwar ir-rieżami tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ riforma fil-futur:
Il-Parlament jemmen li fil-futur tista’ tkun meħtieġa valutazzjoni mill-ġdid tal-baġit tal-Fond ta’ Solidarjetà, sabiex jiġi żgurat li l-baġit ikun kbir biżżejjed biex jindirizza b’mod effettiv id-diżastri naturali kbar u reġjonali u l-emerġenzi kbar tas-saħħa pubblika.
Il-ħtieġa li ssir riforma tal-Fond ta’ Solidarjetà hija riflessa wkoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2022 dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni. Il-Parlament jappella għal rispons aħjar għall-isfidi li jiffaċċjaw il-gżejjer tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-Fond ta’ Solidarjetà biex jiġi adattat għal theddid bħal diżastri naturali jew l-effetti tat-tibdil fil-klima.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Agrikoltura u s-Sajd. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.
Kelly Schwarz / JOHANNA CHLÖÉ LYOR TIRINELLI